Sunday, 17 February 2002

Ittra lill-Editur tan-Nazzjon

In-Nazzjon

Ittra lill-Editur tan-Nazzjon

Sur Editur,

Nitlob li tippublika din ir-risposta skond il-ligi ta` l-istampa.

L-editorjal tieghek ta` l-16 ta` Frar 2002 jghawweg dak li wegibt u jiskanta b`dak li ma wegibtx.` Dak li wegibt mhux ser nerga` nirrepetih, tghawweg kemm tghawweg.` Nsostni biss li l-ghan politku tieghu huwa li nahdem id f`id ma Alfred Sant kemm bhala Kap ta`l-Oppozizzjoni u fil-futur bhala Prim Ministru.

Nwiegeb dak li ma wegibtx qabel.

L-ewwel fuq il- VAT. Alfred Sant wieghed li jnehhi l-VAT fl-1996.` Dan sar. Illum li l-VAT rega` dahhalha il-gvern prezenti,` il-partit laburista mhux kommess li jnehhi l-VAT u dan johrog car minn dokumenti li gew approvati mil-Konferenza Generali. Qabel l-elezzjoni ta` l-1998 saru stqarrijiet cari minn Alfred Sant li jekk jitla` gvern nazzjonalista u jerga` jdahhal il-VAT mhux probabbli jkun hemm opportunijata` ohra li terga` titnehha. Ghalhekk meta u jekk il-partit laburista jikkonferma iz-zamma ta` l-istruttura fiskali tal-VAT, anke jekk ikun hemm tibdil fir-rati u fit-thresholds, ma tkun l-ebda disfatta la ghal` Alfred Sant u lanqas ghal haddiehor fil-partit laburista.

Fuq l-Unjoni Ewropeja il-Partit Laburista ghazel it-triq ta` partnership milli membership bla ma jghalaq l-ebda bibien ghal revizjoni fil-futur skond kif jizviluppaw l-affarijiet. Din hija l-politika ufficjali kif approvata mil-Konferenza Generali. L-allahares qatt li tirreferi ghaliha int tapplika ghal politika tal-gvern nazzjonalista li jdahhal lil Malta f`membership akkost ta` kollox u fuq ir-regoli prezenti li mhux addattati ghac-cirkustanzi ta` Malta bhala pajjiz sovran zghir u periferali.` Ghal din jien ukoll nghid allahares qatt.

Rigward dak il-promotions li nghataw fil-Mid-Med Bank taht ic-Chairmanship tieghi niddikjara li dawn saru bl-aktar mod serju u meta gew approvati mil-Bord f`jum l-elezzjoni kien biss biex ma jkun hemm ebda leakage li tista` b`xi mod teffetwa l-ghazla elettorali ta` l-impjegati. Il-process kien ilu ghaddej xhur u lahaq il-kolmo tieghu fil-jiem ta` l-elezzjoni ghax din giet bla mistenni. Fil-fatt il-promotions li setghu jistennew ghalkemm gew decizi thallew jistennew il-konferma tal-bord ta` wara.

Rigward il-kritika tieghek tal-buy back li kont varajt tidher li m ghandekx ideja ta` x`inhuwa buyback. Ghax dan ma jobbliga lill-ebda azzjonist ibiegh xi sehem tieghu lil bank u jghin biss biex dawk li` jiddeciedu jew ikollhom bzomm ibieghu idahhlu prezz ahjar milli kienu jdahhlu kieku ma kienx hemm il-buyback. Il-qliegh kien jaghmlu il-bank u kienu jgawdu minnu l-azzjonisti tieghu. Jekk illum l-azzjonisti tal-bank jistghu ibieghu l-ishma bl-Lm4.15 huwa biss mertu` ta` l-Assocjazzjoni li fondejt ma ohrajn biex niddefendu l-interessi taghhom` minn min ried jixtrihom biz-Lm2.90 bhal ma ghogbu jbieghhom il-gvern bla protezzjoni xejn ta` l-azzjonist iz-zghir.` Din il-protezzjoni iggieldina ghaliha jien u shabi anke fil-qorti.

Fuq is-suppost xiri ta` bini hdejn l-ex-Centru Ruzar Briffa, xiri li qatt ma sar, jien kont l-uniku Chairman li qatt bghat il-process ghall-approvazzjoni minn qabel ta` l-Awditur Generali. Imqar li John Dalli ghamel l-istess qabel ma biegh il-Mid-Med kollu bla offerti ta` xejn ghal nofs prezz u mhux qas biss ma informa l-kabinett! Il-kritika ta` l-Awditur Generali minkejja li tlett periti indipendenti li qabbad huwa stess ikkonfermaw il-prezz bhala gust, hija dwar strategija tal-bank li l-Awditur ma ghandu l-ebda prerogattiva fuqha u li ssahhahli l-fehma li anke l-Ufficcju tal-L-Awditur , l-istess bhal Housing Authority, kien partu minn skema biex joholqu taparsi skandli lejlet l-elezzjoni ta` l-1998. Jekk thares nadwarek, sur editur, tara kemm korpi pubblici qed jixtru propjeta` tmiss maghhom bla tender u l-ebda Awditur ma jitniffes.

Alfred Mifsud



No comments:

Post a Comment