Il-Kullhadd
In-nazzjonalisti juzaw il-kwistjoni ta` l-UE bhala konvenjenza.
Immangina kieku ma tezistix il-kwistjoni dwar l-UE. Kieku in-Nazzjonalisti resqin lejn elezzjoni generali bla ma ghandhom xejn x`juru.` Il-weghdiet li ghamlu fallew.` In-nies illum jafu sew li l-gvern nazzjonalista ghejja u ma ghandux soluzzjonijiet vera ghal problemi li holqu.
In-nies imdejqin bl-istess ucuh fil-poter. Dawn hsiebhom mhux biex joholqu l-gid u jmexxu lil pajjiz `l quddiem, izda biex jikkontrollaw il-mezzi ta` komunikazzjoni halli jimmipulaw l-opinjoni pubblika. `Kieku ma tezistix il-kwistjoni ta` l-UE kieku ghall-elezzjoni li gejja in-nazzjonalisti lanqas jibdew u jistghu jippreparaw ghal post fl-oppozizzjoni.`
Izda in-nies l-ugiegh qeghdin ihossuh.` L-ebda manipulazzjoni ma tikkonvinci lil min qed jinqaras li dak li qed ihoss mhux ugiegh izda dliek tal-blazmu. Jekk il-mara tad-dar mhux isserviha l-paga u ma tistax tlahhaq mal-hajja ma ghandha bzonn xejn u hadd biex jikkonvinciha mod iehor ghax din esperjenza li tghaddi minnha kuljum.
Jekk iz-zghzagh mhux isibu xoghol jew ikollhom jaccettaw xoghol li ma hux addattat ghal l-istudji li jkunu ghamlu l-ebda propaganda mhu ser tikkonvincihom li l-pajjiz miexi `l quddiem u qed joffrilhom opportunitajiet godda.
Jekk il-familji li kienu vvutaw mill-gdid ghan-nazzjonalisti ghax emmnuhom` li ha jnaqqsu il-piz tat-taxxi issa qed jerperjenzaw il-kuntrarju.
Kieku ma tezistix il-kwistjoni ta` l-UE kieku ghall-elezzjoni li gejja in-nazzjonalisti lanqas jibdew u jistghu jippreparaw ghal post fl-oppozizzjoni. Ma ghandhom xejn x`juru hlief zewg muntanji.` Muntanja ta` dejn li qed tgherreq il-pajjiz `l isfel u ma thallihx jizviluppa hekk kif il-flus tat-taxxi li nhallsu flok jintuzaw ghall-izvilupp jintuzaw biex semplicment jithallas l-imghax li l-ispiza tieghu dejjem tieghla.` U muntanja ta` skart ta` min ma gharafx jahseb minn qabel biex jilqa ghal immaniggjar sew ta` l-iskart.` Min ma gharafx jippjana` biex dan kemm jista jkun jigi separat u riciklat halli ma johloqx problema ta` fejn ser jitpogga fuq gzira tant zghira li tmur fejn tmur qatt ma tkun wisq il- boghod minn fejn jghixu n-nies. `Issa z-zmien li nitkellmu fuq il-problemi veri tal-pajjiz halli fl-elezzjoni li gejja ma nhallux lin-nazzjonalisti juzaw il-kwistjoni ta` l-UE biex jahbu dnubhom halli il-poplu ma jiggudikahomx.`
Il-muntanji jidhru. U zewg muntanji dizastruzi bhal dawn jidhru u jinhassu u l-ebda propaganda ma tikkonvinci il-poplu mod iehor.
Huwa ghalhekk li in-nazzjonalisti iggranfaw ma l-UE u qed jippuntaw il-futur taghhom fil-poter fuq din il-kwistjoni. Tassew li n-nazzjonalisti saru gvern li jahdem fuq issue wahda , dik ta` l-UE, u xejn izjed.` Il-kumplament ma jinterrsahx ghax ma ghandux soluzzjoni ghal problemi li holoq.
`Is-soluzzjoni in-nazzjonalisti qed ifittxuha biss mill-UE ghax bhal ma hija t-tradizzjoni taghhom iridu lil barrani jigi hawn u jmexxina huwa ghax huma mhux kapaci jmexxu u mhux lesti li jhallu lil Partit labursta jmexxi huwa. Jippreferu li nitmexxew mil-barrani milli minn gvern laburista.
Ghalhekk il-kwistjoni ta` l-UE ghal gvern nazzjonalista hija` diversiv effettiv li jaljena n-nies mill-problemi ta` kuljum li holqu huma stess.` Iridu li meta l-poplu jigi biex jaghzel gvern gdid ma jiggudikax lin-nazzjonalisti fuq id-dizastru tat-tmexxija taghhom izda jiggudikahom fuq kemm ser tmexxina ahjar l-UE u kemm huwa skond il-moda li nissiehbu ma l-UE.
Ikun zball li l-poplu Malti jerga` jidhol mill-gdid f`nasba bhal din. L-UE hija importanti ghalina izda mhux is-soluzzjoni ghal problemi kollha taghna.` Is-soluzzjoni ta` dawn trid tigi min gewwa.
La l-Partit Laburista li jirraprezenta mill-anqas nofs il-poplu jidhirlu li hemm relazzjoni ahjar ma l-UE li tista` twassal ghal ghixin ahjar u ghal protezzjoni aktar qawwija tas-sovranita` taghna, allura tajjeb li l-ewwel il-poplu Malti jesplora din it-triq. Is-shubija fl-UE, kontra dawk li jghid min irid jizvija, mhux xi trenn li jekk ma nitilghux fuqu issa ma nergghu qatt ikollna cans insibu trenn` iehor li jwassalna s`hemm jekk xi darba bhala poplu maghqud niddeciedu li jaqbel immorru hemm.
Il-poplu malti jehtieg infehmuh li hafna mid-dixxiplina li timponi fuqna l-UE nistghu naghmluha ahna stess bi gvern serju labursta.` B`hekk niehdu il-mizuri biss li hemm bzonn u mhux indahhlu r-regoli kollha ta` l-UE li bosta minnhom mhux addattati ghar-rejaltajiet ta` pajjizna izda li jkollna obbligu li nattwawhom ghax hekk jikkmandana haddiehor.
Issa z-zmien li nitkellmu fuq il-problemi veri tal-pajjiz halli fl-elezzjoni li gejja ma nhallux lin-nazzjonalisti juzaw il-kwistjoni ta` l-UE biex jahbu dnubhom halli il-poplu ma jiggudikahomx.` Ghad jasal zmien meta l-UE niddiskutuha bhala progett serju u mhux bhala konvenjenza kif iridu n-nazzjonalisti.
Alfred Mifsud
Sunday, 25 August 2002
Ewropa ta` Konvenjenza
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment