Monday, 3 March 2003

Ghaggla tal-Qerq

L-Orizzont



Nazzjonalisti genwini ghandhom ghalfjen ihossuhom konfuzi. Jixtiequ li jobdu il-Partit taghhom u jivvutaw iva ghar-referednum ta` nhar is-sibt, izda kull ma jmur qed jidhlulhom is-suspetti.

U l-aktar li qed iqajjem suspetti hija din il-bicca ta` l-ghaggla. Ghala Malta, l-aktar pajjiz fejn hawn divizjoni qawwija dwar il-materja ta` l-UE, meta kullhadd jaqbel li kemm jista` jkun din ghandha tkun decizjoni nazzjonali, ghala se mmorru ghar-referendum daqshekk malajr, b`daqstant ghaggla`

Ghala se nivvutaw l-ewwel pajjiz fost il-kandidati kollha u se nkunu qed nivvutaw ghal xi haga suppost ta` natura nazzjonali f`kampanja elettorali Ghala ma naghmlux bhal bicca `l kbira` tal-pajjizi `l ohra u nivvutaw wara li t-trattat ikun gie iffirmat halli nkunu nafu tassew ghal x`hiex qed nivvutaw u mhux ser nivvutaw xahar qabel ma dan it-trattat jiehu forma finali`

`Ma jridx li jhallilna cans naqraw it-trattat sewwa ghax jekk naqraw dak li effettivament qed jigi miftiehem jaf insibu li l-affarijiet fil-fatt huma differenti sew minn kif pengewhom.` Ma nafx jekk qattx kellkom esperjenza ta` xi door to door salesman li jigi u jkun irid ibieghlek xi haga bilfors.` Jurik oggett u jurik l-aspetti sbieh tieghu u hekk kif tinteressa ruhek jghamillek offerta specjali. Din tkun offerta li biex tgawdi minnha tkun trid tiddecieda iva dak il-hin stess u jpengihielek li jekk johrog mil-bieb u mbaghad tiddeciedi li tixtri l-oggett wara, l-offerta ma tkunx valida.` Jippressak biex tghid iva u jgieghlek tahseb li jekk toqghod tahsibha tkun ser titlef il-qaleb u l-gbejna. U meta taht pressjoni ikun hawn min jaqa`, is-salesman` johrog dokument kollu kliem zghir li trid lenti biex taqrah,` u jgieghlek tifferma bla ma jtik cans taqra x`qed tifferma.

Hafna drabi jigri li wara li jikkalmaw l-affarijiet dak li jkun jinduna li xtara xi haga li qajla ghandu bzonn u li kien ghaggel wisq fid-decizjoni ghax dahal ghal kundizzjonijiet li ma kienx xtarrhom sewwa. U wara jibda jiddispjacih meta jkun tard wisq.

Hux fl-istess qaghda li qieghed il-poplu malti`. Kullhadd jibbumbardjah jghidlu li dan l-ahhar cans biex jaqbad l-ahhar train ghal genna u li jekk joqghod jahsibha hafna jew jaqra d-dokumenti, ser jitlef it-train.

Ghalhekk il-gvern Malti qed jghaggel ghar-referednum. Ghax ma jridx il-Maltin jixtarruha u jahsbuha. Iridhom jorbtu l-futur taghhom u ta` wliedhom bhala att ta` fidi mhux att ta` raguni u jibza li jekk ihalli zmien biex isir ragunar serju il-poplu Malti jerga` jibdielu.` Ma jridx li jhallilna cans naqraw it-trattat sewwa ghax jekk naqraw dak li effettivament qed jigi miftiehem jaf insibu li l-affarijiet fil-fatt huma differenti sew minn kif pengewhom. Huma mbenglin u mhux dritti kif gieghluna nahsbu. `Kull min huwa serju, indipendentement jekk jaqbilx jew le li nissiehbu fl-UE, ghandu juri d-dispjacir lejn il-mod mghaggel qarrieq kif qed isiru l-affarijiet u bi protesta, jekk ta lanqas ma jridx jivvota le,` ihassar il-vot jew jastjeni.`

Ara l-Latvia fejn hemm divizjoni qawwija fl-opinjoni pubblika dwar ir-referednum, hemmhekk ir-referednum se jsir fl-20 ta Settembru 2003. Xorta fl-1 ta` Mejju tas-sena 2004 dehlin, jekk jidhlu, izda mhux jaghgglu r-referednum bhal ma qed naghmlu ahna; ghax serji; ghax iridu li l-poplu jiddeciedi bil-kwiet u bil-kalma; ghax jemmnu li l-ahhar kelma ghandha tkun tal-poplu u mhux ta` min ghandu l-flus biex jixtri bumbardament tal-medja li ma jhallix in-nies jahsbu.

Fl-ezempju tad-door to door salesman kienet ghaddiet ligi biex tipprotegi lill-konsumatur li kull kuntratt li jsir taht pressjoni bhal ma semmejt ikun jista jinhall bla ebda danni sa hmistax il-gurnata wara li jigi ffermat. Dan maghruf bhala cooling off period biex il-konsumatur ikollu dritt jahsibha bil-kalma u mhux taht prerssjoni u jkollu dritt iregga lura d-decizjoni li jkun ha taht pressjoni bla ma jsofri danni.

Issa dana qed nitkellmu fuq oggett li forsi jkun jiswa ftit mijiet ta` liri.` Izda fuq decizjoni bhal tar-referednum li torbotna lilna u lill-generazzjonijiet ta` warajna ghal dejjem ,m`hu se jkollna l-ebda cooling off period. Anzi kollox juri li wara r-referednum nibqghu sejrin dritt ghall-elezzjoni halli s-shana tkompli tikkarga u halli jigi konfermat li r-referednum ma kien xejn ghajr ghodda politika mlibbsa bobba nazzjonali ha tigi ffinanzjata mil-flus tat-taxxi taghna.

Kull min huwa serju, indipendentement jekk jaqbilx jew le li nissiehbu fl-UE, ghandu juri d-dispjacir lejn il-mod mghaggel qarrieq kif qed isiru l-affarijiet u bi protesta, jekk ta lanqas ma jridx jivvota le, ihassar il-vot jew jastjeni.

No comments:

Post a Comment