Sunday, 22 October 2000

Xejn m'hu b'xejn

Il-Kullhadd

Xejn M`hu B`Xejn

Il- gvern qabbad il-hbieb li ghandu fil-media biex jippressaw messagg li xejn mhu b`xejn. Dawk il-gazzetti u media li sentejn ilu tghidx kemm newwhu kontra l-gholi fil-prezz tal-ilma u l-elettriku u qalu li gvern laburista kien tilef ir-ruh socjali,` issa ma jsibu l-ebda diffikulta` itambru li xejn m`hu b`xejn u li ghalhekk ma ghadniex nistennew li l-gvern izomm, haseb w`ara jsostni, is-servizzi socjali.

U fil-fatt huwa veru li xejn m`hu b`xejn.` U l-aktar li kienu jsostnu dan il-messagg kienu l-gvernijiet laburisti tas-sebghinijiet u tmenijiet li minkejja li bnew qafas socjali mill-qiegh nett ma ghabbewx lil pajjiz b`piz finanzjarju li` ma jiflahx ghalih.

Ghal min ghandu l-eta` tieghi jiftakar zgur li fis-sittinijet u qabel ma kien hawn xejn f`dawk li huma servizzi socjali. Kien hawn tallaba jigru mas-saqajn. Kien hawn xjuh li lanqas kellhom pensjoni u hekk kif jispiccaw mix-xoghol ikunu ikkundannati ghal faqar. Ma kienx hemm children`s allowance, sptarijiet u kura b`xejn, tghalim b`xejn sahansitra fl-universita fejn tinghata stipendju biex iz-zaghzghah jistudjaw bla ma jkun piz fuq il-familja.

Minkejja dan gvernijiet laburisti bnew struttura ta` servizzi socjali li hija l-ghira ta` pajjizi ohra.` U dan ma sarx billi mlejna il-pajjiz bid-dejn. Altru! Gvern laburista fl-1987 ma halla dejn kwazi xejn u halla rizervi li l-pajjiz seta` juza ghall-izvilupp tieghu.

Dan sar ghax qatt ma ippretendejna li hemm xi haga b`xejn. Dejjem kien car li s-servizzi socjali kienu piz li jrid jingarr minn dawk li jifilhu jahdmu u jifilhu jhallsu.` It-tkabbir ekonomiku kien is-sors li ffinanzja dawn is-servizzi socjali bla ma mlejna l-pajjiz bid-dejn.

Kien haddiehor li fl-ahhar tat-tmenijijiet beda jghallem li l-flus mhux problema. U issa wara tant snin nieklu minn gewwa qed nibdlu d-diska.` Issa l-flus problema.` Issa xejn mhu b`xejn. Hasra li kliem bhal dan ma jinghadx qabel l-elezzjoni. Hasra li qabel l-elezzjoni iweghduna tnaqqis tal-piz tat-taxxi u issa qed ghidulna li ma nistghux nippretendu servizzi tal-gvern b`xejn u kemm jista` jkun ghandna nhallsu tas-servizzi li niehdu minghand il-gvern.

Daz-zgur li xejn m`hu b`xejn.` Is-servizzi socjali nhallsu ghalihom minn butna. Jien ili nahdem 31 sena u matulhom hallast l-income tax` u l-bolla f`taxxi diretti u min jaf kemm taxxi ohra b`mod indirett f`dazji, sisa u VAT. Id-dhul tal-Gvern mit-taxxi jizdied qieghed mhux jonqos. Allura wiehed jistaqsi `l ghala qed iqum dan id-diskors ta` xejn mhu b`xejn meta fil-fatt qed inhallsu hafna aktar taxxi milli konna nhallsu qabel.

Biss biss hudu l-bolla li fl-ahhar sentejn zdiedet min 8% ghal 10%. Hudu l-petrol li wara li gholiet is-sisa fuqu fl-1997 u fl-1999, fis-sena 2000 zdidiet il-VAT fuqu.` `Hadd ma kien weghdna dan fil-programm elettorali.

Dan kollu zieda fid-dhul tal-gvern. Mela ghalfejn issa qed nikkundizzjunaw in-nies li huwa dnub li nistennew xi servizz b`xejn mill-gvern`

Il-verita` hija wahda. Dan il-pajjiz tant tmexxa b`mod irresponsabbli fl-ahhar 13 il-sena li l-flus tat-taxxi taghna issa qed jittieklu mil-piz tal-imghax tad-dejn tal-Gvern li qorob lejn l-elf miljun lira meta fl-1987 ma kien hemm dejn xejn. U thallux minn ibghellalkom li dawn il-flus intuzaw biex jiffinanzaw l-investimenti. Hemm dejn iehor fil-korporazzjonijiet u kumpaniji pubblici li iffinanzja l-investiment.

Jekk il-Freeport ghandu d-dejn tieghu biex wasal fejn wasal. Jekk l-Enemalta ghandha d-dejn taghha biex bniet il-power station.` L-istess il-Water Services, L-Air Malta u l-Gozo Channel, l-MIA u tant u tant azjendi tal-gvern ohra li jisselfu b`mod dirett.

Id-dejn` tal-gvern centrali gie sparpaljat f`sussidji bla sens, nfiq bla valur u tberbiq generali li gabet maghha l-kultura ta` money no problem. Lanqas ghandna biex nsewwu t-toroq u noqghodu nwebblu n-nies li dawn ser taghmilhomlna l-UE. Ghalhekk it-taxxi taghna qed jittieklu qabel ma jaslu biex jaghmlu tajjeb ghas-servizzi socjali.

U flok il-gvern jammetti htijietu issa jrid idur biex jibda jnaqqar dawn is-servizzi socjali jittimbra mohh kullhadd li hadd ma ghandu jippretendi xejn b`xejn biex jahbi dnubu li qed jisparpalja flusna f`mismanagement grottesk.

Ahna ma rridu xejn b`xejn. Kull ma rridu huwa valur ghat-taxxi li nhallsu u tmexxija u ghaqlija li mhux l-ewwel tberbaq u tahli u mbaghad twahhal fina li rridu l-affarijiet b`xejn.

Alfred Mifsud



No comments:

Post a Comment