Il-Kullhadd
Bla sens
Id-decizjoni tal-Bord ta` l--Awtorita tax-Xandir rigward l-ilment tal-Partit Laburista fuq l-ispots poltci tal-MIC hija bla sens.
Immagina kieku jkollok kawza u tirbahha u l-imhallef jaghtik ragun izda ma jtikx rimedju. Anzi japprova li l-ligi tista` tkompli tinkiser. Hekk bejn wiehed u iehor iddecidiet l-Awtorita` tax-Xandir.
Mhux ta b`xejn il-Bord kien maqsum dwar dan u kien biss bil-vot tac-Chairman li ghaddiet id-decizjoni tal-biki li ghaddiet.` Ikunu f`mumenti bhal dawn li juru is-sinsla tac-Chairman ta` Awtoritajiet daqstant awtonomi u importanti ghad-demokrazija.
Meta jigri dak li gara u Chairman jiehu decizjoni li togghog lill-gvern li appuntah u li fl-opinjoni tieghi tmur kontra is-sens komun allura tibda tiddubita xi skop hemm li noqghodu nonfqu l-flus f`Awtoritajiet. Ghax la l-Gvern jinghata de facto ragun meta de jure jinghata tort,` mela allura l-Awtoritajiet qeghdin hemm biex jahlu flus ic-cittadin u mhux biex jipprotegu lic-cittadin.
Ghax wiehed forsi jista` jifhem li kieku l-Awtorita iddecidiet li m`hemmx kaz ta` zbilanc kif ilmenta il-Partit Laburista.` Izda dan qajla seta` jsir meta l-Awtorita ghandha precendenti li juru bic-car li hemm zbilanc sagrosant fuq materja ta` kontroversja politika nazzjonli. Ghalhekk l-Awtorita tat ragun lil Partit Laburista li l-programmi tal-MIC qed joholqu zbilanc fuq ix-xandir pubbliku.` Ma setghetx taghmel mod iehor.
Izda x`jiswa r-ragun bla rimedju` Kwazi kwazi huwa aktar offensiv.
L-unika rimedju li kien jaghmel sens huwa li kieku ix-xandir pubbliku kien orndat jibbilancja l-informazzjoni dwar is-shubija fl-Unjoni Ewropeja b `informazzjoni dwar l-ghazla l-ohra ta` partnership specjali skond it-twemmin laburista ta` Malta Svizzera fil-Mediterran. Izda r-rimedju ta` l-Awtorita kien li kollox jibqa kif inhu, minkejja li l-istat ta` l-affarijiet kif inhuma kien dikjarati zbilancjati, u jigu varati sensiela ta` programmi ta` diskussjoni dwar l-ghazliet li ghandu quddiemu il-poplu Malti dwar l-Unjoni Ewropeja. Bhal li kieku jekk il-Partit Laburista sofra gol mhux validu u l-protest jaccetta lil-gowl kien invalidu, jista jkun hemm rimedju billi jaghti gowl iehor lil kull wiehed liz-zewg timijiet. Mhux xorta ser jibqa`l-izbilanc!
Kienu wkoll offenzivi tal-MIC li hargu jifirhu b`din id-decizjoni stupida ta` l-Awtorita tax-Xandir u qalu lil tal-Labour ma jridux lil-poplu jkollu informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropeja.
Ikun tajjeb jekk il-Partit Laburista ixandar il-korrispondenza dwar din il-materja li kien ghaddiet bejn il-MIC u bejn Super One f`Novembru u Dicembru tas-sena 2000. Ikun car hemm min tassew irid li l-poplu jkollu biss verzjoni wahda mhallsa minn flus il-poplu u rrifjutha li jaghmel l-istess programmi ta` informazzjoni dwar l-ghazla laburista.
Tal-MIC kienu irrifjutaw bl-aktar mod assolut li jonfqu somom ekwivalenti ta` dak li kienu qed jonfqu biex jaghti informazzjoni dwar is-shubija biex jinfurmaw ukoll dwar Svizzera fil-Mediterran. Bl-aktar mod assolut kienu ghamluha cara li huma biss interessati li jaghtu informazzjoni biss fil-kuntest ta`shubija.` Ma accettawx li ntellghu dokumentarji biex jispjegaw jekk in-nies ta` l-Isvizzera , tan-Norvegja u ta` l-Islanda ihossuhomx anqas ewropej ghax pajjizhom ghazel arrangament differenti minn shubija ma l-Unjoni Ewropeja. Dawn id-dokumentarji kien tellaghhom Super One stess minn butu u qatt ma gew murija fuq l-istazzjon pubbliku.
U issa minn fuq iridu jghajjru lill-Partit Laburista li ma jridx jinforma dwar l-Unjoni Ewropeja.` Ta Super One konna ridna li jkun hemm zewg verzjonijiet. Huma tal-MIC, issa bil-barka tac-Chairman ta` ` l-Awtorita` tax-Xandir, li jridu jsemmghu qampiena wahda avolja l-Awtorita qablet li dan l-izbilanc huwa illegali.
Minghand ic-Chairman ta` l-Awtorita` tax-Xandir kont nistenna ahjar. Ghax il-gvernijiet imorru u jigu izda s-serjeta` u l-irgulija, jew in-nuqqas taghhom, jibqghu` jigri wara dak li jkun jghaddi kemm jghaddi zmien.
Alfred Mifsud
Sunday, 3 February 2002
Bla sens
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment