Sunday, 29 October 2000

Wara l-firem

Il-Kullhadd Wara l-firem

Il-firem ingabru. In-nies marret bi hgara tipprotesta. Il-gvern zied doza ohra ta` l-arroganza tieghu billi ddikjara li dan ma jfisser xejn u bl-ebda mod m`hu ser jibdel il-pozizzjoni tieghu. U issa l-poplu jistenna` l-budget li gej ha jara jekk il-gvern il-messagg effitivament hadux jew le.

Skond il-pjan tal-gvern li kien hareg sentejn ilu ghas-sena d-diehla` jehtieglu jdahhal madwar Lm36 miljun lira izjed minn infurzar ta` taxxi u minn taxxi godda u ma dan irid jizdied Lm25 miljun li jrid ihallas lil tac-civil. Hemm ukoll il-kwistjoni ta` l-gholi fil-prezz taz-zejt li sal-lum il-gvern harabha ghax baqa` jittama li l-prezz taz-zejt jigu lura f`postu wahdu u ma jkunx hemm bzonn interventi mill-gvern.

Dan kollu juri kemm minkejja diskors li jinghad dwar kemm qed jitjiebu l-finanzi tal-gvern dan kollu huwa loghob bil-kliem. Il-finanzi tal-gvern din is-sena zdiedu ghax biss biss fl-ewwel tmien xhur tas-sena il-gvern gabar minghand il-poplu Malti Lm47 miljun lira izjed mill-istess tmien xhur tas-sena l-ohra f`taxxi diretti u ndiretti u f`kontribuzzjonijiet tas-sigurta socjali.

Mela biex beda jirranga il-finanzi tieghu il-gvern kellu jiehu mizuri li laqtu lil kulhadd li battlu flus il-poplu u mlew ftit mil-hofra tal-gvern. Mhux ilkoll qed inhallsu income tax aktar mis-sena l-ohra` Mhux ilkoll qed inhallsu bolla tan-National Insurance iktar mis-sena l-ohra` Mhux ilkoll qed inhallsu iktar tal-petrol, diesel, transport pubbliku , telefon` hobz u elf haga ohra milli konna nhallsu s-sena l-ohra.

Minkejja dan il-gvern qed jippjana li se jkompli jaghfas ha jigbor aktar flus mit-taxxi.` U allura hafna minnkom ser jistaqsu ` l-firem ghal fejn ser jiswew`

Il-firem jiswew biex il-mexxejja tal-Unions jhossu li l-poplu qieghed warajhom. Meta l-partit laburista jkun fl-oppozizzjoni l-uniku tarka tal-haddiema huma l-unions. Kull meta fil-passat gvern nazzjonalista ta lil unions biex izommhom kwieti kien qed jirhan il-futur li issa waslu biex ihallsu tieghu il-haddiema. Ma dak li ha l-haddiem il-gvern iggustifika li jiehdu hafna u hafna ohrajn. Izda issa l-gvern ghax kostrett mis-sitwazzjoni finanzjarja qed idur fuq il-haddiem u haddiehor li maxtar u ffanga bilkemm minsus.

X`se jaghmlu l-partit tal-haddiema u l-unions biex ma jhallux li l-haddiem ikollu jhallas hu ta` l-irresponsabbilta` tal-kultura ta` money no problem tal-passat.

L-ewwel nett irid johrog car kemm hemm bzonn ta` ftehim bejn il-Unions u l-Partit Laburista.` M`hiniex nghid il-GWU izda il-unions kollha, dawk kollha li verament ghandhom ghal qalbhom il-gid ta` min jghix bil-paga u l-pensjoni. Dan m\ghandux isir bil-habi. L-ghaqdiet tan-negozju ma jinhbewx biex jaghtu kull imbottatura possibbli lil-partit nazzjonalista.

It-tieni irridu nifhmu li biex verament nipprotegu lill-haddimea hemm bzonn li l-partit laburista jkun fil-gvern. Mhux ghax meta` jigri dan il-partit laburista mhux xorta jkollu jmexxi m`mod li kostrett mic-cirkustanzi li jsib ikollu jiehu passi li jistghu jolqtu hazin anke lil-jklassi tal-haddiema.` Izda meta dan ikun inevitabbli irid isir bi ftehim shih mal-Unions li jifhmu li dan qed isir bi pjan biex tissolva l-problema u mhux biex tigi vantaggata klassi fuq ohra.

Izda sadinittant li l-partit laburista qieghed fl-oppozizzjoni jridu jkunu il-unions` li bis-support tal-partit laburista u tal-mezzi ta` komunikazzjoni tieghu, ma jhallux lil gvern jghaddi b`romblu minn fuq il-haddiema.

Il-messagg issa inghata. Il-gvern ghandu zewg ghazliet. Jew jiftah diskussjoni wiesgha mal-unions u ma l-Oppozizzjoni biex isir pjan nazzjonali halli il-passi li hemm bzonn jittiehdu jittiehdu fi ftehim li jizgura li kullhadd igorr skond kemm jiflah. Jew jekk irid jibqa` ghaddej il-gvern irid juza s-sahha li taghtih il-kariga kontra s-sahha tal-poplu li jhossu ttradut b`min weghdu l-genna fl-art u issa qed itih l-infern tat-taxxi.

Ghal dan jehtieg li l-GWU tahdem b`mohha. Ma rridux nghaddu lill-haddiema minn passjoni biex jiehu d-drittijiet tieghu. U lanqas ma rridu naghmlu hsara lil pajjiz ghax fl-ahhar mill-ahhar l-aktar li jkollu jaghmel tajjeb ghal din il-hsara huwa z-zghir.

Ghalhekk irridu ninghaqdu izjed, biex naghmlu kuragg b`xulxin u fejn ma nistghux nidhlu bhala haddiema` ghax ir-regim repressiv ma jridx ihalli spazju ghad-dissens, jidhlu sahansitra in-nisa , xjuh u t-tfal biex bin-numru kbar taghhom nuru li dak li hu tal-haddiema, dak li bnew il-haddiema bl-gharaq ta` demmhom m`hu ser izarmah hadd.

Alfred Mifsud



No comments:

Post a Comment