Il-Kullhadd
Jekk qed taqra din il-Hadd fil-ghodu allura bhali ghadek ma tafx` x`inhuwa ir-rizultat tar-referednum u ta` l-elezzjonijiet lokali.` Jekk qed taqra wara nofs in nhar allura forsi taf xi haga li meta qed nikteb jien ghadni ma nafhiex.
Izda tajjeb li qabel ma johrog ir-rizultat nirregistra d-dizapprovazzjoni tieghi bhala citaddin li nixtieq il-gid lil din l-art helwa taghna, ghal mod vili u partiggjan kif il-gvern mexxa r-referednum.
Filwaqt li baqa` jlablab li dan suppost kien referendum nazzjonali merfugh `l fuq mil-politika tal-partiti, fil-fatt u fil-prattika il-Prim Minsitru ghamel min kollox biex jiehu vantagg politiku minnu.
`Hija tragedja li f`isem l-istess demokrazija sar tkasbir daqshekk sfaccat tad-demokrazija vera f`pajjizna.` Biss biss wiehed jara z-zmien li fih inzamm ir-referendum. Kif jista` jkun referendum nazzjonali jekk dan qed jinzamm fuq l-ghatba ta` kampanja ta` l-elezzjoni generali` Kif jista jkun referendum nazzjonali jekk il-gvern hataf f`idejh il-media kollha, ghalef bi flusna biex gibded lejh lil kull min ghalih il-principji ma jfissru xejn, u gieghelna nivvutaw fuq xi haga li kwazi hadd ma jaf fuq x`hiex u ghal x`hiex qed nivvutaw.
Hija tragedja li f`isem l-istess demokrazija sar tkasbir daqshekk sfaccat tad-demokrazija vera f`pajjizna.
U huwa kompletament kundannabbli li l-Prim Minsitru, flok igib ruhu ta` statesman tan-nazzjon kollu, igib ruhu b`mod daqstant partiggjan li permezz ta` dan ir-referednum jista` jitfa` l-pajjiz f`bahar ta` nkwiet.
Mhux forsi jahseb il-Prim Minsitru li permezz ta` xi rizultat ta` referendum manipulat ghandu xi dritt li jarmi l-kostituzzjoni taghna fil-landa taz-zibel u jinsa li ahna pajjiz newtrali` `Mhux forsi jahseb il-Prim Ministru li jista jghodd il-voti validi biss u jinsa li l-Partit Laburista gabar fi hdanu anke lil dawk li ma hassewhomx komdi li jivvutaw u dawk li deherilhom li kellhom jikkancellaw il-vot
Mhux forsi jahseb il-Prim Ministru li jista jghodd il-voti validi biss u jinsa li l-Partit Laburista gabar fi hdanu anke lil dawk li ma hassewhomx komdi li jivvutaw u dawk li deherilhom li kellhom jikkancellaw il-vot`
Ghalija dan ir-referednum sar biss biex il-PN jiehu vantagg bi flusna stess halli jiehu rikba b`xejn ghal kampoanja elettorali. Ma kien hemm l-ebda raguni ohra ghala dan ir-referednum sar qabel l-elezzjoni meta pajjizi ohra sa jdumu ma jaghmlu referendum sa Settembru li gej.
Ma jahsibx il-Prim Minsitru li forsi b`dan ir-referednum jista` jorbot idejn min jigi warajh` Ma jahsibx li billi Mintoff lilu fl-1987 rabatlu jdejh u kkonvinciewh li jdahhal in-newtralita entrenched fil-Kostituzzjoni ta` Malta, issa hu jista` jaghmel l-istess lil ta` warajh`
Jien ghedtu qabel u nerga` nsostnih anke meta qed nikteb wara li spiccat il-kampanja izda ghadu ma hareg l-ebda rizultat tar-referendum. Dan ir-referednum seta` ma sar xejn. Li ghandu bzonn il-pajjiz huwa gvern gdid permezz ta` elezzjoni u mbaghad skond ir-rizultat ta` dik l-elezzjoni jekk hemm bzonn isir referendum serju wara,` fil-kwiet u fil-kalma fejn il-poplu jigi rispettat u mhux ibbumbardjat.
Nawgura lil kullhadd li jkun xi jkun ir-rizultat ingiebu ruhna sew halli nersqu l-lejn ic-challenge veru ta` l-elezzjoni fl-ahjar forma
Sunday, 9 March 2003
Seta` ma sar Xejn
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment