Thursday 14 February 2002

Ittra lill-Editur tan-Nazzjon

In-Nazzjon

Ittra lill-Editur tan-Nazzjon

Sur Editur,

Nitlob li tippublika din ir-risposta skond il-ligi ta` l-istampa.

L-editorjal tieghek ta` l-14 ta` Frar 2002 huwa skars hafna fuq il-verita`.` Naqbad biss zewg punti.

Int dawwart dak li ghedt biex gibtu qisu li jien ghedt li Alfred Sant ilu bizzejjed u ghandu jwarrab.` Jien ghedt precizament hekk : Something else which kept me away is my belief that politics is a profession with a limited lifespan and then you have to move on. I believe that the lifespan of a politician in government is of about 10 to 15 years. Zgur li tifhem li z-zmien indikat huwa zmien fil-gvern u Alfred Sant dam anqas minn sentejn fil-Gvern,` Fadallu tlettax il-sena bhala Prim Ministru qabel ma jkun sar il-hin biex iwarrab u jien ghandi kull intenzjoni biex nghinu jaghmel dan ghal gid ta` Malta u tal-Partit Laburista. Jekk hu time up huwa ghal xi hadd iehor li issa ilu prim Ministru 15 il-sena interrotti biss bi 22 xahar tal-gvern laburista.

Ghedt ukoll li tahti meta kont chairman tal-Mid-med Bank il-prezz ta l-ishma tal-bank tant kien sejjer hazin li ridt li l-Bank jixtri l-ishma tieghu stess.` Meta dhalt Chairman tal-Bank f`Dicembru ta` l-1996 il-prezz kien Lm1.40 u meta tlaqt sentejn wara il-prezz Lm2,` zieda ta` 40%. Altru milli tahti il-prezz ma marx hazin. Il-verita` hi li jien kont naf li l-ishma fil-fatt` kienu jiswew hafna izjed skond il- rofitti li kien qed jaghmel il-bank u ghal potenzjal li kellu u ghalhekk ghamilt bhal ma jaghmel kull management serju f`cirkostanzi bhal dawn, jigifieri jaghmel share baybuck.` Il-bierah stess Swisscom, l-aqwa kumpanija tat-telekomunikazzjoni Svizzera, habbret share buyback ghax temmen li l-ishma taghha jiswew izjed milli kwotati fis-suq.

Tislijiet

Alfred Mifsud



No comments:

Post a Comment