Sunday, 18 August 2002

Kuntrast

Il-Kullhadd



Dan Awwissu gab kuntrast qawwi minn zewg avvenimenti differenti li nhoss li ghandi nikkummenta fuqhom.

Nibdew bil-pozittiv. Bhalissa ghaddejja il-maratona tal-Kerygma.` Perswaz li nerghu niksru ir-rekord ta` flus li jingabru ghal kawzi ferm nobbli. Izda l-aktar li joffri sodisfazzjon huwa kif il-pajjiz jinghaqad wara dan l-avveniment. Kif mijiet ta` zghzagh jiddedikaw il-vaganzi tas-sajf taghhom biex jghinu lil min ma jistax jghin ruhu. Kif il-mexxejja tal-pajjiz jinsew differenzi ohra u jahdmu ghal kawza komuni. Kif nies li normalment ma jfittux lil xulxin jahdmu flimkien biex igibu is-success tal- maratona tal-Kerygma. `Lill-Partit Laburista Verheugen jarah bhala ostaklu li jista` jtellfu dak li huwa mhallas li biex jakkwista.`

U donnu kullhadd jivvinta modi godda kif jista jghin. Is-sena `l ohra shabi Daniel Abela u Winston Zahra ghamlu girja maratona biex jigbru l-fondi b`mod differenti. Regghu ghamluha din is-sena. Izda din is-sena kellna wkoll novita`. Il-club tar-regatta tal-Marsa gietu l-ideja li biex jigbor fondi jaghhmel qadfa minn Pozzallo sal-Port il-Kbir fuq dghajsa normali tal-qdif ta` bl-erbgha li tiehu sehem fir-regatta. `Tnax il-siegha ta` qdif kontinwi biex jigbru il-flus ghal kawza tal-Kerygma.

Prosit lil qaddiefa kollha izda zgur li ta min isemmi partikolarment lil qaddiefa` Geraldu d-Dajdu u Mifsud` li qadfu tul it-tirq kollha bla waqfien ta` xejn.

Wiehed jawgura li matul din il-gimgha li tkun ghada ghaddejja din il-maratona il-poplu Malti jirrikorri bi hgaru halli fit-tmiemha nergghu nkunu kburin li ahna Maltin b`qalb tad-deheb.` Nittama` wkoll li d-direzzjoni televiziva toqghod aktar attenta mis-sena `l ohra biex ma nhallux il-parteggjanizmu poltiku jisfratta xoghol kbir li jkun sar bil-qalb minn tant voluntiera. Min huwa nkarigat jaf x`jien nghid u m`hemmx ghalfejn intawwal.

Izda din il-gimgha iddisgustajt ruhi b`dak li kellu xi jghid dwarna Gunther Verheugen , il-Kummissarju ghat-Tkabbir ta` l-UE. Dan Verheugen xogholu huwa li l-pajjizi li applikaw jidhlu membri billi joqghodu ghal dak kollu li tghid l-UE, ma joqghodux jitolbu derogi u ezenzjonijiet halli maljar kemm jista jkun l-UE tikber u tersaq lejn il-mudell tal-Federazzjoni jew kon-federazzjoni fejn ic-centru jikkmanda u fejn il-membri, specjalment dawk boghod mic-centru u dawk zghar u b`vuci dghajfa,` jobdu bla paroli. ` Huwa l-gvern li sar gvern ta` tema wahda, li nesa ghal kollox il-problemi veru ta` kuljum tal-poplu.`

Verheugen ovvjament mhux kuntent li f`Malta hawn oppozizzjoni li tghid car u tond li ma taqbilx li pajjizna jsir membru fl-UE, certament mhux taht ir-regoli prezenti li mhux addattati ghal pajjizi zghar bhalna. Lill-Partit Laburista Verheugen jarah bhala ostaklu li jista` jtellfu dak li huwa mhallas li biex jakkwista.

U biex jasal ghal finijiet ta` mohhu Verheugen din il-gimgha uza attici xejn puliti u xejn diplomatici. L-ewwel qal li jekk Malta taghzel li ma tissihibx fl-UE allura ser tibqa wahedha bicca gzira bejn l-Ewropa u l-Afrika bla rilevanza u bla ma tista tikkompeti fil-globalizzazzjoni dinjija.` Kwazi kwazi ried jghid li wahedna immutu bil-guh.

Dawn argumenti li smajnihom qabel anke meta Malta kienet ser tiehu l-indipendenza kif ukoll meta konna ser naghlqu il-bazi.` U kull darba iz-zmien wera proprju l-oppost. Li l-pajjiz mar l-ahjar meta kellna rajna f`idejna u mhux meta hallejna lhitna f`idejn haddiehor. Sta ghal poplu Malti issa jekk jitghallimx mill-esperjenza diretta ta` l-ahhat sittin sena, minn` meta konna ghoddna mitna bil-guh fil-gwerra li ggiliedna ghal haddiehor, jew jismax minn nies bhal Verheugen li qed jistedinna nidhlu parti f`organizzjoni fejn ma nkunu nikkmandaw xejn u nkunu irridu naghmlu kif jordnawlna u nispiccaw nittalbu ghal dak li bi dritt huwa taghna.

U mbaghad Verheugen qalilna wkoll, u hawn dhal f`materji domestici li kien ikun aktar prudenti jekk jibqa` barra minnhom, li l-Partit Laburista sar oppizzjoni li ghandha biss tema wahda; dik li twaqqaf milli l-Gvern Nazzjonalista jdahhal lil Malta fl-UE.

Din gidba hoxna. Huwa l-gvern li sar gvern ta` tema wahda, li nesa ghal kollox il-problemi veru ta` kuljum tal-poplu. L-oppozizzjoni ma tharisx lejn l-UE bhala s-salvazzjoni ta` kollox. L-oppoizzjoni Laburista anzi trid li l-attenzjoni principali tinghata lil problemi rejali u interni tal-pajjiz.` Lin-nuqqas ta` kompettivita`, lill-iggamjar fl-ekonomija, lill-izbilanc pubbliku, lin-nuqqas ta` opportunitajiet godda ta` xoghol, lill-ambjent, u lil-faqar gdid li qed jinbet` kif is-servizzi socjali qed jitnaqqru.

Altru li l-Partit Laburista mhux Partit li jesizti biss biex jimblokka lill-gvern milli jdahhal lil Malta fl-UE. Il-Partit Laburista jemmen li l-ewwel ghandna nkunu ahna stess li nsolvu il-problemi li qed jifnuna u mbaghad nirragunaw maz-zmien kif nizviluppaw ir-relazzjoni taghna mal-UE.` Li hu zgur huwa li fuq ir-regoli prezenti ma jaghmilx sens li nfittxu shubija shiha u ghandna nfittxu relazzjoni ohra qrib li ma ddewwibx is-sovranita` taghna u ggelghlna nittalbu biex jaghtuna dak li akkwistajna ga fl-ahhar sittin sena. Ovvjament din ma togghobx lil Verheugen izda ahna mhux qedin biex noggghbuh, izda biex nogghbu lil-poplu Malti li lejh u lejh biss hija l-lejalta` taghna.

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment