Monday, 20 January 2003

VAT b`Differenza

L-Orizzont



Id-decizjoni tal-Partit Laburista li jzomm izda jizbor il-VAT, bhala sistema ta` tassazzjoni indiretta, giet milqugha tajjeb minn kullhadd.` Il-Partit Laburista wera maturita` kbira li aggorna il-pozizzjoni tieghu.

L-unici nies li ma ghogbithomx id-decizjoni tal-Partit Laburista dwar il-VAT kienu nazzjonalisti. Dawn qatt ma nistghu naghmlu xejn tajjeb ghalihom.` Kieku ghedna li se nnehhu l-VAT kienu jghidu li ser noholqu aktar instabilita`. La ghedna li kollox ma kollox ikun ahjar li nzommuha u nizbruha qed jghidu li ghamilna U-turn.

Xejn ma jimporta ghan-nazzjonalisti li Alfred Sant kemm qabel l-1996 u kemm qabel l-1998 kien qal li kienet l-ahhar cans li titnehha l-VAT u li jekk jitla` gvern nazzjonalista ikun imbaghad difficli jekk mhux impossibli li tnehhi is-sistema VAT li tkun rabbiet l-gheruq.

`Is-sodisfazzjon huwa li z-zmien wera li jien mhux nitbieghed mil-policies tal-Partit izda nikkontribwixxi biex il-Partit jifforma policies li jkatturlu c-cans ta` rebha elettorali l-ewwel u ta` tmexxija efficjenti u effettiva galadarba fil-gvern.` Din il-kwistjoni lili gabitli ugieh u sodisfazzjon. Ugiegh ghax meta il-Partit ddikajra li kien qed jikkonsidra l-pozizzjoni tieghu rigward il-VAT u jien hrigt bl-istess idejat li issa gew addottati mil-Partit,` uhud, avversarji u hbieb, hasbu li jien qed nitbieghed mil-policies tal-Partit.` Is-sodisfazzjon huwa li z-zmien wera li jien mhux nitbieghed mil-policies tal-Partit izda nikkontribwixxi biex il-Partit jifforma policies li jkatturlu c-cans ta` rebha elettorali l-ewwel u ta` tmexxija efficjenti u effettiva galadarba fil-gvern.

Izda din l-istess kwistjoni tal-VAT fiha nfisha tigbor id-differenza li tezisti fil-posizzjoni taz-zewg partiti rigward l-UE. Iz-zewg partiti jaqblu issa li l-VAT ghandha tibqa` u fic-cirkostanzi hija pozittiva fis-sens li tipprovdi lill-gvern b`parti sewwa mil-finanzi li ghandu bzonn biex jamministra. L-istess iz-zewg partiti jaqblu li l-UE hija zvilipp pozittiv ghall-ghaqda tal-kontinent Ewropew u ghat-tkattir tal-gid u l-paci fid-dinja.` It-tnejn jaqblu li Malta ghandu jkollha rabtiet mill-qrib ma` l-UE li jiggarntixxu access shih ghas-swieq ta` l-UE ghal produzzjoni tal-fabbriki Maltin.

In-nazzjonalisti il-VAT bidluha u qed ikomplu jibdluha biex igibuha totalment konfermi mar-regolamenti ta` l-UE.` Nehhew ir-refunds tista tghid f`kull settur inkluz is-settur ta` l-edukazzjoni u s-sahha, l-insurance u s-servizzi finanzjarji. U issa kommessi li jdahhlu l-VAT fuq il-medicini u l-ikel.`

Gvern laburista mhux hekk.` Filwaqt li accetta li jzomm l-istruttura tal-VAT wera bic-car li mhux lest igibha preciz bhal ma trid l-UE izda jizborha biex jilhaq l-ghanijiet socjali u bzonnijiet partikolari tal-pajjiz.` Ghalhekk il-Partit Laburista qed jaghmilha cara li VAT fuq l-ikel u l-medicini ma tidholx. Qed jaghmilha cara jerga jdahhal ir-refunds fuq setturi sensittivi tas-sahha u l-edukazzjoni biex dawn is-servizzi essenzjali jibqghu accessibbli ghal kullhadd.` Irridu ndahhlu l-VAT bla ma nghabbu lis-self employed iz-zghir b`ammistrazzjoni ezagerata u sproporzjonata mal-livell tal-bejgh tieghu.

