Il-Kullhadd
Zball
Il-proposti li qed jaghmlu is-sidien tan-negozji fil-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali huma ta` stmerrija u qatt ma jistghu iwasslu la ghal ftehim socjali u wisq anqas ghal soluzzjoni vera tal-problemi ekonomici tal-pajjiz.
Donnhom li s-sidien jemmnu li l-piz biex jigu solvuti il-problemi ekonomici tal-pajjiz ghandhom igorruh il-haddiema billi jnaqqsu il-livell tal-ghixien taghhom u billi jaghtu lura beneficcji li nkisbu matul is-snin.
Hekk per ezempju is-sidien iridu li jitnaqqar id-dritt tal-frank, tal-mard u tas-sahra li l-haddiema kisbu matul is-snin. Dan ma joffri l-ebda soluzzjoni u huwa attentat pwerili ta` min ifittex il-gustizzja biss wara bieb haddiehor.
Ma nghidx li m`hemmx xi elementi minn dak li qed jipproponu is-sidien li ma ghandhomx ikunu kunsidrati biex jiffurmaw elementi minn pakkett aktar wiesgha ta` mizura biex il-problemi tal-pajjiz jigu indirizzati b`mod effettiv. Jien wiehed milli nemmen li biex l-ekonomija tizviluppa ghandha tissahhah il-flessibilita` u l-mobilita` tal-haddiema halli tissahhah l-efficjenza ekonomika.
Izda huwa zball kbir u ma joffri l-ebda prospett ghal-soluzzjoni li jintefa il-piz kollu fuq il-haddiema qishom il-haddiema huma ir-raguni tal-problemi li ghandu il-pajjiz.
Dan mhux il-kaz. Hemm hafna aktar ekonomiji fejn il-haddiema ghandhom pagi u drittijiet ahjar minn tal-haddiema Maltin u minkejja dan il-pajjiz ghandu ekonomija b`sahhitha. Jekk tiehu bhala ezempju l-Isvizzera tara kemm il-haddiema ghandhom livell ta` ghixien superjuri izda l-pajjiz xorta ghandu ekonomija b`sahhitha.
Il-haddiema Maltin iridu jkunu parti mis-soluzzjoni izda ma jistghux igorru huma il-piz kollu tas-soluzzjoni. U l-gvern, is-sors principali tal-problema, ma jistax jahsel idejh u jhalli is-sidien u l-unions jitqatlu kontra xulxin halli huwa politikament la jinten u lanqas ifuh.
Irid ikun gvern laburista gdid, b`entuzjajzmu u impenn li jiggwida lill-unions u lil min ihaddem ghal kuntratt socjali gdid li jindirizza bis-serjeta` il-problemi tal-pajjiz. Gvern Laburista gdid li johloq opportunitajiet godda li jippermettu li t-tibdil u r-ristrutturar li ghandu jsir ma jsirx a skapitu biss tal-haddiem.
Il-problemi tal-pajjiz m`humiex id-drittijiet tal-haddiema.` Il-problemi tal-pajjiz huma l-infiq ezagerat tal-gvern fil-hmerijiet, in-nuqqas ta` l-investiment, u fuq kollox in-nuqqas ta` sistema serja ta` edukazzjoni u ta` tahrig kontinwu ghal-haddiema biex ikabbar il-mobilita` tax-xoghol u biex jattira investiment minn barra li l-aktar li jfittex huma haddiema mharrga u mhux incentivi fiskali.
Fuq dawn il-binarji ghandha tigi mfittxa soluzzjoni u mhux fuq proposti li jwasslu biss ghal konfrontazzjoni.
Sunday, 17 February 2002
Zball
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment