Il-Kullhadd
Jekk kien hemm bzonn konferma li n-nazzjonalisti jinsabu f`paniku din il-gimgha ircevejna ghal wahda tnejn.
In-nazzjonalisti f`dawn l-ahhar erbgha snin ma ghamlu xejn hlief studji u rapporti dwar x`hemm bzonn biex Malta tidhol fl-UE. Issa li qed jersaq zmien il-gudizzju tal-poplu qed ittihom rashom dwar kif jistghu jghaddu mill-ezami tal-poplu meta ser jidhru daqstant gharwenin.
Ma jridux imorru ghall-elezzjoni ghax jibzghu li l-poplu jibghathom fejn jixirqilhom.` Minflok iridu li jaghmlu referendum dwar l-UE ghax jemmnu li aktar ghandhon cans jirbhu dan ir-referednum milli l-elezzjoni.
`Ma jridux imorru ghall-elezzjoni ghax jibzghu li l-poplu jibghathom fejn jixirqilhom`
Ghax ir-referednum ghandhom tlett affarijiet jahdmu favur taghhom. Ghandhom magna ta` pubblicita qawwija mhallsa mit-taxxi taghna biex johonqu kull lehen ta` oppozizzjoni ghal dan il-progett. Ghandhom jghinhom ukoll il-fatt li hafna nies ta` twemmin laburista` ma fehmu xejn dwar fuq x`hiex qed nitkellmu u fir-referendum probabbli jippreferu ma jivvutawx. U t-tielet ghandhom l-inkompetenza taghhom stess ghax hafna nies serji tant qatghu qalbhom li dan il-pajjiz jista` jinfeda mir-rovina li se jhallu n-nazzjonalisti tant li` jemmnu li l-pajjiz ghandu bzonn dixxiplina minn barra biex nehilsu mil-kollass.
Izda n-nazzjonalisti inkwetati. Ghax ir-referendum ma jistghux jaghmluh wahedhom.` Ir-referendum, bhall-elezzjoni , irid il-parteciazzjoni taz-zewg partiti u ma jafux jekk il-partit laburista` hux ser jiehu sehem fir-referendum meta ga gie dikjarat li l-partit laburista ma jqisx ir-referednum bhala l-kelma finali dwar dan is-suggett.
U dan qed izid il-paniku tan-nazzjonalisti. F`daqqa wahda indunaw li l-poplu mdejjaq jarahom jittraskuraw kollox u hsiebhom biss fir-rapporti ta` l-UE.` F`sens ta` paniku issa ser naraw hafna progetti mexjin. Anke jekk dawn huma progetti li misshom` ilhom snin li tlestew . Anke progetti ta` ftit konkos u kisja tarmac ukoll se narawhom deskritti bhala progetti kbar.` Issa iridu visible deliverables ghax dak li ghamlu s`issa kien invizibbli ghall-ahhar.
` Jekk ma tridux li l-partit laburista jsemma lehnu il-pajjiz ma ghadux demokratiku u la ma ghadux demokratiku ma ghandux l-ingredjent baziku biex jidhol membru fl-UE`
Izda l-paniku deher l-izjed fl-arroganza li permezz taghha geghlu lill-PBS jisfida decizjoni ta` l-Awtorita tax-Xandir biex il-Partit laburista jkolli terz tal-hin tal-MIC ha` jghid tieghu dwar l-UE. L-essenza tad-demokrazija hija li l-oppozizzjoni ikollha spazju ragenovli biex il-veduti taghha jinstemghu. Wara battalja kbira l-Awtorita tax-Xandir tat rimedju ferm parzjali biex dan isehh.
Izda l-arroganza tal-gvern twasslu biex jahseb li huwa `l fuq mil-ligi u flok jobdi l-ordni ta` Awtorita` awtonama u super partes, jirrikorri lejn il-qorti biex jimblokka l-izvolgiment demokratiku li jhalli ftit spazju ghal vuci ta` l-oppozizzjoni.
Ghal dan il-paniku tan-nazzjonalisti ghandu jkun hemm risposta semplici u bierda. Jekk ma tridux li l-partit laburista jsemma lehnu il-pajjiz ma ghadux demokratiku u la ma ghadux demokratiku ma ghandux l-ingredjent baziku biex jidhol membru fl-UE.
Mela` jien nghid ghalija nghid lin-nazzjonalisti li r-referendum tistghu tmorru taghmluh wehidkom. Tistghu tmorru ttelqu wahedkom. Ahna mhux din it-tigrija irridu ntelqulkom. Ahna irridu ntelqulkom fl-elezzjoni halli il-poplu jiggudika l-operat taghkom kollu u mhux nitkellmu fuq il-fantasija ta` l-UE li ghada qed tizvolgi u tinbidel.
Ahna ma rridux nitkellmu fuq l-acquis communitaire.` Ahna rridu nitekllmu fuq id-dejn , fuq il-hmieg, fuq id-degradazzjoni, fuq l-ambjent imniggez, fuq il-bahar li ma tistax tghum fih, fuq il-kontijiet tad-dawl gholjin, fuq it-taxxi li dejjem jizdiedu, fuq l-investiment li mhux gej, fuq il-postijiet tax-xoghol li qed jintelfu u ohrajn li mhux qed jinholqu, fuq kif qed toghla l-hajja, fuq il-korruzzjoni, fuq kif il-konsumatur ma sar jiswa ghal xejn, fuq kif qed jinbieghu bla ghaqal l-assi tal-pajjiz, u fuq hafna affarijiet ohra li qed jifnuna kuljum.
Ir-risposta taghna ghall-arroganza tal-gvern ghandha tkun ghaqlija, taqlihom b`zejthom` u tqabbadhom paniku izjed milli ga ghandhom.` Imbaghad ikunu jridu jaghmlu hafna aktar visible deliverables imma l-akbar visible deliverables jibqghu iz-zewg muntanji li bnew tad-dejn u debris.` Difficli tahbihom dawn.
U mbaghad` wara l-elezzjoni gvern laburista gdid ikollu l-inkarigu li jfiehem tassew l-ghazliet li ghandu quddiemu l-poplu u l-gvern flimkien mal-poplu jaghzel l-ahjar fl-interess tal-poplu Malti u ta` hadd izjed. U min jixtieq li jsir Kummissarju tal-UE ikollu jistenna.
Sunday, 30 June 2002
Paniku
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment