Sunday, 29 September 2002

Ghaliex Jehtieg Nirbhu

Il-Kullhadd



Rebha elettorali ghal Partit Laburista fl-elezzjoni li jmiss hija bzonn. Bzonn ghal pajjiz, bzonn ghal partit u bzonn` ghal dawk il-Maltin ta` rieda tajba li jixtiequ jkomplu jahdmu u jghixu f`pajjizna fis-sliem u fil-galbu.

Hafna huma konxji li l-gvern prezenti ghejja. Jafu li dal-gvern tajjeb biss biex jonfoq u jpacpac. Dment li wiret pajjiz bla dejn u b`ekonomija b`bazi soda kien jidher li qed imexxi sew ghax kien hemm minn fejn jonfoq u fuq x`hiex jonfoq. Izda issa li nefaq ir-rizorsi kollha li kien halla gvern laburista,` issa li mliena sa xfar ghjanejna bid-dejn, issa li kwazi biegh l-assi kollha tan-nazzjon,` ma fadallux minn fejn jonfoq.

`Anke mil-lat poltiku hija biss rebha laburista li tista` tiskansa lill-pajjizna milli jerga jinxtorob mill-pajjizi kbar u milli jkompli jizzerzaq lejn stat ta` neo-kolonjalizmu.` Ghalhekk dar fuq it-taxxi li qed jghakksu lil baxx u lill klassi tan-nofs, li qed jghollu l-hajja l-aktar ghal minn huwa bil-paga jew b`pensjoni fissa u qed igerrxu investiment gdid li jista` jaghti hajja lill ekonomija.

Meta nitkellem ma imprendituri serji bla tlaqliq jghidu li fic-cirkosrtanzi li jinsab fihom il-pajjiz illum lanqas jekk trid tinvesti ma tista`. Il-burokrazija u l-korruzzjoni tant jaghmlulek ostakoli li trid tkun minn ta` gewwa sew biex tmexxi `l quddiem xi progett bla ma jkollok biza` li ssib ostakli artificjali biex ikollok ixahham ha tmexxi.

Anke mil-lat poltiku hija biss rebha laburista li tista` tiskansa lill-pajjizna milli jerga jinxtorob mill-pajjizi kbar` u milli jkompli jizzerzaq lejn stat ta` neo-kolonjalizmu.

Ghal grazzja t`Alla donnu kullhadd qed jaqbel issa li jekk Malta tidhol bhala membru shih fl-UE skond ir-regoli ezistenti nispiccaw is-seftura ta` l-Ewropa. U tabilhaqq hekk hu.` U hija tassew hasra li n-nazzjonalisti tant dahhlu qtiegh il-qalb fil-pajjiz li sar hawn nies li tant tilfu l-fiducja li dan il-pajjiz jista` jitmexxa minna stess bil-galbu u bis-serjeta`, li donnhom jippreferu li nsiru sefturi ta` l-Ewropa.

`Irridu kemm jista` jkun malajr inkunu gvern li johloq il-gid sostenibbli fil-pajjiz, mhux il-gid temporanju li jigi mid-dejn jew mill-bejgh tal-privatizzazzjoni, halli bhal ma kienu jaghmlu gvernijiet laburisti ta` qabel flok taxxi nqassmu gid u sostenn,` specjalment lil dawk fis-socjeta` li l-anqas jistghu jghinu lilhom infushom` Il-Partit Laburista irid jipperswadi lil nies bhal dawn li l-fatt li n-nazzjonalisti mexxew lil pajjizna tant hazin li wassluh f`xifer ir-rovina ma jfissirx li l-Partit Laburista fil-gvern se jkompli fl-istess triq. Altru! Irridu nipperswaduhom li ahna kapaci ndawwru r-rotta. Li kapaci li bil-prudenza, galbu,` serjeta u onesta,` naghtu lil-pajjiz il-medicina li ghandu bzonn ha jfiq kemm jista jkun malajr, halli nergghu naqbdu it-triq tal-progress veru mibnija fuq il-bzulija u l-efficjenza.` Is-serjeta ggib il-gid.` U l-gid igib il-progress veru.

Irridu kemm jista` jkun malajr inkunu gvern li johloq il-gid sostenibbli fil-pajjiz, mhux il-gid temporanju li jigi mid-dejn jew mill-bejgh tal-privatizzazzjoni, halli bhal ma kienu jaghmlu gvernijiet laburisti ta` qabel flok taxxi nqassmu gid u sostenn,` specjalment lil dawk fis-socjeta` li l-anqas jistghu jghinu lilhom infushom.

Lil- familji bi bzonnijiet specjali, dawk li ghandhom il-mard u single parents, lil-pensjonanti li qed ibaghtu jaraw li jkollhom jonfqu bicca sew mil-pensjoni taghhom f`medicini li l-gvern ma ghadux jipprovdi b`xejn waqt li l-gholi tal-hajja fil-qasam ta` l-ikel u tal-medicini jkompli jikkarga.

Hemm bzonn rebha laburista anke ghal partit. Partit politiku jilhaq l-iskop ahhari tieghu billi jkun fil-gvern.` Mil-gvern biss jista jwettaq il-policies tieghu halli jilhaq l-ghanijiet li ghalihom jezisti. Mill-oppozizzjoni ir-rwol li jista jaghmel parit politku hu dak ta` limitazzjoni tad-danni izda ma jistax jizvolgi rwol li jizviluppa sewwa ir-ruh tieghu.

Jekk tnehhi it-22 xahar tas-96/98 tista`tghid li sal-elezzjoni li gejja inkunu ilna sittax il-sena fl-oppozizzjoni.` Wara 16 il sena fil-gvern ghamilna 16 il-sena fl-oppozizzjoni. Altru li wasal iz-zmein lil-partit jerga` jsib ir-rwol veru tieghu fil-gvern biex minn hemm jista`tassew jiddefendi l-interessi tal-klazzi li jirraprezenta ` lin-nies tax-xoghol, dawk li jghixu minn hidmithom. `Lil min ma jistax jaccetta dan it-twemmin, filwaqt li nibqghu grati ghal hidma passata, ikollna nibqghu inhobbuh mil-boghod ghax kif jghid l-ingliz once bitten twice shy.`

Ghamilna hafna xoghol waqt li qeghdin fl-oppozizzjoni. Ghandna kwartieri, ghandna mezzi ta`komunikazzjoni,` sebbahna u sahhana ic-centri lokali.` Izda bhal ma jghid l-ingliz dawn huma biss a means to an end.` L-ghan ahhari huwa li dawn iservu biex jghinuna nirbhu lelezzjoni. Ma jistghux u ma ghandhomx ikunu ghan fihom infushom.

Mela kull haga li tista ttellef il-prospetti tal-partit li jirbah l-elezzjoni li gejja ghandna nistmerruwha. Ghax il-Partit mhux il-gebel jew il-media.` Il-Partit huwa n-nies, il-faxx kbir ta` haddiema li jehtiegu sostenn biex bil-partit taghhom fil-gvern mhux biss johloq il-gid izda li jqassam dal-gid skond il-gustizzja socjali. Dawk huma il-veru Partit Laburista.

Dawk huma akbar mil-mexxejja tal-passat, tal-prezent u tal-futur. L-interess ta` dawn huwa superjuri ghal kull interess iehor. U l-interess ta` dawn jitlob lil-partit jahdem maghqud b`ghan wiehed li fl-elezzjoni li gejja jakkwista l-akbar rebha li qatt kellu l-Partit Laburista.

Lil min ma jistax jaccetta dan it-twemmin, filwaqt li nibqghu grati ghal hidma passata, ikollna nibqghu inhobbuh mil-boghod ghax kif jghid l-ingliz once bitten twice shy.

No comments:

Post a Comment