Sunday, 2 June 2002

Kburin li Maltin

Il-Kullhadd



Permezz tal-kantanta brava Ira Losco ghexna mumenti fejn konna kburin li ahna Maltin. Tfajla kapaci u grazzjuza, dejjem izzomm ruhha `l fuq mil-parteggjanizmu, dejjem tghannaq il-bandiera taghna biss,` urietna kif meta nigu ttrattati daqs haddiehor u meta ninghaqdu kapaci neghlbu l-izvantaggi tac-cokon taghna u nirbhu ` jew kwazi!

`U dal-pajjiz jehtieg iqum fuq tieghu. Ilna wisq zmien nibilghu kull ma jressqulna.`



Il-gwaj huwa li dawn saru mumenti rari.` Mil-bqija fil-kors normali tal-hajja sirt nisthi li jien Malti.

Nisthi quddiem it-turisti li jzuruna li jaraw it-telqa li hawn madwarna. Nisthi meta jghaddu minn toroq mharbta li ilhom fuq sena li nbdew u ghadhom nofs lehja. Nisthi meta jghaddu mil-coast road u jaraw il-muntanja ta` skart li dejjem inzidu fuqha.

Nisthi quddiem id-dinja meta nara it-tezori arkejologici taghna traskurati meta dawn jistghu ikunu sors kbir tad-dhul mit-turizmu jekk prezervati u reklamati kif jixraq.

Nisthi quddiem iz-zghazagh taghna meta nara li ser nghaddulhom pajjiz midjun sa xfar ghajnejh, b`ekonomija mghaxxa li ma tistax tlahhaq mas-servizzi socjali li sa ftit ilu kienu jaghmluna kburin quddiem id-dinja. Nisthi minn daz-zghazagh li qed johorgu mill-iskola u mill-universita` minghajr prospetti ta`xoghol addattat skond l-istudji li segwew.

U dal-pajjiz jehtieg iqum fuq tieghu. Ilna wisq zmien nibilghu kull ma jressqulna. Insejna it-taghlim bnin li huwa bin-nobbilta` tax-xoghol u tal-efficjenza li nistghu nsostnu is-sovranita` u n-newtralita` ta` pajjizna . Blajniha li l-flus mhux problema u bdejna nemmnu li biex insolvu l-problemi taghna kull ma rridu naghmlu huwa sempliciment li nonfqu izjed.

`Filwaqt li fi zmien gvernijiet Laburisti konna kuntenti nsemmnu baqar li kienu jahilbu gid lill-poplu,` illum ghandna gvern jiftahar talli jbiegh dawn il-baqar,` li ghax mhux kapaci jmexxi bdew jgholbu u ma baqawx jahilbu`



Ninsabu storduti,` fejn kollox jghaddi u fejn xejn mhu xejn. Fejn min iweghdna mitt miljun kull sena mill-Ewropa u minflok igibhom mit-taxxi minn fuq il-poplu jithalla jigi jippoppa sidru u jitwemmen f`hafna weghdi fil-vojt dwar ir-rwol li Malta jista` jkollha bhala membru fl-UE.

Ninsabu llupjati naccettaw gvern jiftahar kemm hu kapaci jonfoq minflok milli kemm huwa kapaci jgib u jaqla. Filwaqt li fi zmien gvernijiet Laburisti konna kuntenti nsemmnu baqar li kienu jahilbu gid lill-poplu,` illum ghandna gvern jiftahar talli jbiegh dawn il-baqar, `li ghax mhux kapaci jmexxi bdew jgholbu u ma baqawx jahilbu.

Dal-pajjiz mherri, strodut u llupjat immexxi minn gvern servili ghal barrani u li mhux veru jemmen li ahna nistghu mmexxu u nkampaw bhala stat sovran, ghandu bzonn xi hadd li jgibu f`sensih.

Dal-pajjiz ghandu bzonn gvern gdid li lest juri lid-dinja li ahna kburin li ahna Maltin, li m`ahna ppreparati ninzlu gharkubbtejna quddiem hadd u li ahna kapaci nikkompetu fis-swieq globali nigu ttratati bid-dinjita` daqs haddiehor.

U hemm hafna x`titghallem mill-esperjenza ta` Ira Losco fil-Eurovison.

`Mela nitghallmu li ma ghandiex nintremew.` Ma l-UE ma ghandniex nintrabtu bhala membru shih fejn il-voti taghna ma jkunu jiswew xejn u fejn ikollna naghmlu kif jiddeciedu erba pajjizi kbar.`



Morna tajjeb ghax kapaci, ghax ghandna t-talent u ghax minkejja li ma ghandniex rizorsi kbar daqs pajjizi ohra naghmlu tajjeb ghal dan bl-entuzjazmu bid-determinazzjoni u bl-imhabba ghal pajjizna.

Izda morna tajjeb ukoll ghax fil-Eurovision Malta kellha voti daqs kull pajjiz iehor.` Kellna voti daqs l-Ingilterra, daqs il-Germanja, daqs Franza,` daqs Spanja u daqs kull min ha sehem. Avolja konna l-izghar pajjiz kellna l-istess sahha fil-voti daqs it-23 pajjiz konkorrent l-iehor.

Kieku il-voti kienu skond il-voti ta` fejn jittiehdu d-decizjonijiet fl-UE kieku qas konna nibdew. Immagina kieku l-pajjizi l-kbar bhal Germanja, Franza, l-Ingilterra u Spanja kellhom voti jiswew ghaxar darbiet daqs il-voti ta` Malta .` Forsi insibu xi gharef jghidilna li dan xorta vantaggjuz ghal Malta ghax ahna hafna aktar minn ghaxar darbiet izghar minn dawn il-pajjizi.` Izda kieku tistghu tahsbu f`liem post kienet tigi fih Malta fil-Eurovison kieku l-voti tal-Eurovison jittiehdu kif ghad jittiehdu l-voti fl-UE meta u jekk Malta tidhol fl-UE. Kieku zgur ma konniex nitilghu l-airport naghtu merhba tar-rebha lill-Ira.

Mela nitghallmu li ma ghandiex nintremew.` Ma l-UE ma ghandniex nintrabtu bhala membru shih fejn il-voti taghna ma jkunu jiswew xejn u fejn ikollna naghmlu kif jiddeciedu erba pajjizi kbar. Ghandna nfittxu relazzjoni li ninnegozjaw bhala pajjiz sovran bil-bandiera mdawra ma spallejna u naccettaw u ncedu skond kif jitlob l-interess nazzjonali u mhux skond kif jiddeciedi haddiehor ghalina.

Imbaghad nergghu nibdew nghixu b`mod kontinwu il-ftit mumenti magici fejn Ira ghamlitna kburin li ahna Maltin



No comments:

Post a Comment