Sunday, 16 June 2002

X`Tahseb

Il-Kullhadd



Hekk nigi mistoqsi sikwit mil-laburisti rigward l-elezzjoni generali li ssir xi zmien fit-tmintax il-xahar li gejjin.

Nahseb li l-Partit Laburista jixraqlu jkollu rebha kbira. Nahseb li tkun rebha hafna akbar milli kellna fl-1996 u li tkun tippermetti biex bit-tbaghbis b`kollox li sar fil-konfini tad-distretti elettorali il-Partit ikollu maggoranza ta` siggijiet parlamentari` akbar milli kellna fl-1996.

`Nahseb li tkun rebha hafna akbar milli kellna fl-1996 u li tkun tippermetti biex bit-tbaghbis b`kollox li sar fil-konfini tad-distretti elettorali il-Partit ikollu maggoranza ta` siggijiet parlamentari` akbar milli kellna fl-1996.` 

 Nahseb hekk ghax il-pajjiz jinsab imdejjaq mit-tmexxija sterili tal-Partit Nazzjonalista u jinsab jistenna mod gdid ta` tmexxija, aktar serju, aktar fl-interess tal-Maltin u b`hafna aktar galbu u krejattivita`.

Qatt ma niftakar li l-pajjiz kien ghaddej minn zminijiet ta` qtugh il-qalb daqs illum.` Il-poplu llum fehem li dak li kien jghid gvern laburista dwar il-hofra finanzjarja li nbiet minn gvern nazzjonalista fis-snin disghin hija rejalta`. Jishet lil min kien jghid li gvern laburista kien qed jivvinta meta jsemmi din il-hofra u jidhaq b`min jghid li din il-hofra hija tort ta` l-ammistrazzjoni qasira laburista ta` l-1996 ` 1998.

Il-poplu inkwetat li fl-erbgha snin 1998 ` 2002 iz-zieda fid-dejn nazzjonali u l-bejgh permezz ta` privatizzazzjoni tela ghal kwazi Lm500 miljun jigifieri qed inzidu d-dejn nazzjonali b`miljun lira kull tlett ijiem.

Il-poplu inkwetat jara l-gvern dejjem jafghas izjed fil-gbir tat-taxxi li qed jifnu l-ekonomija u l-livell tal-hajja tal-haddiem u l-pensjonant.` Inkwetat izjed` li minkejja dan il-flus jintefqu biss f`imghax fuq id-dejn li ma jrendi xejn ghat-tkabbir ekonomiku.

Il-poplu rrabjat jiftakar min kien weghdu li jehfief il-pajjiz tat-taxxi qabel l-elezzjoni u min kien tah x`jifhem li kien kapaci jgib Lm100 miljun lira kull sena mill-Unjoni Ewropeja.` Irrabjat ghal` min irid inessi dawn il-weghdiet u jipprezenta ruhu biex jerga` jiehu l-vot wara li naqas li jonora weghdi solenni li kien ghamel.

Il-poplu qalbu maqtugha jara lil tal-hwienet, kbar u zghar,` igergru kemm qed jonqsilhom il-bejgh ghax hadd ma jhossu komdu jzid ir-ritmu tal-konsum. Qalbu maqtugha jara t-turizmu jickien u l-esportazzjoni tonqos.` Qalbu maqtugha jara li investiment gdid mhux jersaq lejna u ma jigu krejati l-ebda opportunitajiet godda u l-uniku soluzzjoni donnu hija li nhallsu lin-nies biex ma jahdmux permezz ta` early retirement schemes.

`Il-poplu mdejjaq jara il-gvern ma jsib ebda soluzzjoni ghal problemi ambjentali generati mit-tniggiz tal-power station tal-Marsa u mill-mizbla tal-Maghtab.` 
    
Il-poplu mdejjaq jara il-gvern ma jsib ebda soluzzjoni ghal problemi ambjentali generati mit-tniggiz tal-power station tal-Marsa u mill-mizbla tal-Maghtab. Dawn theddid ghal sahhitna u qed itellfuna milli ngawdu mill-ftit affarijiet li fadal b`xejn ` l-arja u l-bahar.

Il-poplu konfuz ma jafx jekk min jahdem it-tarzna hux ser jibqaghlu post tax-xoghol, jekk il-gvern jiflahx ikompli isostni l-impjieg ta` tant nies impjegati bla bzonn fis-settur pubbliku u jekk il-finanzi pubblici hux se jkunu f`qaghda li jipprezervaw is-servizzi socjali u l-pensjonijiet.

Ghal dawn ir-ragunijiet kollha il-poplu qed ifittex soluzzjonijiet godda.` Soluzzjoni rejali ` soluzzjonijiet made in Malta u mhux soluzzjonijiet mill-arja u mil-fantasija li jkunu made in Brussels.

U hawn tinsab l-akbar sfida li ghandu quddiemi il-partit laburista.`

Tajjeb jew hazin il-partit nazzjonalista wassal il-poplu taghna f`tant qtiegh ta` qalb li l-poplu donnu beda jahseb li ma jezistux soluzzjonijiet lokali u li jekk ma nidhlux fl-UE ser nitkissru ekonomikament.

Il-partit laburista irid jaghmel sforzi akbar biex juri li dan mhux il-kaz u li decizjoni dwar l-UE, minghjar ma nghalqu l-ebda bieb, l-ahjar tittiehed wara li nfejqu il-problemi ekonomici bi tmexxija gdida u serja minn `gvern laburista li jkun elett b`maggoranza qawwija fl-elezzjoni li gejja.

No comments:

Post a Comment