Sunday, 2 March 2003

Fl-UE ghax-Xokkijiet

Il-Kullhadd



Zgur li smajtu dwar l-istudju li ghamel certu Professur Ali Bayar dwar stima ta` kemm tmur ahjar l-ekonomija taghna jekk nidhlu fl-UE milli jekk nibqghu barra.

Il-gvern nazzjonalista u l-korpi li jirraprezentaw l-interessi tan-negozju uzaw dan l-istudju biex jimpressjonaw lil min ma ghandux cans jaqra u jaghrbel li t-triq tas-shubija fl-UE hija triq li tirrendi gid hafna aktar milli jekk nibqghu` barra.

Issa l-futur huwa ncert ghal kullhadd. U l-ekonometrika ta` dan il-progett ma tantx tista` tassumi li tapplika ghac-cirkostanzi taghna.` Ma tistax tqis lil Malta daqs li kieku kienet pajjiz zghir go nofs l-Ewropa u ma tiehux kaz li ahna gzira zghira f`nofs il-Mediterran li jekk ma noffrux incentivi specjali differenti minn ta` haddiehor ma tantx ikollna biex nigbdu investiment gdid.

Ghalhekk rigward il-futur wiehed jista facilment jibni mudelli differenti li jaghtu rizultat bil-maqlub billi jaghmel assunzjonijiet u stimi` differenti. U fuq kollox ix-xenarju ta` shubija fl-UE ma tistax tikkomparah ma l-istatus quo.` Il-Partnership mhux status quo. Ma tistax tghid li shubija ahjar minn partnership semplicment billi tassumi li l-partnership se jifsser li nibqghu ghaddejjin bir-raqda ekonomika ta` dawn l-ahhar ghaxar snin. Kieku jkun hekk zgur il-membership ahjar ghax aghar milli ahna difficli nkunu. `Qed jghid bla wisq tidwir mal-lewza li l-ekonomija Maltija dawn l-ahhar ghaxar snin li kien Ministru tal-Finanzi John Dalli tant giet immexxija hazin, u` li issa tant hi marida li ghandha bzonn ix-xokkijiet u jehtieg nidhlu fl-UE biex l-UE tatina ix-xokkijiet li ghandna bzonn.`

Izda ha nhalli fil-genb l-argumenti dwar il-previzjonijiet tal-futur li fih ir-rapport ta` Prof. Bayar u mmur fuq l-analizi ta` kif marret l-ekonomija Maltija dawn l-ahhar 10 snin. Hawn m`hemmx dubji.` Hemm fatti u figuri li jekk xejn huma mpittra biex jaghti stampa isbah milli fil-fatt hi. Izda l-istampa li tohrog mil-figuri tal-gvern hija inkwetanti tant li Prof Bayar ma qadx jomghodha wisq.

Ha nikkwotha ezatt x`qal:

`Meta tezamina kif marret l-ekonomija Maltija f`dawn l-ahhar ghaxar snin tinnota li Malta kellha esperjenza ta` tnaqqas fir-rata ta` tkabbir ekonomiku flimkien ma zieda fid-deficit u d-dejn pubbliku.

U hawn tqum wahedha il-mistoqsija., Tista` in-nizla fir-rata ta` tkabbir ekonomiku tigi mdwarra` Nahseb li tista` izda biex isir dan hemm bzonn ta` xokk biex izzomm u ddawwar ir-rotta ta` tnaqqis. Shubija fl-UE tista tipprovdi ix-xokk li hemm bzonn`

`Mela l-gvern nazzjonalista irid idahhalna fl-UE biex niehdu x-xokkijiet li hemm bzonn ha nfiequ mit-tmexxija hazina taghhom` Nistiedinkom taqraw dan il-kliem kemm il-darba u tiznuh u tirreflettu.` Dan mhux qed jghidu Alfred Sant jew

No comments:

Post a Comment