`Fejn ma jaqbilnix ma nqablux. Dik id-differenza bejn Partnership u Membership.` L-istess rigward l-UE.` In-nazzjonalisti mhux iridu jahdmu mil-qrib ma l-UE.` Iridu jsiru haga wahda maghha. Issa li wasslu lill-pajjiz fi stat ta` rovina u ma jistghux imexxuh izjed, flok iwarrbu u jaghmel spazju ghal Partit Laburista li ghandu energija u idejat biex joffri soluzzjoni ghal problem tal-pajjiz, iridu li pajjizna jibda jitmexxa mil-barrani. Iridu li pajjizna jdewweb is-sovranita tieghu u nghamlu il-famuza shared sovereignty ma pajjizi ewropej ohra. Ma jghidulnix izda li x-share taghna jkun farka minn muntanja.

Il-Partnership tal-Partit Laburista mhux hekk. Ahna wkoll irridu relazzjoni mill-qrib ma l-UE.` Izda ma rridux insiru haga wahda maghhom. Irridu nibqghu zewg partijiet distinti li nahdmu mill-qrib ma xulxin izda mhux permezz ta ghaqda shiha izda permezz ta` ftehim, jew sensiela ta` ftehim, bilaterali. Bhal VAT mhux naccettaw dak kollu li jridu l-UE kemm jekk naqblu u kemm jekk ma naqblux ( innotaw li lanqas il-gvern nazzjonalista ma jaqbel ma l-introduzzjoni tal-VAT fuq l-ikel u l-medicina u baqa` sa l-ahhar jipprova jgib deroga izda fl-ahhar kellu jaccetta perjodu tranzitorju ghax ir-regoli ta` l-UE japplikaw ghal membri bla rispetti tac-cirkostanzi partikolari taghhom) izda naqblu biss fejn jaqblilna naqblu. Fejn ma jaqbilnix ma nqablux. Dik id-differenza bejn Partnership u Membership.

Dawk li ma jafux jinnegozjaw u li qatghu qalbhom mit-tmexxija tal-pajjiz jghidulna li dan mhux possibbli u li l-UE mhux se ttina fil-Partnerhsip aktar milli tatna fil-Membership.` Lil dawn nghidulhom bla tlaqliq li huma gwejjed u ma ghandhomx jassuma li kullhadd ce bit-tikka bhalhom.

Biex tikseb trid tinnegozja. Biex tinnegozja irid ikollok alternattivi.` Ma tistax tinnegozja sew jekk inti minn qabel tiddikjara li Malta ma ghadix strategikament importanti ( gidba!) u li Malta ma ghandix ghazla hlief membership fl-UE. Biex tinnegozja trid taghraf x`ghandek x`tati u tippreggjah halli tpartu u ddahhlu fil-pakkett tan-negozjati bl-oghla prezz possibbli.

U iva,` f`Partnership l-UE tista tkun flessibbli maghna hafna aktar milli kienet man-nazzjonalisti f`kuntest ta` membership, fejn dak li tati lilna kien taht il-lenti ta` pajjizi ohra u ghalhekk l-UE kellha bilfors izzomm iebes anke jekk xtaqet li lil Malta tatiha izjed.

Bil-Partnership li jkun accettat mil-poplu f`elezzjoni u referendum il-Partit Laburista joffri assikurazzjoni ghal futur ta` pajjizna, taghna u ta` wliedna hafna ahjar milli jista jkun tant Membership. Assikurazzjoni li jkun hawn aktar xoghol, aktar gid, aktar progress, u kwalita ta` hajja ambjentali kulturali u socjali ahjar fejn nibqghu kburin li ahna Maltin b` rajna f`idejna

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment