Wednesday, 28 August 2002

L-Anniversarju tal-Mitt Miljun

L-Orizzont

` Nhar is-16 t` Awissu li ghadda` ma kienx biss il-25 anniversarju tal-mewt ta` Elvis Presley.` Kien ukoll ir-raba anniversarju tal-weghda falza u qarrieqa tal-mitt miljun li suppost kellhom jigu kull sena mil-UE hekk kif gvern nazzjonalista hareg l-applikazzjoni ghal-shubija mil-friza.

Din kienet weghda qarrieqa li aktar minn kull haga ohra dawret l-opinjoni ta` l-elettorat biex jibdel il-gvern meta anqas minn sentejn qabel kien ta mandat qawwi lill-Partit Laburista. `Nahseb li dan biss ghandu jkun bizzejjed biex il-poplu ihossu tradut u jistenna is-siegha u l-mument biex lin-nazzjonalisti ipattilhom talli dahqu bih.`

Erba` snin ilu waqt li l-poplu kien qed jarbghel l-ghazla tieghu ghall-elezzjoni li kienet gejja,` kellu quddiemu zewg proposti. Il-proposta laburista li kienet turi il-problemi finanzjarji kbar li kellu l-pajjiz frott ta tmexxija nazzjonalista bejn l987 ` 1996 u li kienet qed toffri soluzzjoni gradwali biex il-pajjiz ifiq minn dan il-kankru; soluzzjoni li bhal medicina lill-marid ma kinetx kollha hlewwa u riha ta` fjuri. U minn naha `l ohra kellu l-proposta nazzjonalista li l-problemi finanzjarji kienu invenzjoni ta` Alfred Sant u li kif ikun gvern nazzjonalista lura fil-poter` dawn il-problemi josfru u biex inkomplu bil-festa u x-xalar kienu gejjin shan shan mitt miljun kull sena mill-UE.

Iz-zmien l-akbar gharef jghid il-qawl Malti. Nahseb li dan biss ghandu jkun bizzejjed biex il-poplu ihossu tradut u jistenna is-siegha u l-mument biex lin-nazzjonalisti ipattilhom talli dahqu bih.

Ghax dawn kienu erbgha snin fejn mhux biss il-poplu gie wicc m b`wicc mar-rejalta qarsa ta` hofra kbira finanzjarja li bilfors in-nazzjonalisti kellhom jammettu. Izda gie wicc m b`wicc ukoll ma taxxi kbar li l-gvern kellu jaghsar biex ilahhaq ma l-ispejjez bla razan tieghu inkluz dawk li qed ikollna nhallsu biex infittxu il-holma tal-UE.` Ghax mhux talli ma gewx mitt miljun izda talli qed inhallsu ahna madwar Lm20 miljun min butna kull sena bhala spejjez biex nibdlu l-istrutturi taghna biex ikunu konformi mar-regoli tal-UE.

U qawl iehor Malti jghid li t`tama l-ahhar li tmut.` Tant li n-nazzjonalisti jhobbu jbengluha billi jaghtu x`jifhem li ghalkemm ma gewx il-miljuni tant solennement imweghda erba` snin ilu biex sar zufjett mid-demokrazija, malli fil-fatt insiru membri ghandna nistennew li l-manna li ma nizlitx s`issa tibda nizla.

Kellna anke kazi fejn il-gvern qed ikollu jhallas kumpens lil setturi li qed jintlaqtu hazin, bhal bdiewa u s-sajjieda, u pprova jaghti l-impressjoni li dan il-kumpens kien gej mill-fondi ta` l-UE meta fil-fatt dawn gejjin mit-taxxi taghna u mid-dejn li dan il-gvern qed ikompli jimliena bih. `Pajjizi ohra li sal-lum qed jiehdu fondi ma tantx se jcedu malajr biex dak li jiehdu llum jibdew jehduh membri godda.`

U min jaf x`inhu ghaddej dwar il-kwistjoni tal-fondi jaf li ma jezisti l-ebda impenn dwar il-fondi li ser jiehdu il-pajjizi applikanti li ser jidhlu godda.` Dan l-impenn qed jithalla proprju ghall-ahhar u mhux mistenni li jigi mgharraf lil-pazjjizi applikanti qabel il-bidu ta` Novembru li imbaghad ikollhom biss madwar xhar biex jinnegozjaw u laghlqu il-kapitlu finanzjarju qabel is-summit ta`Copenhagen f`nofs Dicembru.

Dan huwa hekk ghaliex il-Germanja ma trid tati l-ebda impenn qabel ma jghaddu l-elezzjonijiet tat-22 ta` Settembru. U l-Germanja qed tistenna koncessjonijiet kbar minn naha Franciza dwar il-poltika agrikola komuni, koncessjonijiet li l-gvern u l-Presdient Franciz huwa kommess ma l-elettorat tieghu li ma jcedix fuqhom.

Mela l-kwistjoni ta` min u kemm se jhallas ghad trid tigi miggielda sew fl-ahhar kwart tas-sena u jkun biss imbaghad li nkunu nafu x`fondi jista jmissna u jekk dawn ikunux aktar minn dak li jkollna nhallsu bhala kontribuzzjoni lejn il-budget tal-UE.

Izda l-pronostici ma jippuntaw lejn l-ebda mitt miljun.` Tant li l-Kummissjoni qalet li hemm probabbilta` mhux zghira li minhabba il-mekkanizmi tal-pagamenti li timxi bihom l-UE hafna pajjizi godda aktarx li fl-ewwel sena sentejn ikollhom jaghtu aktar milli jdahhlu.` Tant li weghdet li biex dan ma jsehhx ghandu jinstab mekkanizmu li ta lanqas il-pajjizi membri godda jigu newtrali ma l-UE, jiehdu lura almenu kemm ikunu hallsu.` Altru milli ser niehdu xi mitt miljun!

U fuq kollox il-budget ta` l-UE iwassal biss sa l-2006. Wara din id-data iridu jsiru negozjati godda li jafu jibdlu kollox ta taht fuq. Il-Germanja ghamlitha cara li ma ma tridx tkun hi li tkompli ggor il-piz finanzjarju l-kbir. Pajjizi ohra li sal-lum qed jiehdu fondi ma tantx se jcedu malajr biex dak li jiehdu llum jibdew jehduh membri godda.

Dan tajjeb jinghad ghax il-poplu Malti ga tqarraq u mhux sewwa li jkun` hawn min jerga` jipprova jqarraq bih.

Fost ir-ragunijiet li jista` jkun hemm biex Malta tikkonsidra shubija ma l-UE zgur li l-kwistjoni tal-fondi ma ghandiex piz pozittiv u min jipprova jaghmel dan ikun qed jipprova jbiegh il-hut fil-bahar.



Alfred Mifsud



No comments:

Post a Comment