Il-Kullhadd
Mhux possibbli li f`demokrazija normali wara erbgha snin ta` tmexxija mill-aghar issir elezzjoni u l-gvern jigi konfermat bl-istess magguranza ta` qabel.` Meta jigri dan jista jfisser zewg affarijiet; jew li mhux tassew hemm demokrazija jew li kien hemm cirkustanzi specjali li gieghlu n-nies jivvutaw kontra r-rieda taghhom.
Facli nsibu soluzzjoni billi nghidu li fil-pajjiz m`hawnx demokrazija.` Nistghu noqghodu nwahhlu fil-kontroll tal-media u uzu tar-rizorsi pubblici ghal skop partiggjan. Ma nghidx li dan ma jkollux effett.` Izda ma nemminx li dan ikollu effett li jdawwar dik li kellha tkun magguranza laburista ghal telfa ta `l fuq minn tnax il- elf vot.
Biex inkunu sincieri maghna nfusna ma nistghux noqghodu niehdu konsolazzjoni mir-raguni tad-deficit demokratiku.` Irridu nharsu oltre. U ma tantx ghandna ghalfejn indumu ngharrxu. Ghax ir-raguni malajr issibha. Tmissha b`idejk u jghidelek kull min ihoss il-polz tal-poplu u jitkellem man-nies.
`Il-magguranza ma vvotatx biex tikkonferma lil Partit Nazzjonalista fil-gvern.` Il-magguranza vvutat ghal dak il-Partit li seta` joffrilha t-triq tas-shubija fl-UE b`mod car u definit.` Il-magguranza ma vvotatx biex tikkonferma lil Partit Nazzjonalista fil-gvern.` Il-magguranza vvutat ghal dak il-Partit li seta` joffrilha t-triq tas-shubija fl-UE b`mod car u definit.
Issa wiehed jista` joqghod jerga` jargumenta kemm il-proposta taghna kienet ahjar u aktar superjuri ghas-shubija u kemm konna nistghu noffru futur ahjar. Dak x`nhasbu ahna. Izda dan ma jghoddx la ma kkunvincejnix lill ohrajn.` Li jghodd hu li l-maggoranza harset lejn dak li konna qed noffru ahna u ghal raguni jew ghal ohra ghazlet li tmur fi triq tas-shubija bhala triq definita` milli triq tal-partnership li kienet triq li tenhtieg hafna negozjati.
L-opinjoni tan-nies li xtaqu jibdlu l-gvern izda li ivvutaw PN minhabba l-EU,` hija li tant raw problemi fil-pajjiz li ma riedux jiehdu riskju b`esperimentazzjoni.` Riedu dak li f`ghajnehom deher` car u zgur.` Hafna hasbu li dak li ppropejna ahna kien jaf ikarkar is-snin u li wara l-esperjenza tat-98 ahna ma ispirajnix fihom fiducja biex jemmnuna li konna kapaci li nwasslu ghal negozjati ahjar ma l-UE fi zmien accettabbli.
U meta ssir analizi serja trid tara il-haga mhux kif nahsbu li hi ahna izda kif kien qed jaraha il-poplu. Ghax huwa l-poplu li jmur jivvota u bil-magguranza jiddeciedi jekk ahna nkunux fil-gvern jew fl-oppozizzjoni.
Ghalhekk nahseb li zball kbir li ghamilna kienet insistenza kontinwa sa Jannar li ghadda` li kollox kellu jigi deciz b`elezzjoni. Din kienet strategija hazina ghax b`hekk ikkostringejna nies li kienu xebghu mil-gvern biex ikollhom kontra qalbhom jivvutaw PN. `Il-hsieb bhal konkrit.` Jekk thallih jidhol fil-mohh jiehu postu u jaqghad.`
L-istategija taghna messha kienet li ahna naqblu li decizjoni bhal din, li torbot mhux biss lil gvern li jmiss izda lil gvernijiet kollha ta wara, kienet decizjoni tal-poplu li tittiehed f`referendum specifiku. Imissna bla rezistenza ta` xejn u mall-ewwel accettajna li r- rieda tal-poplu, kif espressa f`referednum serju, tkun accettata minn gvern laburista u jimplementaha fl-isfond tal-kostituzzjoni tal-pajjiz.
Izda jmissna insistejna bis-sahha kollha taghna u bil-kuntatti kollha li ghandna fix-xena internazzjonali li referendum bhal dan kellu jsir wara l-elezzjoni u mhux qabel.` Qabel serva biss ghal skop partiggjan favur il-PN.` Permezz ta` referendum qabel l-elzzjoni dawn hadu ritratt car ta` dawk li ma vvutawx bi protesta u kull ma kellhom bzonn jaghmlu fil-kampanja elettorali kien li jduru lil dawn in-nies, jaqduhom f`dak li kellhom bzonn u mbaghad jizguraw li dawn johorgu jivvutaw nhar l-elezzjoni.` Mhux ta` b`xejn il-PN ziedu fl-elezzjoni fuq il-voti ta` l-IVA fir-referednum.
Kieku insistejna, kif ripetutament insistejt jien f`kitbieti, li r-referednum isir wara,` kieku l-istorja probabbli kienet tkun mod iehor ghax min xtaq jivvutalna kien jivvutalna meta jaf li ahna nkunu marbutin bir-referendum.
Veru li minn Jannar `l haw il-pozizzjoni taghna bdiet tinbidel tant li fl-ahhar ahna stess offrejna referendum iehor. Izda meta tkun ilek tghid tant li kollox jigi deciz f`elezzjoni decizjonijiet li jibdlu l-pozizzjoni fl-ahhar qajla jkollhom effett. Il-hsieb bhal konkrit.` Jekk thallih jidhol fil-mohh jiehu postu u jaqghad.` Imbaghad bhal konkrit xott lanqas b`jackhammer ma tkissru. Il-hsieb trid tinfilsah fil-mohh meta l-konkrit ikun ghadu frisk ha ttih il-forma li trid.
Issa jehtieg li nammettu fejn zbaljajna, nitghallmu u nimxi `l quddiem.
Sunday, 27 April 2003
Konkrit
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment