Sunday, 30 March 2003

Nahilfu l-Helsien

Il-Kullhadd



Illum niltaqghu lkoll il-Birgu biex hemmhekk mhux biss nkomplu ghaddejjin bil-kampanja elettorali li qed taqta` nifs in-nazzjoanlisti, izda lkoll flimkien nahilfu mil-gdid il-halfa tal-helsien kif konna ghamilna 24 sena ilu.

Tajjeb li kullhadd jifhem li f`din l-elezzjoni qed jintlaghab il-Helsien.` Dak li ksibna b`tant tahbiet ta` dawk li gew qabilna u li lahaq il-qofol tieghu nhar il-31 ta` Marzu ta` l-1979, jinsab mhedded minn gvern mherri li jista` jissejjah kollox barra nazzjonalista.

Jekk il-poplu jitlef ghaqlu jew jaqta` qalbu u jerga jgedded il-mandat tan-nazzjonalisti fil-gvern allura dan ikun ta` theddida serjissima ghal Helsien ta` pajjizna li niccelebraw kull 31 ta` Marzu.

In-nazzjonalisti ma jemmnux fl-UE. Ma jemmnux fil-Helsien.` Ma jemmnux fil-poplu Malti.` In-nazzjonalisti taht Fenech Adami jemmnu biss f`haga wahda. Jemmnu biss fil-kilba li jzommu l-poter akkost ta` kollox, inkluz akkost li jippregudikaw il-Kostituzzjoni ta` pajjizna u l-Helsien li hemm imnaqqax fiha.

` Dak li ksibna b`tant tahbiet ta` dawk li gew qabilna u li lahaq il-qofol tieghu nhar il-31 ta` Marzu ta` l-1979, jinsab mhedded minn gvern mherri li jista` jissejjah kollox barra nazzjonalista.` Ilhom 16 il sena jherru il-fibra morali u socjali tal-poplu Malti.` Flok repubblika hanina mibnija fuq ix-xoghol, gabuna pajjiz mitrugh fejn kullhadd jahtaf u jahseb ghal rasu, fejn kullhadd jara x`ser jiehu u mhux x`ser jaghti, fejn min jahdem jigi kastigat u min jiskarta jigi ppremjat, fejn l-ghazz u t-tbertiq jigi glorifikat u l-bzulija u l-ghaqal jigu mistmherra.

Wara sittax il-sena ta` tbahrid bla sens u tmexxija irresponsabbli gabuna f`xifer ta` falliment fejn ghandna d-dejn hiereg minn widnejna u l-iskart qed innitten l-art fejn nghixu, il-bahar fejn nghumu` u l-arja li nibilghu go sidirna.

Gabuna pajjiz li tilef il-fiducja fih innifsu.` Flok kburin li mmexxu l-azjendi taghna bhal ma konna naghmlu fi snin sebghin u tmenin, ma kull gurnata qed jittimbraw f`mohhna li ahna m`ahniex kapaci wehidna, li ghanda bzonn il-barrani jzommilna jdejna, li ma sirna tajbin ghal xejn la biex immexxu l-banek, la biex immexu l-posta, la biex immexxu l-ajruport, imsomma sirna gens bla hila.

Il-verita hija li ghadna gvern bla hila li jrid igib lil kullhadd ghad-daqs tieghu ha jibqa dejjem jikkmandaw huma li gabuna f`din ir-rovina. Din il-gimgha tajt zewg ezempji cari ta` kemm dawn huma nies servili u ma jafux jinnegozjaw.` Kont f`dibattitu ma John Dalli li ovvjament ma kellu l-ebda risposta hlief li jtellef billi jigdeb u jinterrompi.

Meta jien kont Chairman tal-Mid-Med Bank, fuq talba tal-Ministru ta` l-Edukazzjoni ta` dak iz-zmien Evarist Bartolo, konna xtrajna kwadru prezzjus tal-pittur ingliz Turner tas-sena 1832 li kien pitter il-Port il-Kbir taghna.` Dan kjien kwadru li kien ilu ma jidher u li f`daqqa wahda tfacca f`irkant f`Londra. `Jekk gvern nazzjonalisti qas kapaci jiehu hsieb affarijiet hfief u cari bhal dawn kif nistghu jippretendu li jafu jipprotegu il-Helsien taghna

Konna xtrajnih 61000 lira ngliza u ridna li jkun patrimonju ghal polu Malti.` Gibnih hawn Malta u ghamilna ricerka fuqu u konna lesti npogguh ghad-dispozzizjoni tal-poplu Malti bhala bank ewlieni Malti.

Meta John Dalli biegh il-Mid-Med lil HSBC, wahdu wahdu u` b`nofs prezz,` anqas kellu dicenza li jghidlhom li dak il-kwadru, patrimonju tal-poplu Malti, ma kellux jidhol fil-bejgh u kellu jibqa` tal-poplu. Dak li ahna xtrajna u konna kburin biegh f`daqqa, grazzi ghat-traskuragni u l-inkompetenza ta` min jippretendiha, rega ghadda f`idejn il-barrani.

Issa gejna fis-sitwazzjoni redikola li l-HSBC jaghmlulna pjacir li jhalluna naraw il-kwadru li xtrajna ahna stess ghax il-Ministru Dalli nesa jitlobulhom qabel ma biegh il-Bank.

L-istess jghodd ghall-art il-Blata l-Bajda fejn kien hemm il-Lohombus u llum hemm Hexagan House ta` l-HSBC.` Din kienet art pubblika li nghatat b`xejn permezz ta` rizoluzzjoni tal-parlament Malti biex tintuza mill-Lohombus ghal skop socjali ta` house loans.` Meta nbiegh il-Mid-Med din l-art inbieghet b`kollox.` Izda l-gvern nehha, bi kjsur tar-rizoluzzjoni tal-parlament, l-obbligu li tintuza biss ghal skop socjali u llum l-HSBC juzawha ghall-uzu generali. Izda l-fatt jibqa` li art li nghatat mill-parlament bla hlas ghal uzu socjali illum qed tintuza ghal skop kummercjali u l-poplu ta` dan ma dahhal xejn.` Mank qalulhom isma hares, la tridu tuzawha ghal x`hiex tridu intom allura ta` l-art li kienet inghatat b`xejn tridu thallsu il-prezz kummercjali taghha li zgur huwa `l fuq minn miljun lira.

Jekk gvern nazzjonalisti qas kapaci jiehu hsieb affarijiet hfief u cari bhal dawn kif nistghu jippretendu li jafu jipprotegu il-Helsien taghna Il-lejla nahilfu li dak li ma jaghmlux in-nazzjonalisti naghmluh ahna b`kull mezz, specjalment meta nkjunu fil-gvern daqs gimghatejn ohra.

No comments:

Post a Comment