Sunday, 8 December 2002

Id-Deficit 'l iehor

Il-Kullhadd



Fuq id-deficit tal-budget tkellimna. Illum ser nikteb fuq id-deficit l-iehor ` id-deficit demokratiku.

Id-demokarazija tiddependi fuq il-partiti. Biex ikun hemm demokrazija veru hemm bzonn li l-partiti jkollhom access ghall-istess mezzi. Dan mhux il-kaz. Il-Partit Nazzjonalista ghandu access ghal fondi hafna aktar milli ghandu l-Partit Laburista. Dan huwa gej mil-fatt li z-zewg partiti ghandhom gheruq differenti. `Ma nistghux inhallu min jixtri l-gvern fis-sens li bir-rizorsi li ghandu jista` jigbed lejh appogg tal-medja li taghmel brainwashing biex il-poplu ma jithalliex jahseb bil-kwiet dwar `l min ghandu jafda biex imexxih.`

In-nazzjonalisti ghandhom gheruqhom fost in-nies tan-negozju, fost is-socjeta l-gholja , fost is-setturi kollha fejn hemm xi nitfa poter bhal knisja, l-univerista` u l-mezzi ta` l-istampa. Fil-fatt il-Partit Nazzjonalista mhu xejn ghajr cellula politika min xibka ta` ta` poter mxerrda mas-socjeta` kollha.

Bil-kontra il-Partit Laburista jirraprezenta in-nies mil-faxex t`isfel tas-socjeta`, dawk li jaqilghuha u jikluha u dawk li ma tantx ghandhom minn fejn johorgu flus biex isostnu lil min jiddefendihom politkament.

Jien ilni snin intambar li biex nindirazzaw zbilanc bhal dan jehtieg li l-istat jipprovdi ghal-finanzjament prudenti tal-partiti. Jehtieg regolamenti u kontroll serju biex jistabilixxi bilanc fl-access ghar-rizorsi tal-partiti.` Ma nistghux inhallu min jixtri l-gvern fis-sens li bir-rizorsi li ghandu jista` jigbed lejh appogg tal-medja li taghmel brainwashing biex il-poplu ma jithalliex jahseb bil-kwiet dwar `l min ghandu jafda biex imexxih.

Izda biex isir dan irridu nkunu fil-gvern. U biex inkunu fil-gvern jehtieg nirbhu l-elezzjoni. U biex nirbhu l-elezzjoni jehtieg li l-Partit ma jkollux deficit fil-mezzi ta` komunikazzjoni biex iwassal il-messagg tieghu fost l-elettorat.

U f`kuntest bhal dan li wiehed jifhem l-importanza tal-gbir bit-telephone lil-Partit Laburista ser jorganizza f`Jum ir-Reppublika. Jista`jkun li din tkun l-ahhar opportunita` li nghinu finanzjarjament lill-Partit qabel ma niffaccjaw l-isfida ta` l-elezzjoni. Mhux bizzejjed li l-Partit ghandu l-ahjar policies biex imexxi lil Malta fil-paci u l-progress.` Irridu nikkonvincu lill-elettorat dwar dan biex permezz tal-mandat tal-maggoranza inkunu nistghu nwettqu dawn il-policies.` Mill-Oppozizzjoni ma tistax twettaq policies. Tista` biss tikkritika l-gvern bit-tama li fl-elezzjoni ta` wara l-elettorat jaghtik il-mandat ta` tmexxija. `Nhar il-gimgha 13 ta` Dicembru naghtu l-kontribuzzjoni taghna halli nindirizzaw id-deficit demokratiku li hawn fil-pajjiz.`

Mela diskors li sikwit jinghad bhal hemm bzonn inqumu, hemm bzonn naghmlu xi haga jaghmel sens biss jekk il-qawmien jew ix-xi haga tghina biex nirbhu l-elezzjoni u mmorru fil-gvern. Ghax huwa biss mil-gvern li nistghu nwettqu hidmietna b`risq il-haddiem u l-klassi l-aktar fil-bzonn tas-socjeta` Maltija.

Il-qawmien u xi haga li hemm bzonn issa huwa d-donazzjoni taghkom skond kif tistghu biex il-Partit ma jkunx nieqes mir-rizorsi meta jikkontesta l-elezzjoni li gejja ma min ghalih il-flus mhux problema.

Nhar il-gimgha 13 ta` Dicembru naghtu l-kontribuzzjoni taghna halli nindirizzaw id-deficit demokratiku li hawn fil-pajjiz. Dan ikun att prattiku biex nindirizzaw zbilanc` f`pajjizna` immexxi minn gvern li jahseb li ghandu cens perpetwu.

Gvern li filwaqt li jghid li l-Partit Laburista,ghax ma jaqbilx mal-politika ta`membership fl-UE,` b`daqshekk qed igib instabbilita`,` ma jilqax l-isfida biex issejjah l-elezzjoni bla telf ta`zmien halli d-decizjoni tal-poplu tkun torbot u taghti mandat lill-gvern ha jimxi skond ir-rieda tal-poplu u jnehhi l-incertezza li qed twegga lil pajjiz.` Gvern li jghid li jrid li r-referendum bhala ghazla nazzjonali izda li fil-fatt irid ir-referednum bhala ghodda partiggjana. Gvern li tant sar jigdeb normali u b`mod naturali li sar jemmen il-gideb tieghu stess.

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment