Monday, 23 September 2002

Dahqu bil-Poplu

L-Orizzont



Fl-ahhar artiklu tieghi tat- 28 t`Awissu 2002 bit-titlu L-anniversarju tal-mitt miljun kont ktibt hekk:

Izda l-pronostici ma jippuntaw lejn l-ebda mitt miljun.` Tant li l-Kummissjoni qalet li hemm probabbilta` mhux zghira li minhabba il-mekkanizmi tal-pagamenti li timxi bihom l-UE hafna pajjizi godda aktarx li fl-ewwel sena sentejn ikollhom jaghtu aktar milli jdahhlu.` Tant li weghdet li biex dan ma jsehhx ghandu jinstab mekkanizmu li ta lanqas il-pajjizi membri godda jigu newtrali ma l-UE, jiehdu lura almenu kemm ikunu hallsu.` Altru milli ser niehdu xi mitt miljun!

U fuq kollox il-budget ta` l-UE iwassal biss sa l-2006. Wara din id-data iridu jsiru negozjati godda li jafu jibdlu kollox ta taht fuq. Il-Germanja ghamlitha cara li ma ma tridx tkun hi li tkompli ggor il-piz finanzjarju l-kbir. Pajjizi ohra li sal-lum qed jiehdu fondi ma tantx se jcedu malajr biex dak li jiehdu llum jibdew jehduh membri godda

Gara ezatt kif kont ghedt.` Hareg rapport li juri li Malta bejn is-sena 2004 ` 2006 bhala membru shih fl-UE mhux tricievi il-flus izda jkollha thallas medja ta` 29 miljun Euro kull sena jigifieri 88 miljun Euro fi zmien tlett snin ekwivalenti ghal madwar Lm35 miljun. `Fl-ewwel tlett snin fl-ahjar ipotezi ma nhallsu xejn u fl-aghar ipotezi mhallsu Lm35 miljun`

Hemm ukoll weghda li l-Kummissjoni ser tithabat biex iddahhal mekkanizmi godda halli dawn il-flus troddhom lura biex il-membri l-godda ma jigux ihallsu mil-bidu. Din hija biss weghda li tehtieg l-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri li tista` tigi u tista` ma tigix.

Issa car. Dik hi `rejalta. Fl-ewwel tlett snin fl-ahjar ipotezi ma nhallsu xejn u fl-aghar ipotezi mhallsu Lm35 miljun. Dawk huma l-parametri. Ma hemm l-ebda Lm100 miljun kull sena lanqas meta nsiru membri. Il-bziezaq qed jinfaqghulhom kollha. Dahqu bil-poplu.` Imisshom jisthu.

Tahtt it-titlu `What Funding kont ktibt artiklu fit-Times fil-25 ta` Mejju 2001 u kont ghedt ezattament hekk:

It is easier to quantify how much it will cost than to estimate how much we will get and under whatever scenario the net balance, as a country not simply as government, will be from neutral to` negative.

Bil-Malti

Huwa ehfei tikkalkula kemm se tqumilna milli kemm se ndahhlu (biex nidhlu fl-UE) izda taht kull suppozizzjoni il-bilanc` net bhala pajjiz u mhux biss bhala gvern se jkun min-negattiv sa newtrali.

Il-Prim Ministru u diversi Ministri tal-gvern kienu hargu jikkritikawni talli kont qed naghmel tbassir bhal dan.` Il-Ministru Michael Refalo mar oltre.` Kien qal li jien qed immur kontra l-interessi tal-pajjiz ghax ninfluwenza lill-UE biex ma jtunix fondi. Ara naqra jekk decizjoni bhal din hux ser tittiehed fuq dak li jghid xi hadd, hu min hu, hawn fostna. `Il-fondi qatt ma huma raguni ghala Malta ghandha tissieheb fl-UE. Dahqu bil-poplu dawk li weghduh il-fondi.` Sta ghal poplu li ma jhallix min jidhaq bih izjed.`

Iz-zmien l-akbar gharef.` L-argumenti u il-kalkoli ta qabel ma jigu` jiswew xejn.` Iz-zmien qed jaghti risposta semplici. Flus mhux gejjin zgur fl-ewwel tlett snin. Anzi hemm cans li jkollna nhallsu` u mhux nithallsu.

Ibqghu zguri li minn hawn u ftit iehor hafna professuri jibdew jaghmlu kalkoli ta` kemm ser indahhlu wara l-ewwel tlett snin. Issa li z- zmien tahom risposta dwar min kellu ragun rigward il-fondi fl-ewwel tlett snin,` tistghu tlestu biex tisimghu hofna filosfi jispjegaw kemm ser indahhlu fondi mill-2007 `l quddiem hekk kif il-mekkanizmi tal-pagamenti jduru favur taghna.

Zommu f`raskom din. Il-budget ghal wara 2006 ghad irid jigi miftiehem u d-diskjussjoni dwaru ma tibdiex qabel 2005, jigifieri sena wara li suppost inkunu ga membri. Ser ikun hemm tibdil kbir dwar il-fondi ghax min qed ihallas ma jridx jibqa` jgorr il-piz u min qed jithallas ma jridx jitlef milli ghandu. Id-decizjoni dwar dan suppost li ghall-ahhar darba ssir bl-unanimita` izda min jaf kif ser jinbidlu l-affarijiet mill-lum sa dak in nhar meta nafu li ghad trid ssir konferenza intergovernamentali ohra li aktarx tressaq il-mudell ewropew lejn il-federalizmu`

Meta jigi biex jigi deciz il-budget ta` l-UE` ghal wara 2006, anke jekk tkun membru il-vot ta` Malta jaf ikun bla sahha u rridu noqghodu ghal dak li jiddeciedi min hu b`sahhtu hafna aktar minnha.`

Il-fondi qatt ma huma raguni ghala Malta ghandha tissieheb fl-UE. Dahqu bil-poplu dawk li weghduh il-fondi.` Sta ghal poplu li ma jhallix min jidhaq bih izjed.

Alfred Mifsud



No comments:

Post a Comment