Il-Kullhadd
Qatt ma naf li pajjizna kien f`qaghda daqstant mwerha daqs kemm jinsab fiha llum.
Titkellem ma min titkellem ma ssibx nitfa kuragg.` Minghand il-pubbliku in generali hierga dejjem b`aktar qawwa karba cara. L-gholi tal-hajja qed jifni lil kull min jghix bil-paga u bil-pensjoni. Il-livell ta` l-ghixien sejjer lura u m`hawnx` fiducja li l-affarijiet ser jitjiebu. Anzi, jidher li bi gvern li qed ikompli jahbi u jittraskura l-problemi tal-pajjiz, l-affarijiet ser jehzienu.
`Minghand il-pubbliku in generali heirga dejjem b`aktar qawwa karba cara. L-gholi tal-hajja qed jifni lil kull min jghix bil-paga u bil-pensjoni` Id-deni m`hu tajjeb ghal hadd.` Ikun hafna ahjar ghal Partit Laburista li kieku` meta jmur fil-gvern isib pozizzjoni ekonomika u finanzjarja tajba halli jkun jista jqassam il-gid u jaghmel gustizzja ma min ilu jbati.
Izda donnu huwa destin kiefer li l-Partit Laburista dejjem jidhol ghal piz tat-tmexxija proprju meta l-pajjiz ikun zburzjat.` Hekk gara fl-1971, hekk rega gara fl-1996 u hekk jerga` jigri fl-2003.
Hafna jiftakru is-slogan tal-1971 GVERN FALLUT POPLU BATUT. L-istess slogan jerga japplika illum.
Dan qed nghidu mhux biex naqtghu qalbna. Anzi! Nghidu biex kullhadd jifhem il-bicca xoghol iebsa li l-Partit Laburista ser jidhol ghaliha biex jifdi mill-gdid lil pajjizna mis-saram li dahluna fih in-nazzjonalisti.
Gieli nsib min jghidli imma kif b`dawn il-problemi kollha qed tippruvaw tirbhu l-gvern Mela tridu l-problemi jduru fuqkom u tehlu intom bil-kont ta` l-ohrajn` `In-nazzjonalisti qatt ma emmnu fil-kapacita` tal-Maltin li jmexxu lilhom infushom u li tassew nistghu nkunu stat sovran u newtrali.`
Il-verita` hija li iebes kemm huwa iebes ix-xoghol li ghanna quddiemna id-dover lejn pajjizna jitlob li nidhlu ghalih bil-kuragg u bid-determinazzjoni,.` Ghax jekk ma jkunx fit-tmexxija il-Partit Laburista, n-nazzjonalisti se jwassluna ghal triq wahda.
It-triq fejn pajjizna jigi ekonomikament gharkubbtejh u jerga` jdur lejn il-barrani biex imexxina hu ghax ahna ma nafux immexxu. Ara ma tahsbux li n-nazzjonalisti qed jaghmlu li qed jaghmlu bl`addocc u minghajr skop ulterjuri.
In-nazzjonalisti qatt ma emmnu fil-kapacita` tal-Maltin li jmexxu lilhom infushom u li tassew nistghu nkunu stat sovran u newtrali.` Anke meta accettaw l-indipendenza ghamlu dan ghax il-barrani ridhom jaghmlu hekk biex jehles bl-anqas spejjez.` Kif wera z-zmien ta` wara,` minn l-ewwel gvern laburista ta` wara l-indipendenza, meta l-kontijiet` ma l-Inglizi saru sew Malta dahhlet hafna izjed.` Kien biss ma gvern nazzjonalista li l-Inglizi hargu b`irhis!
U xejn ma nbidel. Ilhom hmistax il-sena fil-poter, mill-1987.` Jekk tisma biex jiftahru n-nazzjonalisti qatt ma jiftahru b`kemm gabu. Dejjem jiftahru b`kemm nefqu.
Tonfoq l-ehfef haga.` Min ma jafx jonfoq Id-difficli li ggib mhux li tonfoq. Jonfoq jaf kullhadd.
Ghax darba fetlilhom jiftahru kemm se jgibu u qalu li se jgibu Lm100 miljun mill-UE waqghu ghac-cajt. Issa anke kieku jgibu Lm100 miljun kull sena mhux xi haga ta` l-iskantament ghax mitt miljun tal-lum, bl-gholi tal-hajja,` bejn wiehed u iehor jigu effettivament daqs kemm jiswew Lm28 miljun li Malta kienet iddahhal mill-kera u mill-infiq tal-bazi qabel l-1979.
`Qatt ma naf li daqs illum il-Partit Laburista jehtieg ikun tarka tas-zghir u l-batut ghax jekk le dan ser jispicca jittallab fit-toroq.` U kull ma jmur kollox juri li dawn il-Lm100 miljun nistghu nroddulhom salib ghal wicchom anke jekk nidhlu membri shah fl-UE. Mhux talli hekk talli jekk mhux mall-ewwel, wara ftit snin, nispiccaw inhallsu aktar milli niehdu lill-UE!! Tajjeb ukoll, apparti li ser naghtu lura s-sovranita` li ksibna b`tant gharaq u xoghol, ser nispiccaw inhallsu flok ihallsuna.
Jekk il-pajjiz jerga` jafda lin-nazzjonalisti fit-tmexxija, pajjizna jista jrodd salib ghal wiccu ghax issa haduna lura sa qabel l-1971 u jekk jergghu jitilghu jehduna lura sa qabel l-1964. B`lura lejn il-futur kif fehemtkom il-gimgha `l ohra.
Ghalhekk iebes kemm u iebes ix-xoghol li se nsibu jehtieg inxammru u nippreparaw ruhna ghalih. U ma naqtghux qalbna.` Ghax il-poplu la tfehmu jifhem.` La tkun sincier u taghmel pjan car li turi fejn u kif se jwasslek ghal hajja ahjar, il-poplu jifhem li biex issolvi il-problemi kbar mhux se tkun xi triq hafifa jew bla skumdita`.` Izda triq li rridu nghaddu minnha biex nifdu lil pajjiz u niggarantixxulu l-helsien u is-sovranita` li ta` qabilna tant batew u thabtu ghalihom.
Qatt ma naf li kien hawn problemi u qtiegh il-qalb daqs illum. Qatt ma naf li Malta kella bzonn tmexxija laburista daqs illum. Qatt ma naf li l-ghazla li ghandu quddiemu l-poplu Malti hija daqstant cara u nkonfondibbli. Qatt ma naf li daqs illum il-Partit Laburista jehtieg ikun tarka taz-zghir u l-batut ghax jekk le dan ser jispicca jittallab fit-toroq.
Alfred Mifsud
Sunday, 15 September 2002
Qatt ma Naf
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment