Il-Kullhadd
Assolutament naqbel li l-kaz ta` allegat korruzzjoni ta` membri gholjin fil-gudikatura maltija ma ghandux jigi politicizzat u ghandna nhallu l-gustizzja tiehu l-kors normali taghha bla ma nikkundannaw lil hadd qabel ma jinstab hati permezz tal-process tal-ligi.
Izda ma tistax ma taghmilx riflessjonijiet fuq dak li gara fis-sens wiesgha ta` kif is-socjeta maltija tilfet il-fiducja fiha nnfisha u tilfet il-valuri morali taghha.
Ghax meta socjeta tipproduci sitwazzjoni fejn jigi allegat b`mod kredibbli u sostanzjali li membri gholjin tal-gudikatura hadu flus tad-droga biex jaghtu sentenza bil-favuri, meta dan il-kaz iwassal lill-pulizja biex tressaq akkuzi kriminali u lil-gvern biex jipproponi li l-parlament japprova it-tnehhija ta` zewg imhallfin, dan ikun sintomu ta` problema ferm aktar wiesgha tas-socjeta` kollha. `Gvern fejn kunflitti ta` interess manifesti ta` nies impoggija f`karigi ta` responsabbilta` kbira lejn il-pajjiz,` jigu mhux biss skuzati izda addirittura inkoraggiti.`
U huwa f`dan is-sens wiesgha li xtaqt nikkumenta dwar is-socjeta taghna li donna tilfet il-valuri taghha.` Socjeta fejn il-gvern ilu hmistax il-sena jghidilna li l-flus mhux problema waqt li jibni muntanja ta` dejn li meta taqa` bhal valanga tat-tajn taf iggorna lkoll maghha.
Socjeta` fejn ma ghadhomx jghidulna li pajjizna repubblika mibnija fuq ix-xoghol izda sirna repubblika mibnija fuq l-ghazz.` Fejn il-gvern permezz ta` flusna stess li nhallsu f`taxxi izoqq permezz ta` konsulenzi lil dawk li jpinguh sabih bil-kitba taghhom waqt li ma jsibx flus ghall-aktar servizzi bazici ta` edukazzjoni u sahha,` li c-cittadin bi dritt jipprentendi minghand il-gvern.
Socjeta` fejn qisu xejn mhu xejn. Il-gvern jahli flus il-poplu f`safar, festini u karozzi u l-poplu donnu llupjat jahseb li hela bhal din mhux bicca tieghu. Gvern fejn kunflitti ta` interess manifesti ta` nies impoggija f`karigi ta` responsabbilta` kbira lejn il-pajjiz,` jigu mhux biss skuzati izda addirittura inkoraggiti.
`Wara hmistax il-sena ta` gvern nazzjonalista ix-xibka tal-poter tant rabbiet arroganza li issa bdiet tiddistruggi lilha nnfisha.` Socjeta li taccetta diskriminazzjoni rejali anke ma l-istess membri taghha.` Ghax filwaqt li nies impjegati mas-settur pubbliku igawdu minn protezzjoni qawwija ta` l-impjieg tant li kultant difficli tinforza dixxiplina, haddiema hutna maltin ohra impjegati mas-settur privat jibqghu bla protezzjoni serja kontra tkeccija jew telf ta` impjieg u jintefghu bla kumpens ifittxu xoghol meta l-eta` taghhom tikkundannhom ghal-umiljazzjoni ta` xhur jew snin bla xoghol xieraq.
Socjeta` fejn donnu xejn ma jinkwieta lil hadd kif kuntratti bhal tal-isptar Tal-Qroqq jinghatew b`direct order b`kontrolli skarsi fuq l-infieq.
Socjeta fejn donnha ahna l-maltin ma ghadna tajbin ghal xejn la biex immexxu l-banek taghna, la biex immexxu l-posta u issa lanqas biex immexxu l-ajruport u l-Air Malta. Socjeta li taccetta li l-assi ppregjati taghha jinbieghu lil barranin jew b`irhis bhal fil-kaz tal-Mid-Med Bank jew fejn jingieb prezz ragonevoli bhal fil-kaz ta` l-MIA,` naghtu dritta lil barrani li jithallas tat-tmexxija halli dak li jkun tana fil-prezz tax-xiri jiehdu lura fi hlasijiet tat-tmexxija. ` Fis-sentejn li ghamel Prim Minsitru Alfred Sant ta` prova mill-aktar qawwija tal-valuri veru li lest jinjetta fis-socjeta` maltija. Fejn min imexxi jaghmel dan b`imhabba ghal pajjizu u mhux b`inetess li jipprotegi l-poter u l-interessi ta` dan jew ta` dak.`
Socjeta` li bniet xibka ta` nies li jhokku dahar xulxin billi jipprotegu lil xulxin skapitu tas-socjeta in generali li sadanittant, ghax din ix-xibka tiekol b`hafna hluq u tqum hafna flus, qed tgherreqna bid-dejn li ser jiekolna hajjin.
Il-gvernijiet laburisti tas-snin sebghin u tmenin, bid-difetti kollha li kien fihom, kienu taw valuri lis-socjeta`- valuri tax-xoghol, tal-bzulija`,` ta` l-ghaqal u tas-solidarjeta biex is-socjeta` tkun hanina ma dawk li verament ma jistghux jghinu lilhom infushom.`
Wara hmistax il-sena ta` gvern nazzjonalista ix-xibka tal-poter tant rabbiet arroganza li issa bdiet tiddistruggi lilha nnfisha.
Is-soluzzjoni wiesgha ghal` problema ta` valuri tas-socjeta` maltija hija li hemm bzonn bidla fit-tmexxija politika tal-pajjiz. Hemm bzonn li min imexxina politkament ma jkunx mifni bi hmistax il-sena ta` kompromessi li jwasslu ghal mahfriet presidenjali ta` kriminali horox, accettazzjoni ta` kunflitti ta`interess ferm perikoluzi u bzonn kontinwu li jitma minn flusna l-aptit bla razan tal-klieb il-bahar li jghinuh izomm fil-poter.
Fis-sentejn li ghamel Prim Minsitru Alfred Sant ta` prova mill-aktar qawwija tal-valuri veru li lest jinjetta fis-socjeta` maltija. Fejn min imexxi jaghmel dan b`imhabba ghal pajjizu u mhux b`inetess li jipprotegi l-poter u l-interessi ta` dan jew ta` dak.
M`hemmx fejqan jekk mhux b`dan.
Alfred Mifsud
Sunday, 11 August 2002
Tlifna l-Valuri
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment