Il-Kullhadd
Hekk kif jghaddu l-festi u nidhlu fir'rutina tas-sena l-gdida nidhlu wkoll fl-ahhar tal-girja ghall-elezzjoni.
Qisu l-bierah li rbahna l-e`ezzjoni tal-1996. Qisu l-bierah il-pinnola qarsa ta' l-elezzjoni tal-1998. Esperjenza qarsa li zgur li minna tghallimna hafna u li zgur ser tghinna fix-xoghol kbir li hemm jistenniena hekk kif nidhlu ghar-responsabbilta' tal-gvern.
Izda ghalissa nikkoncentraw l-ewwel fuq l-isfida immedjata ta' l-elezzjoni.` Partit politiku jista' biss jilhaq l-ghanijiet li ghalihom jezisti billi minn zmien ghal zmien ikun jista' jmexxi l-pajjiz mil-gvern biex jiddefendi l-interess tal-pajjiz kollu mal-barranin u fuq il-front lokali l-interessi ta' dawk il-faxex tas'socjeta' li l-aktar jirraprezenta. `Xoghlna li nfehmu lil dawk li qatghu qalbhom li dal-pajjiz jitmexxa sewwa mill-maltin stess li ahna kapaci naslu fejn in-nazzjonalisti fallew.`
Jekk innehhu l-esperjenza qasira tal-1996/1998 sa ma tasal l-elezzjoni nkunu ilna barra mill-gvern sittax il-sena. Altru milli wasal iz-zmien li l-Partit Laburista jerga' jmur fil-gvern u jmexxi l-pajjizna fl-interess tal-haddiema li jirraprezenta.
Quddiemna fadal xoghol kbir. Ma naqtghux qalbna. Anzi ix-xoghol li fadal ikattrilna d-determinazzjoni biex naslu.` Izda ma hemmx lok ghal kunfidenza zejda. Qed nehduha ma partit nazzjonalista li jsib sostenn qawwi mir-rizorsi kbar ta' dawk li jsibu rifugju fih.` Il-gbir tal-flus ta' dan l-ahhar hu prova bizzejjed.` Ghandhom allejati mxerrdin mas-socjeta' kollha, mzoqqa sew mit-taxxi li nhallsu ahna lkoll.
Allejati li kontinwament lesti biex ipengu l-icken akkwist tal-gvern bl-aktar kuluri sbieh u jkabbruha biex igibu il-gurdien li welldet il-muntanja jidher ta' l-inqas daqs ziemel jekk mhux daqs iljunfant. Minn naha l-ohra dejjem lesti biex b'kull mezz joskuraw kull ma jaghmel il-Partit Laburista bil-ghan li jtellfu l-kredibilita' tal-Partit bhala gvern alternattiv.
Xoghlna li nfehmu lil dawk li qatghu qalbhom li dal-pajjiz jitmexxa sewwa mill-maltin stess li ahna kapaci naslu fejn in-nazzjonalisti fallew.
Xoghlna nippreswadu lill-elettorat li ahna ghandna soluzzjoni veri ghal problemi tal-pajjiz.` Mhux soluzzjonijiet magici.` Mhux soluzzjonijiet facli. Izda soluzzjonijiet veri li jarmu l-kuncett ta' flus mhux problema li gherriena u li jsejjhu lil kulhadd ghal sforz nazzjonali halli pajjizna jerga' jsir kompettittiv, jibza ghal flus tat-taxxi ha jkun jista jerhi l-ghafsa taghhom, u jinvesti b'mod sensibbli li jrendi u li jkun sostenibbli.
Xoghlna li nfehmu li ahna ma ghandiex alternattiva ghall-UE izda alternattiva ghal shubija permezz ta' membership fl-UE. Li ahna xorta nfittxu rabta mill-qrib ma l-UE li b'pass meqjus li ma jcarratx il-fibra socjali ta' pajjizna, nintegraw ekonomikament ma l-UE izda li nibqghu barra mill-kapitli politici taghha li inkella fit-tul taz-zmien jafu jippregudikaw in-newtralita' ta' pajjizna u d-dritt li mmexxu lilna nfusna fl-interess taghna u ta' hadd izjed.
Ghal dawn l-isfidi lesti biex nikkompetu u nirbhu fl-2003.` Is-sena t-tajba mimlija sodisfazzjon ghal Partit Laburista!
Alfred Mifsud
Sunday, 29 December 2002
Il-Girja ta l-ahhar
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment