Il-Kullhadd
Dan ikun titlu ferm addattat ghal programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista skond il-film celebri BACK TO THE FUTURE.
Ghax huwa car li n-nazzjonalisti qed jimmanuvraw biex il-futur tal-pajjiz ikun l-istess bhal ma kienu is-snin sittin meta konna ghadna kolonja u fi snin immedjati ta` wara l-indipendenza fejn kollox baqa` f`idejn il-barrani.
Niftakarni guvnott ta` 13 il-sena mmur ma ta` l-iskola il-Belt u l-Furjana biex nattendu ghac-celebrazzjonijiet ta` l-indipendenza f`settembru ta` tmienja u tletin sena ilu.` U niftakarni nistaqsi lili nnifsi fil-prattika x`kienet tfisser din l-indipendenza u ghalfejn dawn il-festi kollha jekk kollox kien jidher li baqa` kif kien. `in-nazzjonalisti qed jimmanuvraw biex il-futur tal-pajjiz ikun l-istess bhal ma kienu is-snin sittin meta konna ghadna kolonja u fi snin immedjati ta` wara l-indipendenza fejn kollox baqa` f`idejn il-barrani.`
Il-regina ta`Malta baqghet ir-regina tar-Renju Unit, il-gvernatur kien baqa l-istess barrani, hafna propjeta` baqghet pprojbita ghall-access tal-Maltin, u hafna pozizzjonijiet importanti baqghu f`idejn il-barranin. Mil-kap tar-rediffusion sal-kap tal-bank centrali kienu barranin qabel l-indipendenza u baqghu anke wara.
U mbaghad gew is-snin sebghin u taht gvern laburista bdejna bilkemm nemmnu l-ghajnejna.` Is-servizzi strategici li kienu f`idejn il-barranin bdew bil-mod jghaddu f`idejn il-Maltin. Mil-banek sat-telekomunikazzjoni, mill-fornitura taz-zejt sas-servizzi ta`l-assikurazzjoni kollha bdew jghaddu f`idejn il-Maltin.` Flok il-barrani jikkontrolla dawn is-servizzi essenzjali u hafna drabi fuq bazi ta` monopolju li jhalli hafna qliegh, dawn ghaddew f`idejn il-Maltin u qliegh beda jmur fil-kaxxa tal-poplu minn fejn seta jitqassam il-gid biex jaghti sens` prattiku lis-servizzi socjali.
Niftkar qisu l-bierah it-twaqqif ta` l-Air Malta u kwazi ma nistax nemmen li pajjiz zghir bhalna jista`jkollu l-linja ta`l-ajru tieghu u li l-Maltin kienu sahansitra se jtajjru l-ajruplani.
U issa ghaddew `l fuq minn 25 sena mit-twaqqif ta`dawn l-istituzzjonijiet.` U tassew sejrin b`lura lejn il-futur. Ghax il-gvern donnu li determinat li pajjizna jerga jgibu mmexxi mil-barrani bhal qabel. `U issa ghaddew `l fuq minn 25 sena mit-twaqqif ta`dawn l-istituzzjonijiet.` U tassew sejrin b`lura lejn il-futur. Ghax il-gvern donnu li determinat li pajjizna jerga jgibu mmexxi mil-barrani bhal qabel.`
Issa ghandna l-bank principali taghna li anke meta kien Barclays fis-snin senghin kien immexxi ghal kollox mil-maltin, illum immexxi mill-barranin li huma insensettivi ghal bzonnijiet rejali ta`l-ekonomija Maltija u huma sensittivi biss lejn il-qliegh tal-bank u lejn l-objettiv ta` hrug ta` kapital barra minn Malta.
Issa ghandna l-posta u l-ajruport immexxija mil-barranin.` Dawn akkwistaw 40% ta` l-ishma u rabtu l-gvern malti li jmexxu huma u talli jaghmlu dan jiccargjawna talli jmexxu dak li ahna konna ga mmexxu b`success. Ghax dawn is-servizzi anke meta ghadna` kolonja kienu mmexija mil-Maltin izda issa donnu ma sirna tajbin ghalxejn.
