Il-Kullhadd
Twemmini
Illum bdejna xahar gdid. Tlett kwart ta` l-ewwel sena tal-millenju telqet tigri. Dal-Gvern riesaq lejn nofs il-legislatura tieghu u z-zmien ghaddej bilgri. Dil-gimgha naghlaq 49 sena u ghalhekk hemm ragunijiet bizzejjed biex nieqaf u naghmel reflessjoni dwar twemmini.
Raguni ohra hija ghax ex-laburist deherlu li jien bil-kitbiet tieghi nuri twemmin differenti mit-twemmin laburista.` Li din il-kritika gejja minn xi hadd li ghadu jemmen li l-partit laburista ghandu jibqa` jitmermer sa ma jipprova li mhux tassew li l-hniezer itiru, `bizzejjed wiehed jifhem `kemm m`hemmx intenzjonijiet tajba fi kritika bhal din.` Izda x`fiha billi wiehed minn zmien ghal zmien jistqarr twemminu kif bhal insara naghmlu kull meta nirrectaw il-Kredu`
Jien nemmen li Malta ghandha tkun stat sovran u indipendenti hieles mill-bazijiet militari u ma tifforma parti mill-ebda blokk` militari. Nemmem li biex dan ikun possibbli irridu nibnu bazi ekonomika soda ghal pajjizna biex ma jigix ekonomikament dipendenti fuq min irid jerga jdahhlu fi blokk militari.
Nemmen li biex dan isir il-pajjiz irid ikun mibni fuq ix-xoghol, fuq il-bzulija u fuq l-efficejnza. Nemmen li pajjizna m`ghandux rizorsi x`jahli f`sussidji eterni li ma jindirizzawx is-sors tal-problema li twassal ghal htiega ta` dawn is-sussidji.
Nemmen li il-flus migbura mit-taxxi ghandhom jintefqu bl-akbar diskrezzjon u trasparenza u ma ghandniex inhallu pajjizna jkollu regoli ghal min jahdem mal-gvern laxki u komdi hafna u regoli iebsa u tqal ghal min jahdem mal-privat.` Nemmen li l-haddiema huma lkoll ahwa u li jghodd ghal wiehed jghodd ghall-iehor.
Nemmen li huwa zball madornali li l-pajjiz thalla jasal fir-rovina finanzjarja li twassal fiha li qed tittrasferixxi flus mis-settur privat li jistghu jintuzaw ghall-investiment u jmorru sempliciment biex il-gvern ikompli jberbaq u jonfoq waqt li l-pajjiz jihalla nieqes minn investiment mehtieg bhal fil-kas tat-toroq.
Nemmen li l-hela u l-inefficjenza, anke jekk ghal xi zmien joholqu` l-illuzjoni tal-benesseri, huma d-dudu li jsewwes` il-kapacita` taghna li nghixu bhala stat sovran u li nostnu is-servizzi socjali f`pajjizna.
Ghalhekk nemmem f`ekonomija soda, vibranti, efficjenti, moderna u kompetittiva f`dinja globali. Nemmen li dan jigi permezz ta` investiment produttiv li ghandu jghamlu s-settur privat li jigi mhajjar permezz ta` stabbilita industrijali u rati ta` taxxi diretti baxxi.
Nemmen li l-gvern ukoll ghandu jkun xempju ta` l-efficjenza biex ic-cittadini jkunu perswazi li flus li jhallsu f`taxxi qed jintuzaw sew specjalmet f`investiment socjali u infrastrutturali li jaghti bazi soda ghall-izvilupp.` B`hekk il-gvern ikollu dritt morali, `mhux biss legali biex jigbor it-taxxi dovuti kollha b`infurzar rett u sod.
Nemmen li huwa biss permezz ta` tkabbir ekonomiku li jista` jkollna sostenn tan-nefqa socjali tal-gvern bla ma jzid it-taxxi fuq ic-cittadini. Ghalhekk nemmen li l-gvern irid jaghti prijorita qawwija lill-erba` drittijiet naturali li ghandu bniedem indipendentement mil-qaghda ekonomika tieghu.`
Id-dritt tat-taghlim huwa dritt sagrosant u ghalhekk il-gvern irid jaghmel skejjel pubblici tajbin daqs jew ahjar minn dawk privati fil-livelli kollha ta` l-edukazzjoni.
Id-dritt tal-hajja permezz ta` servizz ta` sahha preventiv u kurattiv irid ikun efficjenti u effettiv halli min m`ghandux rizorsi xorta jkollu access ghal kura anke jekk forsi b`inqas komfort minn min ghandu l-flus li jhallas ghal kura privata.
Nemmen li l-bnieden ghandu dritt ghal abitazzjoni dicenti u min m`ghandux bazi ekonomika bizzejjed biex jahseb ghal rasu allura ghandu jigi pprovdut b`akkomodazzjoni socjali li jkollha l-istandards minimi tad-dicenza.
Nemmen fid-dritt tax-xoghol u tal-pensjoni wara x-xoghol. Nemmen li dan id-dritt irid ikun marbut mad-dmir ta` xoghol onest u efficjenti u nemmen li l-Unions ghandhom juru flessibilita` li jaccettaw metodi moderni ta` management basta jkun marbut ma programmi intensivi ta` tahrig ghal-haddiema biex tigi mghejjuna il-mobbilita` tal-haddiema u nimxu lejn kuncetti ta` permanent` employability milli ta` xoghol fiss tal-post sal-pensjoni.` Nemmen li l-ekonomija ghandha tkun vibranti bizzejjed biex tohloq opportunatijiet ta` xoghol gdid lill- haddiema li jintlaqtu meta industriji jew azjendi ohra inevitabbilmenti jghalqu jew inaqqsu n-nies u ghalhekk il-htiega ta` tahrig kontinwu.
Nemmen li l-istat ghandu jkun hanin ma min ma jistax jghin ruhu, il-marid, in-nies bi bzonnijiet specjali,` mal-fqar moderni frott is-single parenthood u l-familji mifruda.` Nemmen li pajjizna ma jistax ikompli jahrab mil-problema` socjali ta min iz-zwieg tieghu tkisser b`mod irreparabbli u bena relazzjoni gdida li l-istat ma jgharafx.
Ghax nemmen dan jien nemmen fis-socjalizmu demokratiku.
Alfred Mifsud
Sunday, 1 October 2000
Twemmini
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment