Saturday, 4 January 2003

B`Fiducja Ghas-Sena 2003

L-Orizzont



Ghandi fiducja shiha li is-sena 2003 ghandha tkun wahda tajba ghal Partit Laburista u ghal Malta.

Malta ghandha bzonn bidla fil-gvern. Il-gvern prezenti qdiem. Nixef mill-idejat u halla l-pajjiz traskurat u kollox miexi wahdu. Il-kultura tal-flus mhux problema wasslet lill-pajjiz f`inkwiet finanzjarju kbir fejn il-gvern kellu jzid l-ghafsa tat-taxxi li ggamjaw l-ekonomija u dan bla ma gie indirizzat id-deficit fiskali li ghadu strutturalment zlugat.

Il-gvern prezenti qata` qalbu milli jista` joffri soluzzjoni ghal problemi li holoq u qed ifittex soluzzjoni wahda ghal problemi kollha taghna. Dik li nidhlu membri shah fl-UE halli il-barrani jimponi fuqna d-dixxiplina li dan il-gvern ma kienx kapaci jzomm.

F`demokrazija ta` veru fejn il-gvern ifalli jitla` gvern alternattiv li jmexxi huwa b`emtuzjazmu gdid u b`idejat godda. Izda n-nazzjonalisti lesti jghamlu minn kollox biex ma jhallux gvern laburista jmexxi. Dawn jemmnu fid-demokrazija dment li jkunu fil-gvern.` Kif imorru fl-oppozizzjoni it-twemmin taghhom` fid-demokrazija jillaxka sew.

`Ghandi fiducja shiha li l-poplu malti il-kontijiet jaf jaghmilhom. Lil min dahaq bih ma jistax jerga` jafdah. In-nazzjonalisti ser jipprovaw jidhqu bil-poplu permezz tal-karta tar-referednum fl-UE.` Rajnih dan fl-1998.` B`ipokresija sfiqa bdew jichdu is-sewwa maghruf li huma kienu hallew zbilanc fiskali li jwahhax u li biex jigi indirizzat gvern laburista gdid li ma kellu l-ebda htija fil-formazzjoni tal-problema kellu jniedi mizuri ibsin li l-ebda gvern ma jiehu gost jiehu. Flok ghenu biex il-pajjiz jiehu l-medicina li kellu bzonn biex ifiq bdew jichdu li tezisti l-marda u pingerw lil gvern laburista bhala gvern kattiv li b`mod kapriccjuz kien qed izid it-taxxi u li kien qed icahhad lil Malta Lm100 miljun kull sena ghax kien ffriza l-applikazzjoni ghal shubija fl-UE.

Igdeb minn hawn u nawwar minn hemm baqghu sa ma waqqghu gvern elett demokratikament biex imbaghad, wara li regghu hatfu f`idejhom il-gvern,` xejn ma sthaw jammettu li kull ma` kien qed jghid il-gvern laburista kien minnu sa lanqas dettal.

Issa wasal zmien il-kontijiet. Ghandi fiducja shiha li l-poplu malti il-kontijiet jaf jaghmilhom. Lil min dahaq bih ma jistax jerga` jafdah. In-nazzjonalisti ser jipprovaw jidhqu bil-poplu permezz tal-karta tar-referednum fl-UE.

Il-pjan nazzjonalista huwa car.` Minkejja li l-bzonn nazzjonali huwa li l-ewwel immorru ghal elezzjoni u wara fil-kwiet u fil-kalma naghmlu referendum verament nazzjonali biex il-pajjiz jiddeciedi dwar il-futur tieghu barra jew gewwa l-UE, in-nazzjonalisti ser juzaw ir-referendum biex jaljenaw.`

Ser juzaw ir-referendum biex flok nitkellmu fuq il-krizi li hawn fil-pajjiz u fuq l-inkompetenza tat-tmexxija tal-gvern ghajjien taghhom, minflok kullhadd ikun mehdi jitkellem fuq il-futur ma l-UE. Flok nitkellmu fuq l-gholi tal-hajja, fuq il-qghad, fuq id-dejn, fuq il-hmieg u traskuragni ambjentali, fuq il-hela tal-flus u fuq il-korruzzjoni, nitkellmu minflok fuq l-aquis communitaire, fuq is-single market u fuq aspetti teknici ohra li l-poplu hawduh u dejquh. `F`gieh il-haqq u s-sewwa u f`sens qawwi ta` dover lejn l-interessi nazzjonali l-appell tieghi huwa li l-gvern ma jwebbisx rasu u jsejjah elezzjoni mill-aktar fis u li jintlahaq ftehim minn qabel biex ir-referendum isir wara l-elezzjoni.`

Hija hasra li `l bicca ta` l-UE giet ridotta ghal battalja politika.` Fadal cans ghal min ghandu rieda tajba u minn ghandu l-interess tal-pajjiz biex dan ma jkomplix. Issa li z-zmien tat-tkabbir mar lura sa Mejju 2004 hemm ic-cans kollu biex l-ewwel issir elezzjoni u mbaghad il-poplu, wara li jigu mfehma lilu dak li nnegozja il-Partit nazzjonalista u dak li jrid jinnegozja il-Partit Laburista meta ikun fil-gvern, jaghmel referendum fil-hin biex jekk il-poplu jiddeciedi favur shubija nidhlu mal-pajjizi `l ohra f`Mejju 2004.

Fadal cans li l-pajjiz ma jkomplix jinqasam bla hitega fuq issue daqstant importanti. Fadal cans,` izda mhux wisq. Ghax jekk kif inhu mistenni u kif jidher il-Partit Nazzjonalista se jwebbes rasu u jmur ghar-referednum l-ewwel bit-tama li dan iservih ta` staffa ghall-elezzjoni li tigi wara, anke jekk il-Partiit Nazzjonalista jirnexxielu l-pjan tieghu mija fil-mija,` xorta ha jdahhal il-pajjiz fi sqaq kostituzzjonali. Min ghandu rieda tajba jista` jifhem sew ghaliex.

Imma dan huwa improbabbli. Jekk in-nazzjonalisti ser juzaw ir-referednum bhala ghodda poltika ser jizbaljaw ghax il-poplu dan ma jridux u jirribella u ghandu mnejn li jivvota kontra anke ghal ragunijeit mhux gusti izda biex jirribella kontra minn irid ikaxkru bla ma jfehmu u bla ma jistudja l-alternattivi kollha.` U mhux fl-interess ta` Malta lanqas li jsir referendum u nivvutaw le qabel l-elezzjoni ghax dan jorbot idejn` il-gvern li jigi wara li ghandu bzonn flessibilita` shiha biex jinnegozja sewwa ma l-UE.

F`gieh il-haqq u s-sewwa u f`sens qawwi ta` dover lejn l-interessi nazzjonali l-appell tieghi huwa li l-gvern ma jwebbisx rasu u jsejjah elezzjoni mill-aktar fis u li jintlahaq ftehim minn qabel biex ir-referendum isir wara l-elezzjoni.

Izda jigri x`jigri ghandi fiducja shiha li tigi meta tigi il-Partit Laburista jirbah l-elezzjoni u jaghmel patt gdid mal-poplu biex flimkien u bl-ghajnuna ta` kull min huwa ta` rieda tajba jintlahaq ftehim dwar pjan nazzjonali biex nfejqu il-problemi taghna u nilhqu ftehim ma l-UE li jirrispetta r-rieda tal-poplu u l-kostituzzjoni ta` pajjizna.

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment