Sunday, 15 October 2000

Taxxu u cejca

Il-Kullhadd

Taxxi u cejca

Kultant lanqas tkun trid temmen lil widnejk. Il-Hadd li ghadda kellna l-Ministru tal-Finanzi jghidilna b`ton papali li jekk il-poplu Malti jrid tishih fis-servizzi socjali irid ikun lest jaghmel tajjeb ghalihom b`zieda fit-taxxi.

Hasra li diskors bhal dan ma jinghadx qabel l-elezzjoni. Qabel l-elezzjoni il-weghda kienet cara li gvern nazzjonalista se jnaqqas il-piz tat-taxxi. Issa l-poplu Malti mhux differenti minn kwalunkwe poplu iehor. Aktar jiehu pjacir b`min jghidlu li m`hemmx problemi tant li jista` jehfief il-piz tat-taxxi milli min jghidlu li minhabba l-problemi finanzjarji tal-pajjiz hemm bzonn li nrossu ic-cinturin u jekk hemm bzonn jizdiedu t-taxxi. Ghalhekk min jurik id-debba qabel l-elezzjoni u jqabbizlek il-hamra wara ikun qed imur kontra il-bazi tad-demokrazija li teleggi gvern fuq il-bazi tal-manifest elettorali.

Tiftakru kemm kienu sawwtu lil gvern laburista li f`sentejn dahhal 33 taxxa` Tahsbu li Gvern Laburista kien gost u pjacir tieghu li jdahhal dawn it-taxxi Izda meta ssib pozizzjoni finanzjarja li thawwxek ghiduli x`tista taghmel`

Jien kont vicin hafna tal-Ministru Lino Spiteri fil-5 xhur li dam Ministru tal-Finanzi bejn Ottubru 1996 u Marzu 1997. Kont nara mill-qrib kemm kienet inkwetanti l-qaghda finanzjarja tal-pajjiz. Mhux biss ghaliex il-budget tal-Gvern li suppost kellu jkun ta` Lm32 miljun fil-fatt kien se jlahhaq Lm112 il-miljun, izda wkoll ghax wara l-bieb tal-Ministru fi kju kien hemm dawk responsablli mill-kumpaniji u korporazzjonijiet pubblici li lkoll kellhom storja ta sitwazzjoni finanzjarja ddisprata fil-korporazzjoni jew kumpaniji li kienu responsabbli minnhom. L-Enemalta, Il-Water Services Corporation, Gozo Channel, Drydocks u Shipbuilding, Win Cargo, Malta Gantry, Malta Countertrade. METCO` u tant u tant ohrajn. Kull fejn tmiss isib hajt sabih bil-gir kulurit izda bla tikhil warajh li hekk kif ittektek b`subghajk jikkrolla kollox.

Il-budget ta` l-1996 kellu previzjoni li jdahhal Lm110 miljuni` mil-VAT. Figuri vvintati.` Lanqas sal-lum minkejja li l-VAT ilha tahdem mill-1995 u minkejja li zdiedet fuq prodotti ohra bhal petrol u t-telfon ghadna ma wasalna ghal din il-figura ahseb w`ara kemm stajna ersaqna lejha fl-1996.

F`cirkonstanzi bhal dawn il-gvern laburista fiz-zewg budgets li ressaq kellu bilfors izid it-taxxi. Mhux hekk xtaq. Izda ic-cirkustanzi li hallewlu ta qablu ma hallewx ghazla. Izda dan il-Gvern ma ghandux din l-iskuza. Il-Ministru Dalli ilu Ministru tal-Finanzi mill-1992. Kien wieghed li se jnizzel il-budget deficit ghal 3%` sa l-1996 u minflok tellghu ghal 10%. Meta gvern laburista beda jghid li kien hemm il-problemi hu li kien jaf kollox minn gewwa beda jichad minkejja li messu kien jaf ahjar. Flok qal li Gvern laburista ma kellux alternattiva hlief li jzid it-taxxi beda jghajjru li zied 33 taxxa.

Illum li l-Ministru Dalli rega mill-gdid fil-kariga ma nehhiex hlief wahda minn dawn it-taxxi u ghamel hafna ohrajn. L-aktar hija l-VAT fuq il-petrol u z-zieda fil-bolla tan-National Insurance` li tolqot lil kulhadd bla ebda ghazla li jiffrankaha. Taxxa diretta fuq ix-xoghol.

Izda fil-programm elettorali mhux hekk wieghedna. Weghdna li ser inaqqas il-piz tat-taxxi. Minflok issa iridna nifirhu li fil-budget li gej habbar li mhux ser jgholli r-rati tat-taxxi u mhux ser jgholli l-petrol meta dawn diga ghollihom fil-budget li ghadda u meta d-dinja kollha qed tnaqqas it-taxxi.

Issa rridu naccettaw li jizdiedu t-taxxu waqt li jitnaqqru s-servizzi socjali.` Kieku l-Ministru tal-Finanzi dahal fil-kariga issa wiehed jifhem li hekk hemm bzonn. Izda dan ilu Ministru tal-Finanzi tmien snin b`waqfa biss ta` 22 xhar li matulhom tghidx kemm ikkritika` li qed jizdiedu t-taxxi. Dawn ma setghux ghajr tejjbu d-dhul tal-Gvern.

Flok jippontifika dwar li xejn m`hu b`xejn u li hemm bzonn nibdew inhallsu tas-servizzi li niehdu minghand il-gvern il-Ministru jrid l-ewwel ifehmna ghaliex dan ma ntqalx car fil-programm elettorali li wieghed li se jhaffef it-taxxi.

U mbaghad jammetti li kien huwa li wassal il-pajjiz f`dan l- istat` fejn biex infejqu l-problema tad-deficit qed inkunu kostretti nintaxxaw bla hniena u min fuq nippretendu li jigu in-nies fit-triq jaghtu prosit lil Ministru talli qed izid it-taxxi. Cajta sabiha!

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment