Il-Kullhadd
L-arroganza eccessiva li wera John Dalli waqt il-qari tal-budget ghas-sena tad-destin 2003 m`hi xejn ghal cover-up ghas- sens ta` htija li huwa, aktar minn kullhadd,` huwa responsabbli ghar-rovina finanzjarja li wassal lil pajjiz fiha.
Qisu tabib li ma gharafx jiehu kura tajba tal-pazjent tieghu u issa bil-pazjent marid serjament,` it-tabib biex ma jammettix li zbalja,` jibqa jghid lil pazjent li ma ghandu xejn, li l-ugiegh li qed ihoss huwa kollu immaginazzjoni ta` mohhu u li jista` jmur jigri meta fil-fatt ma jiflahx jiccaqlaq. `Iffacjat b`din is-sitwazzjoni il-Prim Ministru sejjah elezzjoni qabel ma jinkixef dan id-dizaztru fil-budget ghall-1997.`
Tajjeb wiehed jiftakar sewwa x`inhuwa r-rekord ta` Dalli specjalment f`dawn l-ahhar erba snin. F`Gunju ta` l-1996 kien kiteb formalment lil Kabinett biex jiskulpa ruhu ghar-rovina tal-finanzi pubblici u wahhal fl-ohrajn li qed jonfqu bla razan. Deficit progettat ta` Lm39 miljun ghall-1996 kien sar jitla ghal Lm112 miljun minkejja l-habi ta` affarijiet ohra u arretrati fil-pagamenti lil-kuntratturi. Iffacjat b`din is-sitwazzjoni il-Prim Ministru sejjah elezzjoni qabel ma jinkixef dan id-dizaztru fil-budget ghall-1997.
Fit-22 xahar ta wara` meta kien fl-oppizizzjoni, Dalli, l-aktar wiehed li kien jaf x`fiha l-borma, nesa kull ma kien qal u kiteb u cahad is-sewwa maghruf li l-pajjiz kellu problemi finanzjarji.` Min fuq ghax gvern laburista kellu bilfors jissellef biex ikopri l-izbilanc li kien holoq Dalli, bhal prosituta li titkaza bil-vergni ghax tnaddaf il-hmieg li jhalli mi xogholha vizzjuz, tkaza bil-dejn li kien qed jaghmel gvern laburista. `Ghax jekk wara erba snin ta` taxxi Dalli lejlet l-elezzjoni ma kienx kapaci jaghmel budget ahjar minn din il-mizerja mela tassew ghandna problema kbira.`
Id-destin ried li min xarrbu kellu jieklu l-bakkaljaw u f`dawn l-erba snin li ghaddew Dalli kellu jiffaccja l-piz tar-rejalta li holoq hu stess. Minkejja zieda fil-piz tat-taxxi tant li din is-sena stess qed jigbor Lm240 miljun aktar milli kien jingabar fl-1998 id-deficit hemm kien u hemm ghadu.` Tant hu hekk li fl-ahhar erba snin Dalli zied id-dejn Lm305 miljun,` berbaq Lm105 miljuni mil-bejgh tal-Mid-Med u l-MIA u berbaq ukoll dhul staordinarju ta` Lm57 mill-MIA u rizervi li kienu mwarrba kontra d-dejn. Appartu habi iehor fl-ahhar erba snin Dalli kellu jiffinanzja xejn anqas minn Lm469 miljun medja ta` Lm117 il-milun kull sena. Altru milli l-izbilanc ghadu hemm.
U din il-gimgha stess bhal persuna midjuna li ma tostax issolvi l-problema tal-hlasijiet li ghandha taghti hlief billi tiddejjen izjed il-Gvern mar fil-parlament biex izid il-limitu tat-Treasury Bills b`Lm100 miljun u qal li s-sena d-diehla ser jissellef Lm100 miljun` iehor.
U ta dan id-dejn kollu ghandu x`nuru ekonomija li f`dawn it-tlett snin qed tikber b`rata mizera ta` anqas minn 2% fis-sena b`mod rejali,` ghandna x`nuru ambjent tat-tielet dinja, ghandu x`nuru faqar gdid li qed jinbet f`kull familja fejn hemm mil-mard u fejn hemm bzonnijiet specjali u ghandna x`nuru mentalita` servili li qed tumilja lil pajjizna waqt li nilaqghu u nittalbu fin-negozjati dwar l-UE.
U minn fuq jigi Dalli fil-parlament u b`arja imperjali jitlob ir-rikonoxximent tac-cittadini talli wara li ressaq disa budgets fi 11 il-sena` il-pajjiz jinsab fi stat fejn kollox miexi wahdu u kull ma jaghmel dan il-budget li jhalli kollox ghaddej ghal ftit zmien iehor sa ma tghaddi l-elezzjoni qabel ma jerga jibda jitfa` l-piz fuq min l-anqas jiflah igorru.
Ghax jekk wara erba snin ta` taxxi Dalli lejlet l-elezzjoni ma kienx kapaci jaghmel budget ahjar minn din il-mizerja mela tassew ghandna problema kbira. Tassew li sahansitra l-bzar spicca.
Sunday, 1 December 2002
Sa l-Bzar Spicca
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment