Sunday, 23 March 2003

Fejn hi s-Serjeta`

Il-Kullhadd



Lanqas ridt nemmen lil widenjja meta smajt li n-nazzjonalisti hargu bil-logo ghall-elezzjoni bil-kliem Gid, Xoghol u Serjeta`.

Gid u Xoghol ma hasdunix. Dawn ilhom juzawhom. Dawn huma objettivi ekonomici li jifthu diskussjoni dwar jekk inholoqx Gid bizzejjed u jekk hawnx opportunitajiet ta` Xoghol bizzejjed. Certament ahna nsostnu lil-pajjiz stagna, l-ekonomija mhux qed tikber u b`konsegwenza ta` dan hawn problema kbira ta` xoghol specjalment fost iz-zghazagh bla skola u rgiel li qabzu l-erbghin sena.

Izda l-inkluzjoni tas-Serjeta` fil-logo hasditni. Ghax Serjeta tmur lil hemm mid-dimensjoni ekonomika.` Is-serjeta` metiega kullimkien. U jekk hawn xi haga li nhoss li hawn qbil wiesgha dwarha, anke fost hafna nazzjonalisti stess, huwa li f`dan il-pajjiz is-serjeta` spiccat.

`Izda il-huta minn rasha tinten.` Jekk ghandna gvern mhux serju kif jistghu dawn jippretendu li jdahhlu s-serjeta` f`pajjizna.` Dal `pajjiz spicca mmexxi mhux minn gvern elett fl-interess tal-poplu izda minn gvern li donnu aktar izomm l-interess ta` pajjizi barranin u ta` ftit kliek tal-hbieb tal-hbieb. Spiccajna pajjiz li naghtu premju ta` proklami lil min jittraffika d-droga . Spiccajna pajjiz li kuntratti kbar bhall-isptar ta` Tal-Qroqq jinghata b`direct order mhux b`tender pubbliku fejn ditta barranija tiddetermina hi stess kemm hi ghandha tithallas. Fejn ix-xoghol fuq dan l-isptar isir bl-aktar mod apert minn klandestini illegali u mhux mill-haddiema Maltin. Spiccajna ekonomikament gharkoptejna u kellna nbieghu l-aqwa bank Malti maljar malajr b`nofs prezz bla ma tnehdiet sejha pubblika.

Issa wara li l-Gvern Nazzjonalista ilhom fil- poter kwazi 16 il-sena donnhom skoprew u ammettew huma wkoll li fil-pajjiz m`hawnx serjeta U altru li l-pajjiz ghandu bzonn is-serjeta`. Izda il-huta minn rasha tinten.` Jekk ghandna gvern mhux serju kif jistghu dawn jippretendu li jdahhlu s-serjeta` f`pajjizna.

Fejnha s-serjeta X`serjeta hi din li ghax il-Partit fl-Oppozizzjoni ghandu policies differenti mill-gvern, `il-Kap ghaziz taghna jigi mghajjar perikoluz.` Perikoluz ghax ma naqblux maghkom Mela anke d-dritt li ma naqblux tridu tnehhu Donnu li meta appella biex `nimmanginaw li l-Partit Laburista u Alfred Sant ma jezistux, `ma kinetx xi lapsus tal-kelma izda idea intenzjonata u `ffurmata.

Dawn l-affarijiet jigru fejn hemm d-dittaturi. Huma f`pajjizi bhall-Iraq u Cuba li min ma jaqbilx mal-Gvern jigi ittimbrat traditur u perikoluz. Mela Malta ghandna dittatura issa` U tassew tibda tahseb dan. `Is-serjeta tibda wara t-12 t`April taht gvern Laburista.`

Ghax meta l-Kap ta` l-Oppozizzjoni jitlob diversi drabi konferma semplici mill-Partit Nazzjonalisti li huma lesti jirrispettaw ir-rizultat ta` l-elezzjoni li gejja u kull ma tigi hija risposta ta` skiet arroganti tibda tistaqsi, hawn x`gej Imbaghad meta johrog il-Ministru ta` l-Affarijiet Barranin u jaghmel statement grottesk li l-UE ma tkunx trid tinnegozja ma Alfred Sant bhala Prim Ministru tkompli tistaqsi x`demokraizja jemmnu fiha n-nazzjonalisti.

Altru li ghandna bzonn is-serjeta` fil-pajjiz. L-ewwel u qabel kollox ghandna bzonn dikjarazzjoni cara ta` Fenech Adami li lest jirrispetta d-demokrazija. Xejn anqas minn dikajarazzjoni esplicita u cara dwar dan ma sservi.` Ghax kull meta kien fl-Oppozizzjoni Fenech Adami ma tantx ghandu kredenzjali demokratici x`jiftahar bohom.` Bejn 1977 u l-1981 kien jghid li l-poplu jista jekk ma jaqbilx mal-gvern iwaqqghu. Bejn l-1981-1987 ghamel affarijiet perikoluzissimi ghad-demokrazija meta ma accettax ir-rizultat ta` l-elezzjoni anke jekk forsi kellu ragun morali. Bejn 1996 -1998 spicca biex ikkomplotta ma l-ghadu etern tieghu biex waqqa` gvern elett demokratikament li kien anqas biss zvolga terz tal-mandat tieghu.

Altru li ghandna bzonn is-serjeta`.` Izda din tigi minn bidla fit-tmexxija ghax in-nazzjonalisti is-serjeta` qas jafu fejn toqghod. Min gabna f`dil-krizi ma jafx johrogna minnha. Jista` biss `joffri li jbiegh giehna meta jarmi l-indipendenza u l-helsien u jgib il-barrani ha jmexxina hu. Is-serjeta` titlob mod iehor.` Titlob gvern laburista li jmexxi bil-galbu` u b`determinazzjoni, bl-ezempju sfiq ta` bzulija u efficjenza u bi protezzjoni shiha tas-sovranita` u l-kostituzzjoni ta` pajjizna.

Is-serjeta tibda wara t-12 t`April taht gvern Laburista.

No comments:

Post a Comment