Il-Kullhadd
Wara Agatha ... ikompli l-karnival
Tlifniha. Tlifna l-aqwa mara li qatt ipproduciet din l-art Maltija. Daqstant kienet kiefra il-gimgha li ghaddiet li serqet minn fostna mara b`qalb tad-deheb li dejjem hadmet senza interessi ghal haddiem u ghal klassi l-baxxa.
Agatha kienet mara unika. Qatt ma nsiet min fejn bdiet minkejja li lahqet l-oghla kariga li wiehed jista jilhaq f`pajjizna.` Il-glorja u l-unuri qatt ma telghulha ghal rasha. Telghalha ghal rasha biss l-idejal socjalista li baqghet temmen fih meta intefghet bla htija l-habs fis-snin hamsin daqs meta kienet President tar-Repubblika fis-snin tmenin.
U kienet dejjem konsistenti ma dan l-idejal. Kont inhares lejn Agatha bhalha l-aktar persuna li kellha personalita` u awtorita` morali biex tressaq lura fil-Partit lil min tbeighed minnu sabiex il-Partit jersaq lejn l-elezzjoni li gejja ponn wiehed, ghaqda wahda taht il-leader wiehed taghna Alfred Sant. Dak li ma kellix zmien bizzejjed biex taghmlu f`did-dinja , perzwaz jien, li Agatha ser tkompli taghmlu mil-glorja tas-sema fejn zgur li ga hadet postha.
Lil Missier etern Agatha mhux ser titolbu xi` post komdu fejn tidher.` Izda zgur li ser titolbu biex jibqa` jroxx il-barka tieghu fuq pajjizna u fuq il-haddiema tieghu u biex jaghti dehen u kuragg lil gensna biex jaghzel gvern li tassew jiddefendi l-interessi tal-haddiema u tal-poplu li b`gharaq gbinu u b`demm uliedu feda lil din l-art minn mijiet ta` snin ta` hakma mill-barrani u ta` kolonjalizmu.
Ghax il-hajja tkompli u wara l-ahhar tislima lill-Agatha ikompli l-karnival. Mhux il-karnival li qed jigi celebrat f`dal-jiem ghax dan parti mil-kalendarju folkloristiku li ghandna nsostnu.` Kollox irid ikun, anke harba ta` ftit jiem mir-rejalta iebsa li qed tifni lil tant familji.
L-aghar huwa li jkompli l-karnival kontinwu u s-sena kollha fl-amministrazzjoni ta` pajjizna minn Gvern li tilef kull sens ta` dekor u ta` rispett lejn il-poplu malti li suppost qed imexxi biex jiddefendi l-interessi tieghu.
Ghax hija karnivalata l-informazzjoni li qed tohrog dwar il-konsulenti li ghandhom il-ministri. Konsulenti li mhallsin mil-belli liri tat-taxxi taghna. Hemm certi ministri tant ghandhom konsulenti li bejn li jaqraw ir-rapporti li jaghmlu dal-konsulenti u bejn li jmorru f`kull okkazzjoni fejn ikun hemm il-cameras tat-TV tiskanta kif jista` jibqghalhom hin ghat-tmexxija vera ta` pajjizna.
Hija karnivalta li dan il-pajjiz gie ridott ghar redikolu ta` amministrazzjoni li dejjem tistudja u tornda r-rapporti u mbaghad ma taghmel xejn. U meta xi darba taghmel xi haga tfattarha.
Ara John Dalli meta biegh il-Mid-Mmed Bank, hemm fejn kellu verament bzonn konsulenti biex igib l-ahjar prezz ghal-Bank, hemm qabad u fattarha u wehel bl-ispiza il-poplu Malti.` Fi zmien ftit jiem u bla ma kkonsulta lil hadd, lanqas lil-kabinett, qabad u biegh il-Bank b`nofs prezz.
U issa mid-dehra ser jikkopjah siehbu Josef Bonnici. Dan ukoll b`mod skandaluz u bla trasparenza xejn biegh 35% tal-Maltapost lil barranin minn New Zealand b`mod li dawn bil-minoranza ser jikkmandaw fuq kumpanija taghna lil ghandha monopolju. Kieku riedu jkabbru is-servizzi internazzjonali setghu ghamlu kumpanija ohra u hemm jaghtu sehem kemm iridu lil-barranin li kapaci jgibu ix-xoghol minn barra.` Izda x`sens jaghmel li il-Posta ta` Malta li anke fi zmien il-kolonjalizmu dejjem kienet immexxija u b`mod efficjenti mil-Maltin wasalna fi stat li nbeghu terz minnha l-barrani u dritt li jikkmanda kollox anke eventwalment kemm jiccargja tas-servizzi teknici li jaghti.
Mela tassew li dal-gvern tilef ghal kollox il-fiducja f`gensna` Dal-karnival jehtieg jieqaf.` Agatha ghinna minn fejn int.
Alfred Mifsud
Sunday, 10 February 2002
Wara Agatha - ikompli l-karnival
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment