Sunday, 22 September 2002

Gieh lil Malta

Il-Kullhadd



Tmienja u tletin sena ilu Malta saret indipendenti. Lill-Partit Laburista din l-Indipendenza hallietlu toghma morra.

Mhux ghax il-Partit Laburista ma kienx favur li Malta ssir indipendenti. Altru! Izda ghax ried li l-Indipendenza tassew iggib bidla vera fil-pajjiz u mhux semplicement bdil ta` statis politiku li fir-rejalta` izda halla kollox kif kien.

`Il-bidla vera kellha tistenna gvern laburista ta` l-1971 li beda jwettaq dak li kien ried iwettaq kieku id-dnub il-mejjet tas-sittinijiet ma qasamx il-Maltin bla htiega fil-glieda ghall-indipendenza.` Il-bidla vera kellha tistenna gvern laburista ta` l-1971 li beda jwettaq dak li kien ried iwettaq kieku id-dnub il-mejjet tas-sittinijiet ma qasamx il-Maltin bla htiega fil-glieda ghall-indipendenza.

Il-gvern ingliz, li kien hareg bl-irhis sew ma Borg Olivier, kellu jhallas hafna izjed u sar ftehim ta` seba` snin biex issir ristrutturazzjoni ekonomika halli tkun tista` tinghalaq il-bazi militari li konna niddependu tant minnha kemm ghall-impjiegi kif ukoll ghall-infiq u l-kera li konna ndahhlu minna.

Ghalhekk ghal diversi snin sas-1997 kien jigri li l-indipendenza qisha festa tan-nazzjonalisti fil-waqt li jum il-helsien festa tal-laburisti. Sa certu punt ghadu hekk sal-lum.

Nahseb li issa ghadda zmien bizzejjed biex inharsu lejn il-bicca b`mod aktar oggettiv. Xejn ma naqbel li l-Indipendza ghanda tkun il-festa tan-nazzjonalisti.` L-indipendenza la gabuha u lanqas hadmuha ghaliha n-nazzjonalisti.` Sas-sena 1962 in-nazzjonalisti kienu ghandhom jghidu li ghal pajjizna jridu dominion status u mhux indipendenza shiha.

L-indipendenza gabuha dawk il-halliema u l-imdawwlin li dejjem holmu li pajjizna jista` jkun stat Sovran li jmexxi lilu nnifsu.` L-indipendenza hija frott il-hidma u tbatija ta` Mikiel Anton Vassalli, Dun Mikiel Xerri, Manwel Dimech , Duminku Mintoff u ohrajn li hadmu maghhom` li emmnu tassew fil-hila li mmexxu lilna nfusna u kontra kull ostaklu hadmu biex ir-rejalta titwettaq fil-prattika.

Ghalkemm l-indipendenza politika nghatat fil-punt w`id-data li fihom ahna niccelebraw l-anniversju, dan ma jfirrirx li process beda u ntemm dak in nhar.` Il-process kien bdieh Vassalli mal-mitejn sena qabel u ntemm b`mod effettiv bl-gheluq tal-bazi fil-31 ta` Marzu ta` l-1979.

`Sfortunament huwa probabbli li dan huwa l-ahhar anniversarju ta` l-indipendenza qabel ma jsir ir-referendum dwar l-UE.` Ghalhekk meta niccelebraw l-Indipendenza nkunu qed niccelebraw dan il-process kollu li bhala laburisti nidentifikaw ruhna mieghu aktar minn kull haddiehor. Izda jibqa il-fatt li twelid politiku sar fil-21 ta` settembru ta` l-1964.`

Filwaqt li nistmerru lil min wellidna bla ghaqal fix-xewk meta seta bil-ghaqal iwellidna fit-tiben jekk mhux ukoll fit-tajjar, jibqa l-fatt li twelid huwa taghna u mhux ta` min wellidna.`

Ghalhekk f`dan it-38 anniversarju ta` l-Indipendenza huwa doveruz li naghtu gieh lil Malta pajjizna li rriduh jibqa` stat Sovran u indipendenti issa u dejjem.

Sfortunament huwa probabbli li dan huwa l-ahhar anniversarju ta` l-indipendenza qabel ma jsir ir-referendum dwar l-UE.

Jiena nsostni li ma nistax nifhem kif min jippretendi li jiccelebra l-indipendenza qed ghaddej straxxnat biex jikkonvinci lil poplu li l-indipendenza ma rnexxitx u jekk ma nsirux membri ta` l-UE hemm biss ghaks u guh jistenniena. Dan ezatt x`kienu jghidulna dawk li qabel l-1964 ma kienux jaqblu li Malta ssir indipendenti u riedu li nibqghu kolonja ingliza.

Ma nistax nifhem kif tista` tkun kburi bl-indipendenza ta` pajjiz zghir bhalna u mbaghad tkun lest li tissoggettah ghal dak kollu li jigi deciz ghalina minn pajjizi akbar minnha li l-interess taghhom huwa li pajjizna jerga` jibda` jservihom bhala bazi militari. `Ma nistax nifhem kif min tassew ihobb il-pajjiz jista jkompli jumiljah quddiem il-barranin billi l-ewwel icedi dak li ksibna permezz ta` l-indipendenza u l-helsien u mbaghad joqghod jitkarrab biex jiehu lura parti zghira minn dak li kien ga taghna.`

Ma nistax nifhem kif min tassew ihobb il-pajjiz jista jkompli jumiljah quddiem il-barranin billi l-ewwel icedi dak li ksibna permezz ta` l-indipendenza u l-helsien u mbaghad joqghod jitkarrab biex jiehu lura parti zghira minn dak li kien ga taghna.

Dawn li jghixu bis-slogans u bix-xejxi u jaharbu mir-rejalta b`mod kontinwu u perikoluz, jargumentaw li meta is-sovranita` taghna inhalltuha mas-sovranita` ta pajjizi ohra fl-UE b`hekk inkunu qed insahhu s-sovranita taghna. Din tahwida. Meta naghmlu hekk inkunu qed indghajjfu is-sovranita ta` Malta u forsi nkabbru s-sovranita` ta` l-Ewropa. Inkunu qed insiru anqas Maltin u aktar ewropej tant li naccettaw li d-decizjonijiet jibdew johduhom ghalina pajjizi ohra li jiddeciedu fl-interess taghhom u mhux fl-interess taghna.

Jekk tassew in-nazzjonalisti huma kburin bl-indipendenza ta` pajjizna, kif ghandu jkun kull malti li jixraqlu jissejjah hekk, flok ikomplu ghaddejin ha jaghtu t-tmexxija ta` pajjizna lil barranin ghax huma mhux kapci jmexxu,` ghandhom jitolbu lill-poplu Malti jaghzel f`elezzjoni min irid imexxihom.` Jekk il-poplu jaghzel lilhom allura jkun ifisser li l-poplu qata` qalbu li pajjizna jista` jkun indipendenti.

Jekk, kif nemmen,` il-poplu jaghzel lil Partit Laburista ha jmexxi huwa ghandu jithalla spazju biex il-Partrit Laburista jinnegozja l-Partnership ma l-UE li jkun arrangament li jaghmel gieh lil Malta u li tassew jsahhah l-indipendenza politika u ekonomika ta` pajjizna.

Bil-fatti l-Indipendenza ta` pajjizna jemmen fiha il-Partit Laburista.

No comments:

Post a Comment