Sunday, 1 September 2002

Magicians

Il-Kullhadd



Dan donnu gvern tal-magicians. Bhal magicians ma jimpurtah xejn mis-sustanza.` Jimpurtah biss milli jikkrejaka illuzjoni, milli jurik haga li fil-fatt tkun ohra.

Kemm il-darba naraw shows tal-magija.` Blalen u mkatar jisaparixxu u jibdlu il-kulur. Nies jghibu jew jinqasmu min-nofs u tant u tant illuzjonijet ohra. Niehdu gost narawhom bhala mezz ta` divertiment.` Nafu li dak li qed juruna bhala rejalta` m`hi xejn hlief illuzjoni.` Nammiraw il-kapacita` tal-magican izda qatt ma nemmnu li verament dik il-mara sparixxiet jew dik-it-tfajla inqasmet min-nofs.

Ghal kollox hemm hin u post. U filwaqt li l-magicians hemm bzonnhom fl-ispettaklu u d-divertiment m`hemmx lokhom fit-tmexxija tal-pajjiz. Ghax pajjiz ma jitmexxix bl-illuzjonijiet. It-tmexxija poltika mhix xi show ta` ftit sieghat fejn kullhadd jiehu pjacir b`illuzjoni ghax jaf li wara ftit hin ser nergghu ghar-rejlata tal-hajja. `Ghalhekk huwa hazin u perikoluz ghall-ahhar li issa ghandna gvern li sar aktar jemmen fl-illuzjoni milli fis-sustanza.`

It-tmexxija politika tehtieg serjeta.` Tehtieg tmexxija dinamika, b`soluzzjoni rejali ghal problemi u tkattir tal-gid li bih u bih biss nistghu nilqghu l-aspirazzjonijiet legittimi ghal hajja ahjar tan-nies li jkunu afdaw il-gvern b`mandat politiku.

Ghalhekk huwa hazin u perikoluz ghall-ahhar li issa ghandna gvern li sar aktar jemmen fl-illuzjoni milli fis-sustanza. Li ma ghadux ifittex soluzzjonijiet veri u rejali ghal problemi kbar tal-pajjiz izda qed biss ifittex li jikkreja illuzjoni taparsi qed jaghmel xi haga` meta fil-fatt ma jkun qed jaghmel xejn.

Jekk kien hemm bzonn prova ohra ta` dan, tahielna din il-gimgha l-gvern meta thabbru il-figuri tal-finanzi ghax-xahar ta` Lulju.` Minn dawn il-figuri irrizultat tbazwira qarrieqa li mmanuvra b`irresponsabbilta kbira il-Ministru John Dalli billi dahhal flus mil-privatizzazzjoni ta` l-MIA bhala dhul ordinarju.` Dahhal Lm21 miljun` bhal li kieku kienu taxxi u dividend tal-qliegh normali meta dawn huma tbazwira finanzjarja li thabbatha sew mad-deception accounting li wassal kumpanija bhal Worlcom ghal falliment.

John Dalli ghandu problema tahraq fuq idejh. Minkejja li zied it-taxxi madwar Lm60 miljun kull sena ghal dawn l-ahhar 4 snin, fir rejalta d-deficit zdied mhux naqas. Ix-xoghol ta` Dalli li jzid l-efficejnza fil-gbir tat-taxxi kif ukoll zieda tista` tghid f`kull taxxa li tista` tahseb fiha,` gie mharbat mil-ministri shabu li qed jonfqu b`rata hafna aktar mghaggla miz-zieda fil-gbir tat-taxxi.

Donnhom qed jaghmlu apposta biex John Dalli jitpenga ikrah u jmewtulu l-aspirazzjoni li ghandu li kontra kontra ix-xewqa ta` l-establishment fil-partit nazzjonalista li qed jipprova ifixklu, jikkontesta lil Gonzi ghal leadership tal-partit meta Fenech Adami iwarrab. `John Dalli ddecieda li la ma jistax isolvi d-deficit,` allura jahbih`

Din is-sena dan id-deficit harab ilebbet il-quddiem u kieku ma ghamel xejn kien jirrizulta li fl-ewwel seba xhur id-deficit li sentejn ilu Lm55 miljun tela ghal Lm 93 miljun u sa l-ahhar tas-sena it-target ta` deficit ta` Lm77 miljun kien ser jinqabez sew.

Ciskortanzi bhal dawn iwasslu lil min irid il-veru gid tal-pajjiz li jammetti li mhux qed jirnexxielu isib tarf il-problema u jvara program ta` ristruttura serja fin-nefqa pubblika biex il-pajjiz ma jkomplix sejjer il-bahar.

Izda dan la jdoqq ghal widnejn John Dalli li ma jridx jaqa` ghac-cajt personalment u lanqas ghal partit nazzjonalista li riesaq lejn l-ahhar budget qabel l-elezzjoni li gejja.

Normalment meta partit jigi fi stat bhal dan li ma jistax jindirizza l-problemi tal-pajjiz jew idahhal nies godda fil-kabinett b`idejat u entuzjajzmu gdid, jew isejjah elezzjoni fl-interess nazzjonali.

Izda n-nazzjoanlisti jigu jaqghu u jqumu mill-interess nazzjonali.` Li jinteressahom huwa l-interess tal-partit.` U allura lesti jikkompressaw l-interess nazzjonali billi flok jindirizzaw il-problema jahbuha.` Bhal tabib li flok jaghti medicina effetiva ghal marda tal-pazjent jahbilu l-marda u jghidlu li jista` jkompli jiekol u jixrob b`deteriment ghal sahhtu u perikolu ghal hajtu.

U hekk ghamel dil-gimgha John Dalli. Meta qabad Lm21 miljun mil-privatizzjoni tal-MIA, flus li gew ikkrejati b`mod articjali permezz ta` self mil-Bank of Valletta li ser jgharraq il-prospett ghal bejgh tas-60% li fadallu l-gvern fl-MIA, u dawn dahhalhom bhala dhul ordinarju,` John Dalli ddecieda li la ma jistax isolvi d-deficit,` allura jahbih.

Bhal magician tela fuq il-palk u beda jaghmel illuzjoni.` Izda illuzjoni tibqa illuzjoni u bl-ebda mod ma tibdel ir-rejalta qarsa li d-deficit qed jizdied b`mod li jwahhax.

Ir-rejalta ghad tilhaqna u tibghatilna l-kont ta` l-illuzjoni irresponsabbli ta` John Dalli.

No comments:

Post a Comment