U biex zgur ma jhallux dubju issa gabu Chief Executive barrani ghall-Air Malta li jinghad li qed ihallsuh daqs il-paga medja ta` madwar hamsin familja maltija f`daqqa. Anke kumpanija li ghada kollha kemm taghna ukoll tlifna l-fiducja li kapaci mmexxuha`
Izda tiskantaw b`xejn.` Ghax jidher li l-gvern qata`qalbu li jmexxi` l-pajjiz u ghalhekk dawn il-passi huma bhal tarag li qed nitlighu targa wara `l ohra. Meta naslu fit-targa ta` fuq u nharsu madwarna u nergghu naraw pajjizna kollu mibjugh u mmexxi mil-barrani nkunu wasalna biex anke t-tmexxija politika nkunu ser naghtuha lil barrani.
Ghax bid-dhul fl-UE il-PN dan effettivament qed jaghmel. Qed jammettu li huma mhux kapaci jmexxi il -pajjiz bhal ma kienux kapaci jmexxu l-banek. Il-posta, l-ajruport u l-Air Malta. U pajjiz qed nintegrawh ma l-UE b`mod li decizjoni li jeffettwaw hajjitna u l-futur taghna bil-kbir ma jibqghux f`idejna izda jibdew jittiehdu b`vot ta` maggoranza mil-pajjizi ta` l-UE fejn il-vuci ta` Malta tkun irqiqa u bla influwenza ta` xejn. `Il-vizjoni taghna hija ta` pajjiz sovran u newtrali habib ta` kullhadd izda fejn kullhadd jifhem li Malta tal-Maltin u jmexxuha l-Maltin.`
Jekk inkomplu telghin it-tarag li jriduna nitilghu in-nazzjonalisti waqt li ma kull targa nkantaw vittorja talli gabu xi koncessjoni zghira dwar xi haga li kienet kollha kemm` hi ga f`idejna, pajjizna anke fil-livell poltiku tieghu ser jispicca mmexxi ghal kollox mil-barrani u dak li qed naraw issa fil-kumpaniji individwali narawh isir fuq skala nazzjonali fil-livell politiku biex il-Maltin jergghu isiru barranin f`pajjizna stess.
Din mhix il-vizjoni tal-partit laburista li hadem kontra kull ostaklu biex lil pajjizna tah il-kunfidenza ta` stat sovran veru u kontroll fuqu innifsu daqs kemm huwa possibbli f`dinja fejn il-pajjizi ekonomikament kollha jiddependu fuq xulxin. Il-vizjoni taghna hija ta` pajjiz sovran u newtrali habib ta` kullhadd izda fejn kullhadd jifhem li Malta tal-Maltin u jmexxuha l-Maltin.
Naghmlu negozju ma kullhadd, ma nkunu ta` perikolu ghal hadd u nghixu minn attivitajiet kummercjali u mhux minn attivitajiet ta` difiza. Nemmnu li jekk il-pajjiz jitmexxa sew u bid-dixxiplina nistghu inkunu bhal Singapore fejn pajjiz ckejken sar centru finazjarju u ta` kummerc internazzjonali. Il-pajjiz` baqa jikkmandah il-poplu anke jekk fehem li dan jista` jsir biss bil-bzulija, bix-xoghol u bis-serjeta`. In-nazzjonalisti f`dwan l-ahhar hmistax il-sena mexxew il-pajjiz bil-ghazz, bil-hela u bit-tberbiq bla sens, bil-korruzjjoni u favoritizmu li bhal dudu kiel l-ispirtu morali tal-pajjiz t telliflu l-fiducja fih innifsu tant li issa gharkubbtejh qed jitlob lil barranin jigu jmexxuna huma.
Ahna mhux b`lura lejn il-futur tan-nazzjonalisti qed noffru, izda qed noffru vizjoni ta` futur b`rajna f`idejna fejn bil-bzulija u d-dixxiplina noholqu il-gid u nqassmuh b`mod socjali ma dawk l-aktar li ghandhom bzonn.
Sunday, 8 September 2002
B`Lura lejn il-Futur
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment