Sunday, 26 January 2003

L-Ahjar Ghazla

Il-Kullhadd



In-nazzjonalisti ser jaghmlu sforz kbir biex jikkonvincu lill-Maltin mhux tant li membership fl-UE hija xi haga tajba u li taghmlilna l-gid, izda li fil-fatt m`hemm l-ebda ghazla ohra;` li bid-diffikulta` kollha taghha it-triq tal-membership hija l-uniku triq li ghandna quddiemna u li iebsa kemm hi iebsa dik irridu niehdu ghax dik biss hemm.

Diga` smajna kemm il-darba lill-Prim Ministru jappella lill-Maltin biex ma joqghodux jaraw kif ser jintlaqtu huma izda li jifhmu u jaccettaw li anke jekk ser jintlaqtu hazin il-pajjiz ma ghandux ghazla hlief li nsiru membri shah fl-UE.

Ara fl-1998 ma qalilhomx hekk lil Maltin.` Ma qalilhomx li l-gvern ta` Alfred Sant kellu bilfors izid it-taxxi biex jaghmel tajjeb ghad-dizastru li kien halla warajh u li kien gieghelu jmur ghal elezzjoni qabel ma jressaq il-budget ghas-sena 1997. Ma qalilhomx biex l-ewwel jahsbu fl-interess nazzjonali u` ma jarawx kemm qed ibatu mit-taxxi li Alfred Sant bilfors kellu jaghmel.` Minflok weghdhom mitt miljun u pinga lil Alfred Sant bhala xi wiehed kattiv li jhobb jghakkes in-nies bit-taxxi ghal xejn b`xejn.

`Nemmnu bis-shih li f`dal-pajjiz ghad hawn il-kapacita` li mmexxu lilna nfusna, li naghmlu dak li hu l-ahjar ghalina u mhux dak li jiddettalna haddiehor sa lanqas dettal tieghu.` Fil-fatt` Fenech Adami llum verament jahseb li l-pajjiz m`ghandux ghazla ghax wara sittax il-sena jmexxi gab `l pajjiz gharkubbtejh. U min huwa gharkubbtejh mifni bid-djun u bl-istagnar ekonomiku, ma tantx jista` jaghzel.` X`jista jaghzel min tant ghandu dejn li ma jistax ilahhaq mieghu Xi tridu jaghmel hlief li joqghod ghal kundizzjonijiet kollha li jimponi fuqu min ghandu jiehu`

Izda billi Fenech Adami ma jistax jara l-ghazla ma jfissirx li din ma tezistix.` Meta tkun gharkubbtejk ma tantx tista tara fil-boghod.` Izda min iqum bil-wieqfa allura jista jkabbar il-vista u jaghzel tassew fejn irid imur.

U l-ghazla tal-Partit Laburista hija propju` li l-pajjizna nqajmuh minn gharkubbtejh u nqajmuh bil-wieqfa fuq tieghu, kburi b`nislu u b`gheruqu, kunfidenti fih innifsu u kapaci jghazel liem l-ahjar triq li l-aktar tghodd ghalih. Biex taghzel irid ikollok minn fejn taghzel. In-nazzjonalisti jghidu li ma hemmx minn fejn taghzel ghax tilfu l-fiducja li nistghu mmexxu lilna nfusna.` Jahsbu li kullhadd bhalhom.

Il-Partit Laburista mhux hekk. Nemmnu bis-shih li f`dal-pajjiz ghad hawn il-kapacita` li mmexxu lilna nfusna, li naghmlu dak li hu l-ahjar ghalina u mhux dak li jiddettalna haddiehor sa lanqas dettal tieghu. Nemmnu li l-ewwel prijorita` mhux li nintelqu f`idejn haddiehor ghax ma nistghux inlahhqu mad-dejn. Nemmnu li l-ewwel prijorita` hija li nergghu nifdu lil pajjiz mil-mazzra finanzjarja li ghabbih biha minn ftahar li l-flus mhux problema. `Il-Partit Laburista ma jaghlaq bibien ghalxejn.` Il-Partit Laburist joffri ghazla fejn haddiehor ma jridx joffriha. Il-Partit Laburista jemmen bis-shih li Partnership hija l-ahjar ghazla.`

Li bil-ghaqal, bil-bzulija u bid-determinazzjoni nistghu nigu f`sensina, nehilsu mis-saram tad-dejn li ser jiblaghna u jgieghelna nbieghu kull ma ghandna lill-barrani bl-irhis, nsolvu il-problema ta` l-gholi tal-hajja, noholqu x-xoghol specjalment ghal dawk li ghandhom aktar minn erbghin sena`,` u ngibu l-pajjiz modern u kompettittiv f`dinja globalizzata.

U dan nistghu naghmluh hafna ahjar permezz tal-politika ta` Partnership ghax iva, permezz tal-Partnership jirnexxielna niehdu l-ahjar mill-UE bla ma nitghabbew b`pizijiet li jkissruna.` `Billi n-nazzjonalisti ma kienux kapaci jaslu f`arrangament bhal dan ma jfissirx li ahna ma nistghux naslu.` Naslu,` u kif naslu.

U mbaghad meta l-pajjiz ikun b`sahhtu u jqum minn gharkubbtejh, meta jista` jara sewwa l-ghazliet li ghandu quddiemu,` imbaghad naghzlu kif ikun l-ahjar ghalina u mhux dak li bilfors jimponilna haddiehor galadarba nammettu li ma ghandniex ghazla.

Il-Partit Laburista ma jaghlaq bibien ghalxejn.` Il-Partit Laburist joffri ghazla fejn haddiehor ma jridx joffriha. Il-Partit Laburista jemmen bis-shih li Partnership hija l-ahjar ghazla.

No comments:

Post a Comment