Sunday, 19 January 2003

Biex Nirbhu L-Elezzjoni

Il-Kullhadd



Biex nirbhu l-elezzjoni irridu nigbdu lejna il-magguranza tal-voti. Il-Partit Laburista` irid igid nofs il-voti validi u wiehed. Ghal mod kif graw l-affarijiet f`dawn l-ahhar sitt snin insostni li l-Partit Laburista ghandu opportunita` li l-elezzjoni li gejja jirbahha bl-akbar maggoranza li qatt kiseb gvern f`Malta.

Izda l-affarijiet ma jigux wahedhom. Ma nistghux nibbazaw biss fuq l-inkompetenza tan-nazzjonalisti biex nirbhu l-elezzjoni. Veru hawn minn jghid li l-elezzjoni jitlifha l-gvern u mhux tirbaha l-oppozizzjoni. Izda ahna ghandna nirbhu fuq il-merti taghna u mhux bis-sahha tad-difetti u l-ghelt ta` haddiehor.

`minn analizi bhal din ma jifdallix dubju li l-Partit Laburista ghandu ghax ikun kunfidenti mir-rebha elettorali li jmiss, jaghmel x`jaghmel il-gvern rigward ir-referendum` Ghalhekk tajjeb li naghmlu analizi dwar minn ser jivvutalna.` U biex nghamlu dan naghmlu ezercizzju ta` segmentation ta` l-elettorat u naraw x`jimmotiva kull settur dwar il-mod li jivvota.

L-akbar settur huwa s-settur ta` votanti li huma Laburisti u li jsegwu il-policy tal-Partit Laburista rigward il-Partnership ma l-UE.` Dan jinkludi hafna Laburisti li ghal raguni jew ohra, valida jew mhix, fl-1998 ma vvutawx jew ivvutaw lin-nazzjonalisti bi protesta u zgur mhux b`konvinzjoni.` Dawn issa fehmu li pprotestaw bizzejjed u regghu inghaqdu maghna.

Imbaghad fuq in-naha `l ohra` ta` l-ispettru hemm settur iehor kbir izda izghar minn ta` qablu ta` votanti nazzjonalisti li anke rigward l-UE jaghmlu dak li jghidlhom il-Partit Nazzjonalista. Dawn ma jaslux biex jivvutawlna mqar jekk il-partit taghhom jghidilhom joqghodu nofs ta` nhar taht l-ilma.

Imbaghad hemm laburisti u nazzjonalisti` li izda rigward l-UE ma jaqblux mal-pozizzjoni tal-Partit taghhom u f`referendum jivvotaw kif jahsbuha u mhux kif jghidulhom il-partit ghalkemm f`elezzjoni mbaghad jivvutaw ghal partit taghhom.` Hawn ninkludi nicec ta` kaccaturi, bdiewa, sajjieda, self-employed` u ohrajn li jivvutaw kontra shubija fl-UE izda jivvutaw ghan-nazzjonalisti f`elezzjoni. Imbaghad hemm nicec ta` zghazghah, ambjentalisti, omosesswali li jidhirlhom li d-dirttijiet taghhom ikunu salvagwardjati aktar bis-shubija fl-UE ghalkemm jivvutaw ghal Partit Laburista fl-elezzjoni.

Imbaghad hemm Laburisti u Nazzjonalisti li mhux biss ma jaqblux mal-partiti rispettivi taghhom rigward l-UE izda li sahansitra lesti li jivvutaw ghal partit `l iehor biex l-opinjoni taghhom rigward l-UE tkun tista` titwettaq fil-prattika.

Fl-ahhar hemm il-floating voters li ma tantx jimpurtahom mil-kwistjoni ta` l-UE izda li fl-elezzjoni ser ibiddlu l-vot milli kif ivvotaw l-ahhar darba. F`dan ir-rigward nahseb li l-voti ser iduru sew favur il-Partit Laburista ghax minn beza u qaleb habba r-rati tad-dawl u l-ilma l-ahhar darba, din id-darba ser idur mhux ghal raguni wahda izda ghal mitt raguni ta` kemm qaxxarhom u ttraskurahom dal-gvern fl-ahhar erba snin.

Mela minn analizi bhal din ma jifdallix dubju li l-Partit Laburista ghandu ghax ikun kunfidenti mir-rebha elettorali li jmiss, jaghmel x`jaghmel il-gvern rigward ir-referendum.

Izda biex il-Partit ikollu rebha elettorali kbira, rebha li ttina magguranza ta` mill-anqas tlett siggijiet fil-parlament minkejja t-tbaghbis tal-konfini elettorali, biex dan isir irridu nigbdu lejna lil dawk il-Laburisti jew dawk imdejjqin bin-nazzjonalisti li izda jidhrilhom li l-kwistjoni ta` l-UE ma ghandix tkun deciza b`elezzjoni izda ghandu jkun referendum specifiku li jaghmel dan.

L-argument huwa li decizjoni bhal din torbot mhux biss il-gvern li jaghmilha izda torbot ukoll lill-gvernijiet li jigu wara. Hija decizjoni irriversibbli li l-effett taghha jinfierex fuq zmien fit-tul mifrux fuq diversi leglizlaturi u allura tehtieg decizjoni popolari specificika u mhux pakkeggata m`affarijiet ohra.

Lil dawn irridu naghmlu ghazliet ghaqlin biex naghtuhom cans jivvutaw kif jixtiequ ghal Partit Laburista fl-elezzjoni li gejja halli ngibu l-akbar magguranza li qatt kellna u npattu ghad-deluzzjoni tal-1998.` Nahdmu b`rasna.

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment