Sunday, 24 February 2002

Cipru

Il-Kullhadd

Cipru

Zewg ahbarijiet li hargu din il-gimgha it-tnejn jirrigwardaw lil Malta u lil Cipru rigward l-ambizzjonijiet rispettivi taghhom ghar-relazzjoni li jixitiequ ma l-Unjoni Ewropeja (UE).

Skond rapport ta` l-UE kif rapportat fil-fuljett Aggornat mahrug mil-MIC Malta tiehu 26 sena biex tilhaq il-livell ta ghixien medju li jezisti fl-UE filwaqt li Cipru diga qabez il-livell medju ta` l-ghixien tal-pajjizi membri fl-UE.

U min hawn nislet l-ewwel riflessjoni. Cipru mexa `l quddiem hafna aktar milli mxejna ahna. Sa nofs is-snin tmenin il-livell t`ghixien taz-zewg gzejjer kien komparabbli hafna. Fi zmien 15 il-sena ta` tmexxija nazzjonalista jidher li qabzuna u ghaddewna sew.

Dan huwa benchmarking interessanti. Juri kemm tmexxija nazzjonalista kienet ekonomikamnet zbaljata ghax mibnija fuq kuncetti insostenibbli ta` money no problem u fuq platform ta` konsum milli fuq platform ta` produzzjoni.

Benchmarking li juri il-falliment u l-inkomeptenza ta` gvern nazzjonalista.

Izda juri haga ohra wkoll. Juri li l-progress ekonomiku ma jiddependix mis-shubija fl-UE. Cipru ghamel progress ekonomiku kbir hafna akbar minn dak tal-Grecja li ilha 20 sena membru fl-UE u li maghha Cipru ghandu affiljazzjoni ta` lingwa, ta` kultura u ta` demm.

Din il-gimgha gie jzurna wkoll il-ministru ta` l-affarijiet barranin Ciprijott. Dan qal li jkun dizazstru ghal pajjizu jekk ma jirnexxilux jidhol bhala membru fl-UE.` Ovvjament hafna mil-Maltin iffissati f`membership qabzu fuq din il-frazi biex isostnu l-argument taghhom li anke ghal Malta jkun dizaztru jekk ma nissiehbux.

U hawn tohrog ir-riflessjoni `l ohra. Ghala jkun dizastru ghal Cipri li jibqa barra mill-UE meta ekonomikament tant ipprogressa fl-ahhar snin u meta jidher car li Cipru se jkollu jikkontribwixxi finanzjarjament u mhux jiehu minghand l-UE jekk u meta jidhol`

U biex wiehed jifhem din il-komplessita` irid jifhem l-istorja politika ricenti ta` Cipru.` Cipru pajjiz maqsum.` Il-parti ta` fuq tal-gzira, l-isbah parti mil-lat turistiku u ambjentali ilha mill-1974 `l hawn okkupata mil-forzi Torok li gabru hemm ic-Ciprijotti ta` dixxidenza Torka. Ghal zmien twil dawn riedu il-qasma ta` Cipru f`zewg stati sovrani. Il-ciprijotti grieki li jokkupaw il-kumplament tal-gzira dan ma riduhx u huma politikament kunsidrati mil-Gnus Maghquda bhala pajjz wiehed bi dritt poltiku anke fuq il-parti ta` fuq okkupata mil-forzi Torok.

Sforzi diplomatici biex tinstab soluzzjoni ilhom sejrin is-snin izda ma waslu mkien. Nicosia il-Belt kapitali ta` Cipru hija belt maqsuma qisha Berlin ta` qabel l-1990.

Hafna Ciprijotti grieki hallew propjeta` privata taghhom fil-parti ta`fuq u jridu jiksbuha lura. Fuq kollox hemm motivazzjoni poltika qawwija biex il-pajjiz jinghaqad u tispicca d-divizjoni artificjali li hija mharsa minn gwardja tal-Gnus Maghquda.

L-ostaklu principali hija t-Turkija, l-uniku pajjiz li jirrikonoxxi lil-gvern separate ta` Northern Cyprus.` It-Torok jibzghu li unifikazzjoni ta` Cipru ttellef l-influwenza taghhom biex jissalvagwardjaw l-interessi tal-minorita` ta` origini Torka ta` Cipru u twassal ghal diskriminazzjoni u oppressjoni ta` dawk li jqisu bhalha huthom.

L-uniku zbokk ghal soluzzjoni hija li Cipru jidhol membru fl-UE u mbaghad bl-ghajnuna ta` pajjizi hbieb bhal Grecja juzaw l-organi ta` l-UE halli jaghmlu pressjoni fuq it-Turkija, anke marbuta ma ghajnuna li l-UE taghti lit-Turkija, biex din ma tibqax tostakola l-unifikazzjoni ta` Cipru.

Ghalhekk ghal Cipru jkun dizastru li ma jidhlux membri. Ghax dan huwa l-uniku mezz ghal holma politika li jirkupraw it-territorju li ilu esproprijat mil-forzi Torok ghal 28 sena. Ghax il-kitba fuq il-muntanja tan-naha Torka ta` Nicosia ` ahna kburin li ahna Torok` hija gerha li tista` titfejjaq biss bis-shubija fl-UE.` Ghax jemmnu li anke ic-Ciprijotti Torok, jekk Cipru jidhol mebru fl-UE huma wkoll icedu u jaccettaw li jghaqqdu lill-pajjiz halli b`hekk jghlebu l-ostakoli ekonimici li ghandha t-Turkija.` U ghax jemmnu li l-ispejjez ta` l-unifikazzjoni tal-pajjiz ikunu kbar u f`dan il-kuntest Cipru maghqud jerga jinzel that il-livell ta` l-UE u jerga jikkwalifika ghal fondi.

Dan ir-ragunar ghalina ma japplikax. Ghal grazzja t`Alla ahna pajjiz wiehed. U ghalhekk nishaq li rridu nahsbu b`mohhna u nkejjlu b`kejlna u mhux b`kejl haddiehor.

No comments:

Post a Comment