10 ta’ April 2003
L-Orizzont
Sur Prim Minsitru tal-ftit jiem li fadal, isthi - jekk taf kif. Imissek tisthi tikteb ittra bhal ma ktibt lill-impjegati ta’ l-HSBC kollha gideb u invenzjonijiet. Ma nistax inhalliha ghaddejja bla risposta li tixraqlek.
Bdejt billi ghedt “Il-banek huma l-qalb ta’ kull ekonomija”. Mela la taf dan kif int accettajt li bank li ghandu nofs il-qalb ta’ l-ekonomija maltija jghaddi bla kliem u bla sliem f’idejn il-baranin? Ma tiddejjaqx tidher li thalli qalbna f’idejn il-barrani. Mhux ta’ b’xejn ossessjonat bl-UE!
Ghedt li inti smajt lill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni jghid li jekk ikun fil-gvern se jqaccat ir-rwol ta’ l-HSBC f’Malta. Dan fejn smajtu? Ma tisthix tigdeb sfaccatament? Kull ma qal il-Partit Laburista huwa li skond il-prattika internazzjonali li tkattar il-kompetizzjoni u tillimita l-monopolji permezz ta’ pozizzjoni dominanti fis-suq, niehdu mizuri biex tigi rimedjata il-pozizzjoni fejn l-HSBC qed juza il-pozizzjoni dominanti li hallih jiehu il-gvern nazzjonalista bla ma jkun sensittiv ghal htigiet ta’ l-ekonomija taghna.
“Imissek tisthi tikteb ittra bhal ma ktibt lill-impjegati ta’ l-HSBC kollha gideb u invenzjonijiet.”
|
Int li tant temmen fl-UE li ghaliha il-kompetizzjoni vera f’suq liberu huwa kredu fundamentali, kif issa qed titfantas li l-gvern laburista jrid igib aktar kompetizzjoni fis-suq bankarju li spicca dominat mill-HSBC bla wisq sensittivita’ ta’ l-obbligi li ghandu biex jghin fit-tkabbir ta’ l-ekonomija Maltija?
Inti, Sur Prim Ministru ghedt ukoll li biex il-pajjiz jimxi ‘l quddiem hemm bzonn li ma jkunx hemm hemm agenda personali jew politici fil-banek. Naqblu. Izda allura kif hallejt dawn l-agendi ifestru fil-Bank of Valletta tant li twieled mostru bhal tad-Daewoo li tant iddejjaqt tinvestiga.
X’gost tiehu tigbed u taghmel hsara lil Malta billi tghid li gvern Laburista ma jaghtix garanzija li ma jdurx ghall-investiment tal-privat? Il-Leader taghna ghamilha cara li mhux qed jara xejn hlief li jkattar il-kompetizzjoni fis-suq halli tigi agevolata l-ekonomija Maltija. Min fejn gibtha din li se nduru ghall-investiment ta xi hadd? Jew ga qed tittrenja biex mill-oppozizzjoni tibda tissabobtaggja l-interessi ta’ Malta ?
Ktibt lill- haddiema wkoll li l-aghar haga li jista jigri issa hu li jghaddu minn snin ohra ta’ taqlib u ndhil mil-Gvern. Indhil mil-gvern ghax irridu li l-HSBC jaghmlu dak li weghdu? Indhil mill-gvern ghax irridu li l-pubbliku malti jkun moqdi sewwa mnn bank li ghandu pozizzjoni dominanti fis-suq u ghalhekk irid jerfa l-obbligi li pozizzjoni bhal din iggib maghha?
Mela issa hekk sirna f’dal pajjiz? Min jiddefendi l-interessi ta’ Malta igib l-instabbilita u t-taqlib u min ibiegh l-affarijiet bir-ribass u jinnegozja kontra l-interessi ta’ pajjizna dak allura jgib l-istabbilita’. Skuzi tafx izda b’dan l-argument l-akbar stabbilita hi dik ta’l-oqbra.
Fid-dinja dment li timxi man-normi accettati minn kulhadd internazzjonaliment hadd ma jlumek ghax tiddefedni l-interessi ta’ pajjizek. Mhux kullhadd hekk jaghmel? Kullhadd hlief Malta taht gvern nazzjonalista.
L-investiment jitgerrex meta jsiru gazibi bhal bejgh tal-Mid-Med bla ma hargu offerti. Meta jsiru affarijiet li jgibuna nixbhu lil banana republics fejn id-dittaturi jaghmlu li jridu bla ma jghatu rendikont t’ghemilhom. Fejn ikollok Prim Ministru li jghid li Lm10 miljuni ‘l hemm jew ‘l hawn ma jimpurtax wisq!
“L-HSBC huwa bank serju u la jsibu s-serjeta’
|
Qalilna li l-ghazla hi bejn it-taqlib u l-inkwiet li jgibu maghhom Dr Alfred Sant u ta madwara jew is-serhan tal-mohh tal-gvern nazzjonalista.
Bhala cittadin Malti zgur ma serrahtx mohhi nara l-pajjizi jbiegh bank bir-ribass, bla trasparaenza u jtellef lil pajjiz xi Lm70 miljun lira. Issa ghax gvern laburista jrid li mil-mitluf jiehu li jista’ u jgieghel l-HSBC jkunu sensittivi lejn l-interessi nazzjonali u jkattar il-kompetizzjoni fil-qasam bankarji skond normi accettati minn kulhadd inkluz l-UE, minn fuq qed jaqta’ qalb il-haddiema bi scaremongering oxxen u rresponsabbli.
Is-serhan tal-mohh ghan-nazzjonalisti huwa li jbieghui l-interessi ta’ pajjizna b’irhis lill-barrani kif ghamlu wkoll fit-trattivi ghas-shubija fl-UE. Ghax ahna niddefednu l-interessi tal-poplu li lejh u lejh biss ahna nhossuna obbligati, il-Prim Minsitru jiskandalizza ruhu u jhedded li b’daqshekk qed ingibu l-instabbilita’. X’ipokresija!
Lil haddiema ta’ l-HSBC nghidilhom li l-pozizzjoni taghhom hija garantita ghax gvern laburista jinnegozja u jasal ma l-HSBC li ghandhom kull interess li jaslu maghna wkoll. Meta jsibu d-dghajjef ma nlumx l-HSBC li jiehdu walkover. Meta jsibu is-sod jammirawk u jaslu ghax hekk ikun jaghmel sens ghat-tnejn. Mil-banda ‘l ohra jekk tizdied il-kompettizzjoni fil-qasam bankarju jizdiedu u jitkattru l-impjiegi u tigi agevolata l-ekonomija fl-interess ta’ kullhadd.
L-istess jghodd ghad-depozitanti u ghax-shareholders tal-bank. L-HSBC huwa bank serju u la jsibu s-serjeta’ minn naha ta’ gvern labursta jirrispondu bis-serjeta’ minn naha taghhom halli l-monopolju perikoluz ta’ Fenech Adami ma jkomplix jherri l-ekonomija. Fl-ahhar mill-ahhar huwa fl-interess ta’ l-HSBC li joperaw fostna f’ambjent ta’ serjeta’ u ekonomija stabbli u soda.
Sur Primistru, dan l-att ta’ disperazzjoni juri bic-car li qed tipprova taqbad ma kull tibna anke fejn ma jezistix tiben.
No comments:
Post a Comment