Monday, 19 August 2002

Ittra lill-Editur tan-Nazzjon

In-Nazzjon

L-Editur, In-Nazzjon, Stamperija Indipendenza Pieta`

Sinjur,

Fl-editorjal tal-lum int ghamlit l-argument li Gvern Nazzjonalista huwa aktar kapaci minn gvern laburista ghax biex 40% tal-MIA ghal Lm40 miljun filwaqt li gvern Laburista kien stima li jdahhal Lm12 il-miljun minn bejgh bhal dan.

Ippermettili nghaddi riflessjoni.` Jekk il-prezz ta` 40% tal-MIA huwa Lm40 miljun dan iffiser li l-kumpanija MIA kollha tiswa Lm100 miljun.` Meta l-gvern Nazzjonalista biegh 67% tal-Mid-Med Bank ghal Lm71 miljun il-Bank kollu kien stmat li jiswa Lm106 miljuni. Il-prezz tal-MIA aktar jikkonferma kemm inbiegh b`irhis il-Mid-Med meta dan jaghmel profitti erba darbiet tal-MIA. U dan mhux x`kien ser jaghmel bhal fil-kaz tal-MIA taht gvern laburista,` izda ta` x`ghamel fil-fatt gvern nazzjonalista!

Issa kemm inbiegh verament 40% sehem tal-MIA ghad irridu naraw meta jigu ppublikati d-dokumenti.` Minn dak li ntqal waqt ic-cerimonja jidher li prezz huwa Lm20 miljun fil-waqt li l-Lm20 miljun `l ohra huma distribuzzjoni ta` qlieghli ga sar, taxxa fuq il-qliegh u pagament bil-quddiem tal-kera tal-bini ta` l-ajruport. Ma nehodiex bi kbira jekk fil-kontijiet pubblici naraw biss Lm20 miljun bhala dhul mil-privatizzazzjoni u l-Lm20 miljun `l ohra jittiehdu bhala dhul ordinarju avolja dan dhul ta` darba.

Ghalhekk wiehed ghad irid jekk il-figurata` l-istima ta` Lm12 il-miljun li kont ghamilt jien fi zmien gvern laburista tridx titqabbel ma Lm20 miljun jew ma Lm40 miljun.

U x`inhu il-paragun difficli jsir. Ghax filwaqt gvern laburista kien qed izomm f`idejh 60% u l-kontroll tal-kumpanija, gvern nazzjonalista ma l-40% ta` l-MIA ghadda wkoll il-kontroll tal-kumpanija.` U l-kontroll jiswa l-flus u trid thallas ghalih. Specjalment jekk jaghtik id-dritt li taghmel Management Agreements u Technical Services Agreements` li tithallas taghhom indipentement mil-qliegh tal-kumpanija, bhal ma jidher li sar fil-kaz ta` l-MIA.

Fil-kaz tal-bejgh tal-Mid-Med Bank il-poplu malti ma thallasx kif jixraqlu meta mal-bejgh ta` l-ishma ghadda l-kontroll totali tal-bank.` Almenu jidher li` tghallimna xi haga u ma garax l-istess` fil-kaz ta` l-MIA ghax il-gvern gab prezz li jirrifletti it-telf tal-kontroll ta` l-MIA.` Izda mhux ragunat tqabblu ma prezz li stenna gvern laburista meta kien se jzomm f`idejh il-kontroll ta` l-uniku ajruport li ghandna Malta.

Din ghazla strategika li tmur lil hinn min kunsiderazzjoni ta` prezz. Perzwas li z-zmien ghad juri li l-istrategija ta` gvern laburista li jzomm kontroll dirett ta` l-ajruport kienet tkun ahjar minn strategija fejn l-uniku ajruport taghna issa qed taht il-kontroll tal-barranin.

Tieghek,

Alfred Mifsud



No comments:

Post a Comment