Sunday, 5 January 2003

Rizoluzzjoni

Il-Kullhadd



Ghal din is-sena l-gdida hemm bzonn rizoluzzjoni wahda. Dik li l-Partit Laburista jirbah l-elezzjoni ha jerga` jmur fil-gvern biex b`hekk niddefendu kif jixraq l-interessi tal-Maltin kollha mal-barranin u tas-settur tan-nies tax-xoghol fil-qasam ta` bejnietna.

Il-Partit jista` biss jilhaq l-ghanijiet tieghu mill-gvern.` Mill-oppozizzjoni nistghu biss niddefendu biex nillimitaw id-dannu.` Il-gid favur il-klassi tal-haddiema nistghu inwettquh biss mill-gvern.

Id-demokrazija titlob l-alternanza u ghalhekk minn zmien ghal zmien irridu wkoll immorru fl-oppozizzjoni. Izda issa ilna wisq fl-oppozizzjoni u wasal iz-zmien li nergghu fil-gvern determinati biex inwettqghu il-programm elettorali li jkun approvat mil-maggoranza tal-poplu. `Ghalhekk hemm bzonn rizoluzzjoni qawwija biex nirbhu l-elezzjoni li jmiss. Kull haga li tista` ttellef milli naghmlu dan ghandna niskartawha anke jekk ikollna kultanat nibdlu l-pozizzjoni taghna fuq affarijiet tattici li ma jmorrux kontra il-principji fundamentali taghna.`

Ghalhekk hemm bzonn rizoluzzjoni qawwija biex nirbhu l-elezzjoni li jmiss. Kull haga li tista` ttellef milli naghmlu dan ghandna niskartawha anke jekk ikollna kultanat nibdlu l-pozizzjoni taghna fuq affarijiet tattici li ma jmorrux kontra il-principji fundamentali taghna.

Ghalhekk sa minn dan ix-xahar ta` Jannar stess trid tibda hidma sfiqa biex il-partit jipprezenta ruhu dejjem aktar bhala l-gvern alternattiv, il-partit bl-ahjar proposti ghat-tmexxija fl-interess tal-familji Maltin.

Matul il-konferenza generali li ssir dan ix-xahar jehtieg li niehdu pozizzjoni cara fuq certi materji li fuqhom ghadna xi ftit ambigwi u li minnha il-poplu qed jistenna direzzjoni cara. Huwa ferm probabbli li sa ma tiltaqa` l-konferenza il-Prim Ministru ikun habbar id-data tar-referendum dwar is-shubija fl-UE, jekk mhux ukoll id-data ta` l-elezzjoni.

Ghalhekk il-Konferenza li gejja ser tkun krucjali. Mhux biss ghax xoghol ta` rutina fl-approvazzjoni ta` rapporti annwali u amministrattivi izda l-aktar fid-decizjoni li rridu niehdu biex nipprezentaw ruhna b`mod car quddiem l-elettorat.

Kif spjegajt dawn id-decizjonijiet iridu jittiehdu b`mod pragmatiku ha jghinu l-Partit jirbah l-elezzjoni.` Ma rridux semplicement nsostnu dak li konna nghidu qabel. Kif jinbidlu ic-cirkostanzi hekk ukoll irridu nibdlu t-tattici taghna halli niksbu gharfien u appogg akbar minghand l-elettorat.

`Fejn joqghod il-bzonn li nirbhu l-elezzjoni li gejja ma joqghod xejn!` Hekk per ezempju dwar il-kwistjoni jekk hux se nzommu jew innehhu l-VAT.` Kieku il-Vat m`ilhiex fis-sehh ga seba` snin kieku wiehed jista` jerga jikkonsidra sistema ohra ta` tassazzjoni indiretta li ma jkollix l-izvantaggi tal-VAT. Izda llum li l-VAT ilha fis-sehh 7 snin issir aktar hsara milli gid li nerghu nifthu il-prospett ta` bidla radikali fis-sistema ta` tassazzjoni indiretta. Il-pajjiz ghandu problemi kbar li jehtieg jigu indirizzati u ma nistghux nergghu nahlu rizorsi fuq bdil ta` sistema ta` tassazzjoni indiretta li tkabbar l-instabbilita` u zzid mal-problemi li ga jezistu.

Ghalhekk nemmen li l-konferenza ghandha taccetta li l-Partit f`sens ta` dover nazzjonali aktar milli ta` xi konvinzjoni intrinsika fis-sistema, mhux ser ibiddel mil-gdid il-VAT izda jzomm id-dritt li jizbor is-sistema biex jaghmilha aktar efficjenti, aktar kontrollata kontra l-evazjoni, aktar socjalment gusta u aktar hafifa ghas-self employed iz-zghar li ma ghandhomx rizorsi amministrattivi biex ilahhqu max-xoghol tal-VAT.

L-istess jinghad dwar ir-referendum fuq is-shubija fl-UE. La l-gvern donnu ma jridx jisma li l-interess nazzjonali jitlob li l-ewwel issir elezzjoni u mbaghad jekk ikun il-kaz isir referendum, la l-gvern ihossu komdu li bil-kliem jghid li jrid referendum nazzjonali `l fuq mil-politika partiggjana,` waqt li bil-fatti ser juza r-referednum bhala ghodda politika biex jiddevja l-attenzjoni mid-difetti u traskuragni tat-tmexxija tieghu, ahna irridu jkollna r-risposta taghna cara ghar-referednum meta dan jissejjah.` U d-decizjoni taghna trid tkun wahda li tkattar u sseddaq ic-cansijiet li nirbhu l-elezzjoni li tigi ftit xhur wara.

Fejn joqghod il-bzonn li nirbhu l-elezzjoni li gejja ma joqghod xejn!

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment