Sunday, 9 June 2002

What`s in a Name

Il-Kullhadd  

 
Bl-ingliz hemm zewg espressjonijiet popolari li jintuzaw biex juru li l-importanti f’kull haga mhux l-isem izda il-kontenut u –sustanza.    Ghalhekk jghidulek What’s in a name?   U jghidulek ukoll li a disaster is a disaster by any name.
 
Fost il-problemi kbar li hemm marbuta ma l-isptar il-gdid tal-Qroqq l-ghazla ta’ l-isem hija lanqas problema.
 
Issejjahlux Mater Dei jew issajlux San Raffele skandlu jibqa skandlu u xejn ma jinbidel.”
 
 
Dan l-isptar huwa wiehed mill-akbar skandli li qatt kien hawn f’pajjizna u ssejjahlu x’issejjahlu jibqaskandlu.   
 
Kif tistassejjah ghajr skandlu  progett li jibda b’budget ta’ Lm60 miljun u jibqadejjem tielatiela’ u llum nahseb hadd ma ideja mqar vaga takemm ser jigi jiswa dan l-isptar, kemm ser jiswabiex jitmexxa, kif ser isir it-trasferiment mill-isptar San Luqa ghall-isptar il-gdid, meta dan jista jsir u fuq kollox minn fejn ser ingibu l-flus biex naghmlu tajeb ghal din in-nefqa.
 
Skandlu li progett bhal dan inghata b’direct order lil ditta barranija  filwaqt li ditta ohra li kienet rebhet tender kompettiv twaqqfet hesrem mill-gvern biex jinghata dan id-direct order ferm aktar wiesgha min dak li kien inghatha qabel.
 
Skandlu li cost monitoring mhux isir kif suppost u min inghazel biex jaghmel il cost monitoring ma ghandu la esperjenza u lanqas risorsi biex jidhol ghal bicca xoghol tadan il-kobor.
 
Skandlu li dan il-progett beda mbazwar u li Gvern nazzjonalista li bdieh fis-snin disghin rabat lil poplu Malti b’penali tal-wahx jekk gvern ta warajh jasal biex jirrevedi il-kuntratt kif kull gvern sovran ghandu dritt jaghmel.
 
Issejjahlux Mater Dei jew issajlux San Raffele skandlu jibqa skandlu u xejn ma jinbidel.
Fejn hu l-awditur generali llum biex jara kif qed jixtara bini bla tenders mil-korpi pubblici u bla ma hadd jitlob l-awditur ghall-ebda opinjoni?
 
Niftakar meta kont il-Mid-Med Bank fic-Centru Ruzar Briffa (gharakuza kif l-HSBC lanqas kellhom dinjita li jzommu l-isem li twieled bih dan ic-centru li jaghti gieh lil wiehed mill-aqwa poeti Maltin) kien hemm problema kbira taspazju u ta’ parking.    Il-bank kien ilu snin jinnegozja biex jixtri art li tmiss mac-Centru minghand il-grupp taTumas.
 
L-efficjenza tal-Bank bdiet tbati habba nuqqas taspazju u pjani tacentralizzazzjoni tal-processi amministrattivi li kien inaqqas sew l-ispejjez ta’ l-operat ma setghux jitwettqu bla ma jitkabbar ic-centru.
 
Fil-Bord tal-Bank kullhadd kien jaqbel dwar dan.   Izda kien hemm minoranza  ta diretturi fil nazzjonalista  li riedu li l-bank jitlaq mic-Centru ghal kollox u nibnu kollox gdid x’imkien iehor bi spejjez ferm u ferm akbar.   Dan jien ma ridtux.   Billi qabel kont nahdem mal-Grupp taTumas ghall-ewwel qatt lura izda meta rajt il-bicca titwal bla bzonn indhalt poggejt id-decizjoni ghal vot u ghaddiet bil-vot tal-magguranza.
 
Stajt bqajt ghaddejt biex nezegwixxi id-decizjoni tal-Bord.  Izda ridt li l-affarijiet isiru sew.   Bghatt il-process kollu lill-Awditur Generali u tlabtu biex qabel ma ssir ir-rabta jaghmel investigazzjoni indipendenti biex jara li l-prezz li kien qed jithallas kien wiehed genwin u li l-process ta’ l-ghazla kien integru.
 
L-awditur qabbad tlett periti indipendenti li ghazilhom hu  u dawn wara ezami ta’ l-alternattivi kollha qablu li l-prezz li kien ser ihallas il-Bank kien wiehed ragonevoli.  Izda ohrog il-ghageb l-awditur generali, li alla jbierek ma jara xejn hazin fi skandli bhal ta’l-isptar tal-Qroqq, dahal fejn la ghandu kompetenza u lanqas mandat biex wasal ghal konkluzjoni li jkun ahjar li l-Bank jidhol ghal spiza hafna akbar u  jibni mil-gdid x’imkien aktar sabih u johrog u jitlaq ghal kollox ic-centru ruzar briffa.    U ohrog il-ghageb rapport bhal dan wara li dam jomoghodu disa xhur ried johorgu ma tal-Lajlay lejlet l-elezzjoni ta’ l-1998.
 
Jien aktar minn konvint li kien hemm interferenzi politici biex lil awditur generali gelghuh jaqbel mad-diretturi ta twemmin nazzjonalista li kienu minoranza fuq il-bord tal-Bank u kritika lili dwar  kunflitt tainteress.  Ma nistax nifhem fejn hu dal-kunflitt tainteress la jien ma kontx aktar nahdem mal-grupp ta Tumas.
 
Jien li kont l-uniku Chairman li ssugettajt ruhi ghall-ezami minn qabel tal-Awditur Generali u li spiccajt ma xtrajt xejn wara l-opinjoni bazwija u vili ta’ l-Awditur Generali li jien fih ma ghandi l-ebda fiducja, kont gejt akkuzat b’abbuz mill-istampa nazzjonalista ghal negozju li qatt ma sar.   Bl-aktar kuxjenza sajfa nsostni li  kien fl-interess tal-bank li dan il-progett jimxi anke ghax dwaru kien hemm il-qbil tal-maggoranza tal-bord u tal-korp kollu ta’ l-ezekuttiv tal-bank.
 
Fejn hu l-awditur generali llum biex jara kif qed jixtara bini bla tenders mil-korpi pubblici u bla ma hadd jitlob l-awditur ghall-ebda opinjoni?   Fejn hu l-awditur biex jara kemm verament hemm processi serji ta’ cost control fuq daqs tant miljuni bla sens li qed jintefqu fil-progett tal-Qroqq?
 
U mela noqghodu nehdew fuq l-ishem Mater Dei.   Nahseb li isem aktar propizju kien ikun Monstru Dejn.
 

No comments:

Post a Comment