Il-Kullhadd
Nhar l-erbgha 19 ta` Gunju 2002 in-nazzjonalisti inhasdu. Bl-artiklu ta` kull nhar t`erbgha tieghu fit-Times il-Leader Alfred Sant farrkilhom il-maskra ta` L-UE li permezz taghha in-nazzjonalisti kienu qed jippjanaw li jghattu id-difetti kbar fit-tmexxija mghaxxa taghhom.
Ghan-nazzjonalista il-kwistjoni ta` l-UE ghandha tokkupa l-agenda kollha tad-diskussjoni politika f`pajjizna. Li kien ghalihom ma nitkellmux fuq il-mod zdinjituz li bih qed imexxu.` Ma ghandniex nitkellmu fuq il-korruzzjoni, fuq id-Daewoo u fuq l-iskandlu tal-bejgh tal-Mid Med Bank.
`Jien ilni nsostni li ma ghandnix noffru konfrontazzjoni daqstant qawwija fuq l-UE u li din il-materja il-pajjiz ghandu jhalliha timmatura sa ma nkunu nafu l-Ewropa stess kif ser tinbidel`
Ma nitkellmux fuq kif qraba ta` ministri b`arroganza jippretendu li kullhadd jaqdihom f`kollox anke jekk johrog il-flus mil-but. Ma nitkellmux fuq il-glied intern li hemm fil-partit nazzjonalista fejn issa ministru fetah` il-kazin tieghu ha jikkometi mal-kazin` ufficjali tal-partit.
Ma nitkellmux fuq id-degradazzjoni ta` l-ambjent. Kif anke l-arja u l-bahar li huma patrimonju ta` kullhadd gew kontaminati b`mod li ma jistghux jitgawdew.
Ma nitkellmux fuq kif progetti ta` toroq jibdew u ma jispiccaw qatt. Kif miljuni qed jintefqu fil-hala u bla kontroll fuq il-progetti tat-toroq` u ta` l-isptar tal-Qroqq.
Ma nitkellmux fuq kif progetti li suppost ga lesti ghadhom lanqas biss bdew. Kif` il-progett tas-Sea Terminal li missu ga lest ha ngawdu miz-zieda tal-cruise liners ghadu qas biss beda u issa kwazi tard wisq biex dan il-progett jirnexxi` ghax negozju lahaq ikkapparrah haddiehor. Kif il-progett ta` Bieb il-Belt issa gie skartat.` Kif il-progett ta` Manoel Island waqa daqstant lura.
Ma nitkellmux fuq kif is-servizzi tas-sahha qed jikkrollaw u mhux jirrispondu ghal htigiet ta` min ma ghandux flus biex ifittex servizzi privati. Kif l-iskejjel taghna mhux aggornati ghal htigiet tal-lum.
Ma nitkellmux fuq kif mhux jinholqu opportunitajiet godda. Kif m`hu qed jersaq lejna l-ebda investiment. Kif il-haddiema mhassba jaraw il-postijiet tax-xoghol mhedda u difficli jinstabu postijiet godda specjalment ghal min hu fuq il-45 sena.
Kif problemi endemici fil-pajjiz mhux qed jigu indirizzati b`mod effikaci minkejja il-miljuni kbar li qed jintefqu fuqhom kull sena.` Kif it-tarznari li suppost ghandhom ikunu sors ta` dhul ekonomiku ghal Malta ghadhom jerdghu sussidji insostenibbli u l-uniku soluzzjoni tal-gvern hija li nhallsu eluf` biex in-nies ma jahdmux. Kif il-Freeport mhux ikabbar ix-xoghol kif kien mistenni skond l-investimenti kbar li saru fih u li dan il-progett qed igieghel lil gvern ikompli jhallas tmintax il-miljun dollaru kull sena ghal imghax fuq id-dejn barrani.
`Perswaz li l-uliedna ahna lkoll nixtiequhom imorru l-genna. Izda nixtiequ wkoll li l-genna tistenna ghax irridu ngawdu l-uliedna f`din id-dinja qabel ma mmorru l-genna. L-UE u l-genna l-ahjar jistennew`
Ma nitkellmux fuq il-mod kif il-gvern qed jaghsar lil kullhadd bit-taxxi halli l-gvern ikompli jisparpalja u biex ilahhaq ma l-imghax li qed jieklu minn gewwa.` Ma nitkellmux fuq kif it-turizmu igammja u mhux joffri il-gid li kien beda jitkabbar taht gvern laburista.
Jien ilni nsostni li ma ghandnix noffru konfrontazzjoni daqstant qawwija fuq l-UE u li din il-materja il-pajjiz ghandu jhalliha timmatura sa ma nkunu nafu l-Ewropa stess kif ser tinbidel u sa ma fil-pajjiz timmatura opinjoni aktar uniformi dwar f`tip ta` relazzjoni hija aktar addatata. Sadanittant ma jinghalaq l-ebda bieb ghal kwalisijasi possibilita`.
B`hekk ma nhallux lin-nazzjonalisti jpingu l-UE bhala is-soluzzjoni tal-problemi kollha li holqot l-inkompetenza taghhom fit-tmexxija tal-pajjiz. Ma nhalluhomx ipingu lil Partit Laburista bhala pajjiz li huwa kontra l-UE meta fil-fatt il-partit m`huwa kontra hadd izda huwa biss favur Malta u l-Maltin.
Ghalhekk hasadhom Alfred Sant meta qal li issa huwa z-zmien li nitkellmu fuq il-problemi domestici u naraw minn miz-zewg partiti kien kapaci joffri l-ahjar soluzzjonijiet ghal problemi taghna li l-ebda UE m`hi ser issolvilna.` Li dawn il-problemi irridu insolvuhom ahna kemm jekk nidhlu fl-UE kif ukoll jekk nibqghu barra.` Li m`hu ser jigi pregudikat xejn billi il-kwistjoni ta` l-UE tithalla tistenna ftit iehor sa ma l-poplu Malti jkun jista` jigi offrut ghazla vera ` shubija shiha jew partnership` fid-dettalji kollha taghhom ` li imbaghad la ssir l-ghazla b`mod oggettiv u b`mod li l-poplu jkun infurmat sew dwar iz-zewg alternattivi principali, imbaghad nimxu skond dik l-ghazla bhala poplu wiehed, maghqud u determinat.
In-nazzjonalisti dan ma jriduhx. Ma jriduhx ghax jikxfilhom il-maskra li l-kwistjoni ta` l_UE huma jriduha bhala staffa ghall-elezzjoni li gejja biex tghatti id-difetti kbar li normalment igibu l-kundanna kbira tal-poplu fl-elezzjoni li gejja.` Ghalhekk flok il-mossa ta` Alfred Sant haduha bhala ftuh li jista jwassal ghal konsensus li tant ilhom jappellaw ghalih u li anke l-isqfijiet talbu ghalih, minflok hargu isterici jghidu li l-partit laburista qata` qalbu.
Dan juri kemm mhux genwin il-prim Minsitru meta jghid li jrid li r-referendum isir buq bazi tassew nazzjonali izda li r-referendum huwa jridu biex iservih politkament hallih jipperpetwa l-poter li ga twal iz-zejjed f`idejh meta fil-fatt il-poplu kien ried bidla fl-1996.
Hallu n-nazzjonalisti iwerzqu u jaqghu ghac-cajt f`ghajnejn kull min hu serju u jrid il-gid tal-pajjiz. Halluhom jghidu li qtajna qalbna. Il-fatti huma kontra.` Qatghu qalbhom huma li jekk innehulhom il bicca ta` l-UE mill-agenda poltika maltija huma jidhru gharwenin quddiem l-elettorat.
L-agenda taghna naghmlu ahna. Anke jekk l-UE hija il-genna tista tistenna. Perswaz li l-uliedna ahna lkoll nixtiequhom imorru l-genna. Izda nixtiequ wkoll li l-genna tistenna ghax irridu ngawdu l-uliedna f`din id-dinja qabel ma mmorru l-genna. L-UE u l-genna l-ahjar jistennew.
Sunday, 23 June 2002
Inhasdu
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment