Il-Kullhadd
Proverbju minn` zmien l-allat grieki jghid whom the gods wish to destroy they first make mad. L-allat l-ewwel igennu lil dawk li jriedu jeqirdu.
U kollox juri li dan il-gvern li gmielu riesaq lejn l-ahhar Milied tieghu qabel il-qirda permezz tal-vot tal-poplu, jikkwalifika sew ghal stat ta` genn.
Ghax trid ma tkunx f`sensik biex tiddiskrivi eccellenti l-arrangament li gie negozjat ma l-UE dwar il-bdiewa li permezz tieghu ser ikollna nhallsu sussidji lil bdiewa taghna ta madwar Lm7miljuni fis-sena ghal ghaxar snin li gejjin.
`Ghal kull lira li l-mara tad-dar tiffranka mit-tnehhija tal-levies fuq il-produzzjoni tal-bidwi malti hu kkalkolat li tehel Lm5 liri f`zieda fil-prezzijiet ta` l-aktar affarijiet bazici biex nghinu lil bdiewa Francizi` Ara ma jkunx hawn min jitfixkel. Dawn m`humiex sussidji li ser tatihomlna l-UE. Dawn sussidji li ser inhallsu ghalihom bit-taxxi taghna. Aktar ma ghandna pozizzjoni finanzjarja qeghda koppi aktar ser nidhlu ghal pizijiet ta` taxxi fuq il-poplu.
U dan ghalfejn Dan kollu sabiex inehhu il-protezzjoni minn fuq il-produzzjoni tal-bidwi malti li tikkonsisti fi hxejjex u frott friski, majjal u halib frisk. Veru li tnehhija tal-protezzjoni tista` twassal ghal prezzijiet orhos ghal-konsumatur.` Izda veru wkoll li arrangement bhal dan iwassal ghal qirda tal-bidwi Malti kif nafuh illum li ma jibqax jipproduci frott u hxejjex friski.
Ghax l-istaguni f`Malta huma li huma.` Il-bidwi jgib prezz tajjeb ghal produzzjoni tieghu fil-bikri u fl-imwahhar. Fil-qalba ta` l-istagun il-prezz jaqa` u jkun baxx aktar minn dak li jista jigi impurtat. Mela meta tigi il-kompetizzjoni din ghal bidu ser tigi fil-bikri u fl-imwahhar meta il-prezzijiet ikunu gholjin. Izda jekk dawn il-perjodi qosra li jfendu hafna ghal biedwi jintilfu dan igarrab telf finanzjarju u jzarma. U mbaghad nigu niddependu ghal importazzjoni tul l-istagun kollu u jispiccaw il-prezzijiet orhos fil-qalba ta` l-istagun.
Biex dan ma jsirx ser ikollna nhallsu sussidji lil bidwi ghal ghaxar snin shah. Izda mbaghad U min ser jibqa` jinvesti fil-produzzjoni tal-frisk meta jaf li sejjer ghal qatla` Mela ghaxar snin ma jghaddux ukoll u mbaghad x`ser jaghmel il-bidwi` `Ghall-ewwel darba fl-isotrja taghna il-gvern nazzjonalista irid igibna li flok nircievu flus minn barra bhala ghajnuna inkunu ahna li nghinu lil min huwa sinjur izjed minna`
Ghad nismimghu hafna li poltika bhal din ser issir biex il-konsumatur jixtri irhas u b`aktar ghazla. Izda titqarrqux. Ghax fl-istess hin li nkunu qed inehhu il-protezjoni fuq il-produzzjoni tal-bidwi malti inkunu qed indahhlu protezzjoni ghal bidwi Franciz fuq affarijiet li jipproducu huma u li ahna ma nipproducux.` Fuq iz-zokkor, fuq il-qmugh(soft wheat), fuq cerejali, fuq il-butir u affarijiet ohra li l-mara tad-dar tixtrihom regolarment ghal hajja ta` kuljum.
Ghal kull lira li l-mara tad-dar tiffranka mit-tnehhija tal-levies fuq il-produzzjoni tal-bidwi malti hu kkalkolat li tehel Lm5 liri f`zieda fil-prezzijiet ta` l-aktar affarijiet bazici biex nghinu lil bdiewa Francizi.
Ghall-ewwel darba fl-isotrja taghna il-gvern nazzjonalista irid igibna li flok nircievu flus minn barra bhala ghajnuna inkunu ahna li nghinu lil min huwa sinjur izjed minna.
Jekk mhux genn dan allura jien ma ghadni nifhem xejn.
Alfred Mifsud
Sunday, 15 December 2002
Il-Genn Qabel il-Qirda
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment