Sunday, 8 October 2000

Konsensus basta tghaddi tieghu!

Il-Kullhadd

Konsensus ` basta tghaddi tieghu

Fi zmien ftit jiem` kellna zewg provi bil-fatti ta` kemm il-gvern nazzjonalista jew tilef rasu jew tant hemm tahwid fit-tmexxija li intilef kull sens ta` direzzjoni.

Jekk hemm xi haga li ghandu bzonn il-pajjiz hija li jigi mfittex konsensus kemm jista` jkun wiesgha fuq it-tibdil ekonomiku li hemm bzonn isir biex nimmordernizzaw u ma naqghux lura ma pajjizi ohra.

Filwaqt li hemm hafna affarijiet li m`hemmx qbil dwarhom u allura difficli li jinkiseb konsensus, hemm affarijiet ohra fejn jezisti qbil u allura jehtieg li dan il-qbil jigi konsolidat fi ftehim li jwassal ghal pjan ta` azzjoni.

L-aktar li ghandu dover li jfittex dan il-konsensus huwa l-gvern. Minkejja l-poter kollu li ghandu l-gvern xorta jista` jkun hafna aktar effettiv jekk fid-decizjonijiet` li jiehu` ifittex appogg wiesgha.` Appogg mil-Unions, appogg minn minn ihaddem u mhux lanqas appogg mill-oppozizzjoni li hija gvern alternattiv.

Minkejja impressjonijiet kuntrarji kien hemm diversi kazi fejn l-oppozizzjoni laburista tat konsensus lil gvern nazzjonalista fuq materji ta` natura nazzjonali. L-aktar ezempju li huwa car huwa fil-kaz tal-ligijiet tas-servizzi finanzjarji` li fl-1994 ghaddew mill-parlament bl-appogg ta` l-oppozizzjoni.` Dan il-fattur ta spinta lis-settur finanzjarju ghax il-barranin kienu attirati mill-istabbilita` li joffri konsensus biex ma jkunx hemm thezziz bla bzonn kull darba li tinbidel l-amministrazzjoni fi process demokratiku.

L-istess jista` jinghad ghas-settur turistiku. Dejjem kien hemm certu konsensus biex dan is-settur tant importanti jigi msahhah mill-istabbilita` tal-konsensus. Nista` nghid li proprju din is-sena stess il-mezzi tax-xandir tal-partit laburista, specifikamnet, Super One TV, kkopera ma l-Awtorita` tat-Turizmu biex xandarna bla hlas reklami biex jitheggeg l-gharfien fost il-poplu ta` kemm huwa importanti dan is-settur u kemm kull wiehed minnha irid jghin biex nipproteguh.

F`din il-legizlatura, minhabba dak li gara fl-1998 il-gvern isib izjed diffikulta` biex jakkwista il-kunsens ta` l-oppozizzjoni. Wiehed ma jridx jinsa li oppozizzjoni nazzjonalista wriet opportunizmu sfrenat meta fis-sajf ta` l-1998 ivvotat sahansitra kontra ligi tat-turizmu li dwarha kienet diga` esprimet konsensus fit-tradizzjoni li dan is-settur ikun kemm jista` jkun protett mill-pika politika.

Allura wiehed jifhem li wara esperjenza bhal din ikun ferm difficli li l-oppozizzjoni laburista tati xi konsensus fuq xi haga lil gvern wara l-mod opportunist li gabet ruhha l-oppozizzjoni nazzjonalista li ftahret permezz tas-segretarju generali taghha li waqqghu gvern elett mil-poplu.

Li jfisser li l-gvern, li xorta ghandu bzonn konsensus biex ikun effettiv, irid jaghmel sforz akbar biex jakkwista dan il-konsensus u jaghmel xi koncessjonijiet li mhux normali li jaghmel.

Izda qed jigri bil-maqlub. Il-Gvern taparsi ifittex konsensus mill-oppozizzjoni fuq materji li fuqhom hemm divizjoni ta` principju. Bhal fil-kaz tas-shubija fl-Unjoni Ewropeja. `Meta tkaza li l-oppozizzjoni mhux lesta tikkopera beda kampanja sistematika biex ikabbar l-istorja tat-tbaghbis tal-voti biex jiddestabilizza lil Leader Alfred Sant.` Tant telghalhom ghal rashom il-poter li hasbu li sahansitra ghandhom id-dritt li jaghzlu huma min imexxi l-Partit Laburista halli jkun possibbli li jiehdu l-konsensus li ghandhom bzonn fuq l-UE.

Meta gew ghas-si u no fuq konsensus iehor hareg il-veru karattru ta` kemm in-nazzjonailista iridu konvenjenza mhux konsensus.

L-ewwel kien hemm il-kaz tal-konfini elettorali tad-distretti. B`gest zghir il-gvern seta` accetta il-porposta ta` l-oppozizzjoni li jibghat ir-rapport lura lill-Kummissjoni Elettorali biex tirrevedih. Imqar ghal kirjanza ghax xorta il-gvern huwa car li qed jiddetta lil din il-Kummissjoni li fuqha ghandu l-maggoranza tan-nomini.

Imbaghad fuq il-kwistjoni ta` l-Agent President, materja simbolika li zgur ma` kienet tiswa xejn lil gvern li jaccetta l-proposta ta` l-oppozizzjoni.` Izda anke fuq materja daqstant insinjifikanti mhux biss il-gvern ifittex konfront izda jkompli jiggustifika dak li mhux gustifikat permezz ta` l-esponent ewlieni tieghu li joffri skuzi li lanqas jghoddu fid-dinja tat-tfal ahseb w` ara fis-serjeta` tal-politika.

X`inhu jwassal biex il-gvern nazzjonalista jaddotta policies daqshekk irrazzjonali` L-unika spjega hija li fil-partit nazzjonalista, wara l-faccata ta` ghaqda, qed tikkarga glieda nsensata ghall-poter bil-Prim Ministru jhoss ruhu taht attakk, u b`kontendenti ewlenin diga jarmaw it-truppi ghal-battalja li gejja. F`dan l-ambjent kullhadd jilghabha tal-qawwi u tal-bully u jfittex konsenus basta tghaddi tieghu!

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment