L-Orizzont
L-ahhar artiklu li ktibt hmistax ilu, hawn min ma ghogbux. Mhux ghax xi hadd seta’ jmeri li ktibt. Izda ghax hawn min jahseb li billi nzommu l-kritika go fina u ma nurux fejn l-affarijiet marru hazin u ghaliex, b’daqshekk ser insahhu l-partit.
L-ahhar artiklu li ktibt hmistax ilu, hawn min ma ghogbux. Mhux ghax xi hadd seta’ jmeri li ktibt. Izda ghax hawn min jahseb li billi nzommu l-kritika go fina u ma nurux fejn l-affarijiet marru hazin u ghaliex, b’daqshekk ser insahhu l-partit.
Lil dawn nirrispetta il-fehma taghhom u naghraf il-genwinita’
tal-hsieb taghhom. Naccetta il-kritika
taghhom daqskemm naccetta l-inkoraggiment ta’ dawk li jghiduli li jien nesprimi
sewwa dak li lilhom ikun qed ikiddhom u b’hekk nohloq kuxjenza dwar dawk
il-problemi.
F’dak kollu li naghmlu ghandu jkollna biss ghan wiehed. L-ghan li l-partit laburista jiehu l-post li
jixraqlu fil-gvern biex minn hemm ikun jista’ jiddefendi l-interessi
tal-haddiema u ta’ dawk li jappoggjawh.
Mill-oppozizzjoni, anke jekk ikollna 49.999%, l-ebda partit politiku ma jista jwettaq
xoghlu sewwa. Jekk idum fl-oppozizzjoni
ghal zmien twil partit politiku jista’ jsir irrilevanti.
F’dak li naghmlu ma ghandniex inharsu lejn l-ucuh. Inharsu lejn l-interess tal-Partit li jista’
jkun espress biss b’rebha elettorali.
Ghalhekk meta nghaddu minn esperjenza bhal ma ghaddejna f’April li
ghadda, specjalment jekk din tkun ir-raba’ telfa minn hamsa u meta fl-unika
darba li rbahna ma ssarrfet f’xejn u zvintat sew qabel zmienha, ma jkunx sewwa
li nagixxu qisu ma gara xejn.
Fil-fatt gara hafna. Niltaqa’ ma hafna minnkom kuljum. Tesprimu id-dieqa li ma tistax tmur minn
qalbkom. Donnu ma nistghux nifhmu ‘l
kif u ‘l ghala. Min kien qed ibati baqa
jbati jew gie jbati izjed. Nisma
stejjer ta’ diskriminazzjoni tal-wahx kontra laburisti. Tista’ b’kuxjenza safja tagixxi qisu ma gara
xejn? Tista’ tagixxi qisu biss tlifna
l-karozza tal-linja u jekk noqghodu fuq l-istage hames snin ohra nirkbu fuq
il-karozza li jmiss?
Inhoss li ma nistax. Hemm
hin ghal kollox. L-elezzjoni li gejja ghada 5 snin
il-boghod. Ghad hemm cans sewwa
nikkritikaw il-gvern u nuru kemm huwa inkompetenti u ghajjien. Izda f’din l-ewwel sena il-prijorita’ hija li
nduru dawra madwarna. Li nifhmu fejn zbaljajna.
Li nibnu fuq pedamenti fis-sod.
Jekk ma nibnux pedamenti sodi issa, meta fil-futur nibdew nohorgu
l-istrategiji taghna mibnija fuq pedamenti zopop jigri bhal ma gralna fl-ahhar
elezzjoni. Li fl-ahhar nibdew
nippanikjaw. Fl-ahhar naghmlu hafna
decizjonijiet mghaggla. Hafna u-turns li
jcekknu flok ikattru il-fiducja tan-nies fina.
Uhud flok imeru u jargumentaw fuq dak li nghid jien jippruvaw
jattribwixxu mottivi hziena. Jippruvaw
joqtlu l-messaggier flok jifhmu l-messagg.
Fi kliem semplici jghidu li jien qed nikkritika ghax l-gheneb qares jew
ghax ghandi ghal dak jew ghall-iehor.
Min jghid hekk ghax ma jafnix.
Min jafni jaf li jien ma ridtx nohrog ghall-elezzjoni. Diga kont mitlub darbtejn ohra biex nohrog
fl-1996 u fl-1998 u rrifjutajt. Ghedt
iva biss wara t-telfa ta’ l-1998 ghax dehrli li kienet esperjenza qarsa mmens u
ma ridtx li jkolli fuq il-kuxjenza li stajt ghamilt xi haga biex ma nergghux
nghaddu minnha u ma ghamiltiex. Ghedt
iva b’sens ta’ dover u kontra x-xewqa tal-familja.
Flok mort nahdem fid-distrett tieghi ghal hames snin domt tlett snin
inservi lill-Partit b’mod ghal kollox volontarju
mmexxi s-Super One ghax fhimt li tmexxija tajba hemm kienet importanti
hafna ghall-Partit. Mhux talli ma
thallastx, talli ttraskurajt il-professjoni
biex inservi l-Partit fejn kont mitlub.
Jien nikkritika ghax nifhem li l-Partit jehtieg jibni fuq pedamenti
sodi. Min jahseb b’qalbu aktar milli
b’mohhu forsi ma jifhimnix u jhares lejja bl-ikrah. Izda xoghli naghmlu. Huwa hafna aktar difficli li taghmel xoghlok
milli toqghod kwiet tistenna l-krizi imbaghad twahhal
f’haddiehor.
Jien ma qbiltx li galadarba
l-leader kien ser jerga’ jikkontesta, l-ghazla tal-mexxejja saret qabel ma saret
analizi serja tar-rizultat ta’ l-elezzjoni.
Jekk dan mhux kontra l-istatut certament huwa kontra r-raguni. M’hemm xejn fl-istatut li jorbot biz-zmien
ta’ meta ssir l-elezzjoni tal-leadership wara kull elezzjoni. Ma kienx ikun floku allura kieku d-delegati
nghataw din l-analizi biex imbaghad mgharrfin biha, ikunu jistghu jghazlu l-mexxejja fuq il-fatti
u mhux fuq l-emozzjoni?
Tkellimt u ktibt internament dwar dan u ma wasalt imkien. Tajjeb kieku dawn il-problemi jigu rizolti
b’diskussjoni interna. Izda x’taghmel
jekk min ikollu l-poter li jbiddel
ikollu kull interess biex ma jaqbilx?
Qtajt qalbi li hemm rieda tajba biex jirbah is-sens komun. Hadt
biss skuzi ta’ statut u proceduri li jiskartaw is-sustanza ta’
l-argument. X’jimporta li d-decizjoni
ta’ l-elezzjoni ghal leadership qabel l-analizi saret mill-ezekuttiv fuq il-bazi
li l-leader mhux ser jerga’ jikkontesta?
X’jimporta li nigu mgieghla niehdu decizjonijiet daqstant importanti fuq
premessi hziena?
Pedamenti sodi jitolbu li ssir analizi serja li tohrog r-responsabbilitajiet ghala rebha elettorali cara ddawret f’telfa
kolossali. L-uniku interess tieghi huwa rebha elettorali bhal ta’ l-1996 u
tmexxija fl-interess veru ta’ pajjizna fejn il-laburisti ma jibqghux it-tfal ta’
alla izghar. Min irid iwiegeb
bl-argumenti mhux bil-kalunji. Jekk ma
nkunux kontabbli bejnietna, min ser
jemminna li fil-gvern inkunu ahjar min-nazzjonalisti permezz ta’ tmexxija
bbazata fuq kontabilita’?
Rebha elettorali ma taqax f’hogrok wehidha. Trid tahdem ghaliha wara li tibni fuq
is-sod.
No comments:
Post a Comment