Monday, 17 March 2003

Kuragg

L-Orizzont



Laburisti kuragg!` Ghandna ghalfejn naghmlu kuragg u nkunu qalbna qawwija li nhar it-12 ta` April li gej il-Partit taghna ser jiehu l-frott ta` dak li tant hdimna ghalih dawn l-ahhar hames snin.

Tafu li jien mhux wiehed li npacpac fil-vojt.` Jien ktibt sew minn qabel` x`kien se jkun ir-rizultat tar `referednum. Esprimejt ruhi car li la l-vot tal-Laburisti inqasam fi tlett ghazliet, hadd u hadd ma ghandu jistenna li l-voti LE qatt jistghu ikunu izjed mill-IVA.

Izda esprimejt ruhi wkoll li l-IVA ma kienux se jgibu l-magguranza assoluta li tant kienu qed jistennew. Bdew jistennew li se jgibu mill-anqas 55% ta` kullhadd u gieli tellghu l-ottimizmu li kellhom sa 60% u tax-Xarabank sa 72%.

Gharralhom!` U issa harqu l-provli kollha li kellhom.` Issa ma fadallhom xejn ghall-elezzjoni hlief gideb, qlajjiet u tghajjir. Ir-rizervi ta` dawn ma jispaccawlhom qatt.

`Issa ma fadallhom xejn ghall-elezzjoni hlief gideb, qlajjiet u tghajjir. Ir-rizervi ta` dawn ma jispaccawlhom qatt.` Ghalhekk issa tisimghu lin-nazzjonalisti jiddemonizzaw lill-ghaziez Leader taghna.` Ipenguh bhala xi xitan jew xi dittatur.` Tisimghu qlajjiet dwar glied bejn il-mexxejja taghna.` Tisimghu li m`ahniex naqblu bejnietna.` Li xi wiehed bhali dejjem lest biex niehu post xi hadd.` Tisimghu li Alfred Sant ihobb il-vjolenza u lest li jaghmel kollox biex jahtaf il-poter.

Meta tisimghu dan mhux titnikktu.` Meta tisinghu dan tbissmu, idhku , aghmlu kuragg.` Ghax dan ifisser li n-nazzjonalisti tant ma ghandhomx argumenti li resqin lejn l-elezzjoni gharwenin.` Ifisser li qatghu qalbhom u jinsabu ddisprati u allura se jippruvaw jiggranfaw ma kollox.

U ma ttihomx tort.` Ghax kull ma kellhom hlewh ghar-referendum.` L-istrategija taghhom kienet cara daqs kemm kienet anti-demokratika.` Hasbu li b`rebha certa u assoluta fir-referendum kienu ser jaqtghu saqajn il-Partit Laburista u mbaghad jehduna ghall-elezzjoni feruti.` Kienu certi mir-rebha tar-referednum.` Ghalhekk ghamlu r-referednum daqshekk kmieni biex il-poplu ma jkollux cans la jahseb u lanqas jirrifletti.` Ghalhekk xtraw li kull min kien jinxtara. Ghalhekk uzaw il-flus tat-taxxi taghna biex il-MIC jghid biss it-tajjeb li hemm fil-progett tas-shubija u jahbi u jbengel l-aspettivi negattivi.` Ghalhekk il-Prim Minsitru sab il-rizorsi biex joqghod jibghat l-ittri fid-djar indirizzati persunalment kollha mimlija propaganda irhisa u nofs veritajiet.

Ghalihom ir-referendum kien kollox.` Kien il-banketta u l-istaffa biex permezz taghha jaqbzu ic-cint ta` l-elezzjoni.` Mhux ta` b`xejn meta qabel ma thabbar ir-referednum meta il-prim Minsitru taparsi kkonsulta mal-Kap ta` l-Oppozzizzjoni dwar ir-referednum, meta dan ta` l-ahhar offrielu negozjati biex jintlahaq ftehim dwar referendum li jsir wara l-elezzjoni, Fenech Adami sibel. `Din mhix ghazla. Dawn kienu kostretti li bilfors isejhu elezzjoni issa qabel mal-figuri orribbli tal-finanzi pubblici ta` Dicembru 2002 johorgu ghal-pubbliku u forsi wkoll qabel ma jiffermaw it-trattat, minghalihom fis-16 ta` April.`

Ghalhekk bla ma ta l-ebda cans ghal diskussjoni xejn qabad u sejjah referendum.` Ghalhekk Malta, fejn hawn l-aktar divizjoni ta` opinjoni dwar shubija fl-UE, giet kostretta taghmel referendum qabel il-pajjizi `l ohra kollha bla ma jinghata cans ghal riflessjoni, ghal hsieb u ghal ftehim.

Ghax ghan-nazzjonalisti dar-referednum kien kollox.` Ghalihom rebha referendali kienet ic-cavetta ta` l-elezzjoni.` Ghalihom ir-referednum kienet il-banketta biex jaqbzu ic-cint ta` l-elezzjoni.` U il-banketta rieduha quddiem ic-cint u mhux wara c-cint. Wara c-cint ma sservihom xejn.`

Ghax ghandkom tkunu tafu `li n-nazzjonalisti mhux tassew jemmnu fl-UE.` Jemmnu fil-poter. Jemmnu biss fl-UE bhala mezz biex izommu l-poter.` Jekk l-UE ma twassalhomx ghal poter ghalihom ma tfisser xejn.

U issa gharralhom. Il-magguranza li tant hasbu li kienet ghandhom ma gabuhiex. Mhux ta b`xejn li minkejja din id-disfatta xorta hargu jiccelebraw. Ghax dawn giddibin. Bla rebha fir-referendum tilfu l-prospett kollu ghall-elezzjoni u ma setghux jammettu telfa elettorali sa ma qabel ma tithabbar l-elezzjoni. U tahsbux li l-ghazla ta` l-elezzjoni tat-12ta` April 2003 hija ghazla libera taghhom.` Din mhix ghazla. Dawn kienu kostretti li bilfors isejhu elezzjoni issa qabel mal-figuri orribbli tal-finanzi pubblici ta` Dicembru 2002 johorgu ghal-pubbliku u forsi wkoll qabel ma jiffermaw it-trattat, minghalihom fis-16 ta` April.

Issa jinsabu quddiem ic-cint ta` l-elezzjoni bil- banketta mkissra u bil-partit Laburista jibni ghalih banketta wara `l ohra hekk kif ma nitkellmux biss fuq l-UE izda nitkellmu fuq ir-rekord ta` kif mexxew in-nazzjonalista dawn l-ahhar hames snin.` Nitkellmu fuq il-qaghad, fuq l-gholi tal-hajja, fuq id-dizastru ambjentali, fuq id-dejn, fuq it-torq u fuq il-korruzzjoni.

Ghandna tassew ghax naghmlu kuragg. Naf x`jien nghid.

Alfred Mifsud



No comments:

Post a Comment