Sunday, 4 August 2002

Soluzzjoni

Il-Kullhadd



Aktar ma toqrob l-elezzjoni u aktar ma l-problemi ekonomici ikomplu jaghfsu kif qed jaghmlu bla ebda mistrieh, aktar il-partit laburista ser jigi mistoqsi biex jispjega s-soluzzjonijiet li ghandu x`joffri biex johrog lil pajjizna minn dan is-saram.

Mil-laqghat li jkolli fid-djar ta` l-elettorat il-messagg dwar ir-rejalta ta` l-ghawg ekonomiku li qeghdin fih johrog car. M`ahniex bhal ma konna 1996 meta il-problemi ekonomici kienu ghadhom mohbija u l-poplu ma kienx konxju taghhom.` Illum il-problemi qed jaghfsu lil kullhadd. `Nies ta` fil nazzjonalista huma inkwetati daqs il-laburisti.` Il-hajja qed toghla ghalihom ukoll.` L-incertezza teffetwahom ukoll.`

U f`dan ma hemmx wisq distinzjoni poltika. Nies ta` fil nazzjonalista huma inkwetati daqs il-laburisti.` Il-hajja qed toghla ghalihom ukoll.` L-incertezza teffetwahom ukoll. Jekk ghandhom xi negozju zghir ghaddejjin mil-problemi li ghaddejjin in-negozji kollha.` Il-bejgh qed jonqos u l-flus mill-idejn skarsaw. Biex jigbru il-flus li ghandhom jiehdu saret kwazi haga impossibbli.

Din saret kronika.` Hekk kif il-gvern ikompli jaghfas bit-taxxi inaqqas il-likwidita` li ticcurkola fis-settur privat, operaturi ekonomici privati mhux ihallsu lil xulxin u x-xoghol qed jiggamja. Il-barter issa rega qed isir normali hekk kif min jiddejjaq jistenna, biex jigbor flusu ikollu jaccetta servizzi jew prodotti biex ta` lanqas jiehu xi valur ta` dak li ghandu jdahhal.

It-turizmu li normalment igib xi ftit ta` tnaqqis mil-ghafsa f`dan iz-zmien tas-sajf, din-is-sena huwa debboli. Jekk mhux fin-numru ta` turisti huwa certament debboli fil-kwalita` li komposta minn hafna studenti li ghalkemm merhba bihom, m`humiex it-turist idejali li ghandu verament bzonn pajjizna ghall-investimenti fil-lukandi li ghamel is-settur privat.` Mhumiex it-tip ta` turist li jmur jiekol fl-aqwa restoranti li ghandna li gmielhom jilmentaw kemm naqsilhom ix-xoghol kemm mil-Maltin kif ukoll mit-turisti.

Allura ffacjati minn dawn il-problemi anke hafna nazzjonalisti qed jammettu li pajjizna ghandu bzonn tmexxija gdida.` Tmexxija aktar dinamika li jkollha determinazzjoni li mhux biss taghraf il-problemi ta` pajjizna izda li toffri soluzzjonijiet prattici. Mhux studji u konsulenzi izda soluzzjonijiet. ` Ma fadalx zmien ghal rapporti u konsulenzi. Li hemm bzonn huwa azzjoni immedjata. Azzjoni li b`mod immedjat tkattar il-kompettivita tas-setturi produttivi tal-pajjiz halli jitkattar ix-xoghol fis-setturi li jgibu gid il-pajjiz.`

Meta mort il-Mid-Med Bank fl-1996 kont sibt sitwazzjoni tixxiebah. L-impjegati kienu demoralizzati b`inkwiet industrijali izda aktar ghax il-bank li kellu tradizzjoni ta` l-ahjar bank f`Malta donnu kien qed jitlob il-pass mal-kompetituri.` Il-bank kien jirrejagixxi u mhux imexxi u jisfida l-kompetizzjoni. Kien hemm konsulenzi u rapporti izda ma kienx hemm pjan biex dak li kellu jsir isir.

Kif dhalt il-messagg tieghi lil kullhadd mil-kbir sas-zghir kien car. Kont ghamilt mekkanizmi biex niltaqa mal-faxex kollha tal-haddiema b`mod regolari. Il-messagg kien car. Iz-zmien tal-konsulenzi u r-rapporti kien ghaddha.` Il-problemi konna nafuhom. Is-soluzzjonijiet kienu ovvji.` Li kien jonqos kien pjan ta` azzjoni kif dawn is-soluzzjonijiet kienu ser jitwettqu fil-prattika.

U kien dan il-pjan li kont nispjega lil kulhadd b`mod kontinwu ghax komunikazzjoni effettiva ghandha bzonn feedback, ripetizzjoni u rinforz tal-messagg. Kont nispjega fejn irridu naslu, meta irridu naslu, il-kriterji li ser nuzaw biex inkejlu jekk ahniex qed naslu u finalment jekk wasalniex, u t-toroq li ser nghaddu minnhom biex naslu fejn kellna bzonn naslu.

Biex pjan bhal dan jirnexxi kellu bzonn l-appogg tal-maggoranza kbira. Kellu bzonn li kullhadd jifhem x`inhu rwol tieghu u x`inhu mistenni minnu. Il-problemi industrijali maljar tfajnihom warajna u kullhadd mid ghonqu ghax-xoghol. Il-haddiem inghata dak li haqqu u wkoll incentivi biex ikun jista` jgawdi mil-produutivita` li kienet mistennija minnu. Izda fuq kollox il-haddiem inghata l-ezempju.

L-ezempju minn fuq kien car. L-affarijiet ma jigux whaedhom. L-objettivi jintlahqu bix-xoghol u bl-impenn.` Jintlahqu billi ninsistu ma xulxin dwar aktar efficjenza. Jintlahqu billi tinbena kultura li min jiskarta u jahli jibda jigi kkoregut min shabu stess bhala propjetarji tal-pajn biex il-bank jasal fejn jasal.

U biex nizguraw li kullhadd jibqa` `on board`, konna ghamilna strategija ta` kominkazzjoni effettiva halli kullhadd irabbi l-kuragg mis-successi zghar li bejna naghmlu fil-bidu u nkattru determinazzjoni ghal successi akbar.` L-entuzjazmu huwa essenzjaliamu ghas-success ahhari.

Pajjizna ghandu bzonn pjan simili. Hemm bzonn gvern gdid li ma jkunx mghobbi bil-htija tal-problemi ekonomici kbar li ghandna. Gvern laburista li mhux biss jaf x`inhuma il-problemi izda li lest bi pjani effettivi biex dawn il-problemi jigu indirizzati mall-ewwel qabel ma l-ekonomija marida graviment, ma tmut.

Ma fadalx zmien ghal rapporti u konsulenzi. Li hemm bzonn huwa azzjoni immedjata. Azzjoni li b`mod immedjat tkattar il-kompettivita tas-setturi produttivi tal-pajjiz halli jitkattar ix-xoghol fis-setturi li jgibu gid il-pajjiz. Azzjoni li` ggib soljiv immedjat lil dawk li fis-socjeta` regghu gew imnizzla `l isfel fil-faqar u li llum mhux jghixu ta` bnedmin.` Dawk li qed ibatu meta l-istat mhux jonora l-obbligi tieghu fis-seturi tas-sahha,edukazzjoni u djar biex tassew jghin lil min ma jistax jghin ruhu.

Malta ghandha bzonn soluzzjonijiet li jista` joffrihom biss gvern laburista gdid.

No comments:

Post a Comment