Sunday, 20 April 2003

Qawmien

Il-Kullhadd



Illum jum l-Ghid il-Kbir.` Jum il-Qawmien.` It-Tifkira ta` meta Sidna Gesu Kristu qam mill-Imwiet u rebah fil-glorja.

L-analogija politika hija inevitabbli.` Meta ser jasal il-qawmien tal-Partit Laburista` Bit-telfa elettorali ta` nhar is-sibt 12 t`April 2003, il-Partit Laburista se jkun ilu fl-oppozizzjoni aktar min ghoxrin sena hlief ghal interval ckejken ta` bejn is- 96 u t-98.

Partit politku jista jilhaq l-objettivi tieghu biss jekk minn zmien ghal zmien ikun fil-gvern skond ir-regoli tad-demokrazija. Jekk jibqa fl-oppozizzjoni ghal zmien twil, u ghoxrin sena huwa zmien twil, twil hafna, allura partit poltilku jkun qed jirriskja li jrendu lilu nnifsu irrelevanti galadarba ma jistax iwettaq l-objettivi tieghu billi jmur fil-gvern.

Jista partit ikollu l-ahjar policies, l-ahjar nies u l-ahjar mezzi ghax ikun kollu ghal xejn jekk dawn ma jkunx jista` juzahom biex mil-gvern tassew jiddefendi l-interessi tan-nies li lilhom il-partit` ikun jirraprezenta.

`Inkunu qed nonqsu lill-Partit u lin-nies li jirraprezenta jekk nippretendu li ma gara xejn u li huwa normali li titlef elezzjoni wara `l ohra.` Ghalhekk is-sinjifikat tat-telfa elettorali li garrabna nhar is-sibt li ghadda ma ghandux jigi mcekken. Inkunu qed noqsu bl-ikrah jekk naghmlu dan.` Inkunu qed nonqsu lill-Partit u lin-nies li jirraprezenta jekk nippretendu li ma gara xejn u li huwa normali li titlef elezzjoni wara `l ohra.

Il-prestazzjoni tal-gvern nazzjonalista f`dawn l-ahhar erba snin u nofs tant kienet hazina li ghad irrid niltaqa ma xi hadd serju, nazzjonalist jew laburist, li jghid li l-gvern kien haqqu jigi konfermat. Hemm kunsens wiesgha li kien wasal zmien tal-bidla ghax il-gvern ma kien qed joffri xejn u l-arroganza u l-kompressi ta` zmien twil fil-poter kienu qed juru sew.

Biex f`cirkostanzi bhal dawn. Partit fl-oppozizzjoni mhux biss ma jirnexxilux jirbah izda jitlef l-elezzjoni bl-istess margni tan-92 u tan-98, allura bilfors tasal biex tirraguna li hemm xi haga kronikamanet hazina fil-Partit.

`Id-disfatta fiha innifisha fiha iz-zerriegha tas-success. U f`dawn ic-cirkostanzi il-partit Laburista ghandu bl-umilta kollha u b`sens ta` lejalta` lejn id-decizjoni tal-maggoranza,` jfittex biex isib iz-zeriegha tas-success fost it-tifrik tad-disfatta.` Ghax ir-rejalta` tibqa li n-nies ghalkemm mhumiex kuntenti bin-nazzjonalisti fil-gvern meta harsu lejna,` ma rawx fina alternattiva valida.` Allura ddecidew li l-issue ta` l-UE kienet superjuri ghal kollox u ghazlu lil dak il-partit li seta` jwassalhom hemm. In-nies tilfu l-fiducja fil-poltika maltija u ghazlu dixxiplina esterna f`forma ta` shubija fl-UE.

Naqblu jew ma naqblux, il-poplu dejjem ghandu ragun u jkun gwaj li nahsbu li ahna bravi u l-poplu iblah. Biex nibdew irridu li l-ewwel bl-umilta` kollha naghrfu d-decizjoni sovrana tal-poplu torbot lilna anke jekk ma naqblux maghha,` u filwaqt li nfasslu l-policies taghna fi sfond ta rejalizmu gdid li qed jizviluppa,` ma naghmlu xejn biex tigi ostakolata it-twettiq tar-rieda tal-magguranza dment li tibqa` fil-konfini tal-ligijiet legittimi tal-pajjiz.

Id-disfatta fiha innifisha fiha iz-zerriegha tas-success. U f`dawn ic-cirkostanzi il-partit Laburista ghandu bl-umilta kollha u b`sens ta` lejalta` lejn id-decizjoni tal-maggoranza,` jfittex biex isib iz-zeriegha tas-success fost it-tifrik tad-disfatta.

Din iz-zerriegha ma tinstabx billi noqghodu nippretendu li tort huwa tal-leaders biss u mhux taghna lkoll.` Ovvjament il-leadership iggorr responsabbilita` akbar izda ahna lkoll inhossuna parti mil-htija bhal ma konna nhossuna parti mis-success kieku l-folja kienet kontra. L-ingliz jghid success has many fathers but failure is an orphan. Is-success ghandhu hafna missieijiet izda d-disfatta hija orfni.` Dan mhux sew.

Jien l-ewwel wiehed nerfa` ir-responsabbilita tieghi, niprretendi li kulhadd jaghmel bhali, nikkundanna lil min hadem ghas-siggu persunali flok ghas-success tal-partit, u nwieghed li dment li l-partit jibqa` mmexxi min-nies li jispirawli fiducja jien lest biex inkun parti miz-zerriegha tas-success ikun x`ikun ir-rwol mixtieq minni.

No comments:

Post a Comment