Sunday, 20 July 2003

X`inhi l-Verita?

Il-Kullhadd

  
Kemm huwa validu l-argument li jekk nibqghu nghidu l-verita`fl-ahhar nirbhu l-elezzjoni?

Biex tati risposta ghal din il-mistoqsija trid l-ewwel twiegeb mistoqsija ohra aktar semplici izda aktar difficli biex twegibha. X`inhija l-verita`? Hemm aktar minn verita` wahda? Hemm verita` li tidher mod ghal wiehed u tidher mod ghal iehor?

Fid-dinja fejn jghixu il-bnedmin, fejn mitt bnidem mitt fehma, certament li l-verita` mhix wahda ghal kulhadd. Dan jghodd l-aktar ghal futur li jibqa` incert ghax hadd ma ghandu abbilita` perfetta jipprevdi dak li ghad irid jigri. Hafna drabi jghodd ukoll ghal passat fejn fatti li jkunu ga graw u ghalhekk induskuttibli xorta jigu suggetti ghal interpretazzjonijiet diversi.

Niehdu b`ezempju il-gwerra ricenti ta` l-Iraq. Qabel il-gwerra l-inglizi u l-amerikani esponew bhala fatti taghrif li qalu li gabru mill-intelligence taghhom li pprezentaw bhala verita` sagrosanta li l-Iraq huwa theddida ghall-istabbilita` fir-regjun peress li kellu armi kimici u bijologici li jistghu jaghmlu hsara fuq bazi massiva. Hafna accettaw dan bhal verita` singulari anke ghax l-istampa kienet kulurita min fatti passati fejn Saddam kien uza armi bhal dawn fuq il-Kurdi fit-tramuntana ta` l-Iraq u fejn Saddam kien invada il-pajjiz girien tal-Kuwajt.

Ohrajn ma accetawx din il-verita` u l-verita ghalihom kienet li ghalkemm id-dinja tkun ahjar minghajr mexxejja bhal Saddam, hadd ma kellu jedd, specjalment bla awtorizzazzjnoi specifika tal-Gnus Maghquda, li jimponi permezz tal-gwerra il-verita` kif jaraha huwa fuq il-verita` kif jaraha haddiehor.

Anke llum li l-gwerra ghaddiet u saret tfittxija intensiva ghal dawn l-armi li baqghu ma nstabux xorta ghad ghandna veritajiet differenti. Verita ghal dawk li ghadhom isostnu li l-armi kienu hemm u li jew gew meqruda jew ghad jinstabu, u ohrajn li jghidu li l-kwistjoni ta` armi kienu kollha storja mmunatata biex issir gwerra li ma kienetx gustifikata.

X`irrid nghid? Irrid nghid li dment li bnedmin jibqghu bnedmin, qatt ma jista` jkun hemm verita wahda u assoluta. Anzi qed nghixu fi zmien fejn il-media tant sar ghandha poter tinfluwenza mohh in-nies li verita` saret dik li tidher u mhux dik li hi. Hudu l-aspett kummercjali. Immaginaw kemm jintefqu flus fir-reklamar biex jippromwovi certu brands li jghidulek kemm hi tajba din il-karozza, dan it-trab tal-hasil, din ix-xarba, din il-fwieha jew deodorant u tant affarijiet ohra ta` konsum.

F`hafna mir-reklamar iggeghluk temmen li hajtek ser titjib jekk tuza dan il-prodott mhux biss ghax huwa tajjeb izda ghax b`xi mod in-nies ser iharsulejk b`mod pozittiv talli qed tuzah. Ghahekk tara familja shiha kuntenta tidhaq waqt li qed tiekol l-ghagin li qed jigi rekamat. Tara nisa sbieh jiggennu wara xi guvni helu talli qed juza certu after shave. Issa nahseb li kullhadd jifhem li din mhux il-verita universali izda xorta mohh in-nies jigi influwenzat b`mod sottili tant li jixtru l-prodott reklamat anke jekk ikun izjed fil-prezz minn prodott tajjeb daqsu izda li mhux rekalamat.

Bl-ghajnuna tal-medja il-verita issir dik li tidher u mhux dik li hi tassew. L-istess fil-politika.

Filwaqt li nemmnu f`dak li nghidu ma nahsibx li jaghmel wisq gid jekk nassumu li ahna ghandna xi prerogattiva fuq il-verita`, li l-verita` specjalment rigward il-futur hija biss dik li nghidu ahna, u li haddiehor qed jidhaq bil-poplu u ghalhekk ma ghandna naghmlu xejn hlief inhallu l-poplu jinduna li haddiehor dahaq bih u li l-verita` hija fuq in-naha taghna.

Il-media tahdem u effettiv hafna fil-poltika biex iddawwar l-argumenti u l-verita` ssir dik li tidher u mhux dik li hi. Ejja niehdu l-argument ta` l-UE. Jekk fl-ewwel snin tas-shubija jigri li l-poplu tassew jigi maghfus meta nigu ghal elezzjoni ohra tahsbu li ser niehdu kredtu talli ahna konna nghidu li hemm futur ahjar barra mill-UE?

Anke jekk dik hija l-verita` xorta se jkun hemm media li zgur ser tahdem biex tinfluwenza mohh il-poplu biex jara bhala verita li l-ewwel snin bilfors kellhom ikunu iebsin izda li issa l-aghar ikun ghadda. Li minn issa `l quddiem il-poplu ghandu jistenna l-frott tal-hidma u s-sagrificcji li jkun ghamel u jizbalja jekk jibdel fehmtu f`nofs triq wara dawk is-sagrificcji li jkun ga ghamel.. Il-media tibda wkoll tittimbra mohh il-poplu li kieku bqajna barra is-sagrificcju kienu jkunu hafna akbar. Fejn hi l-verita`?

Il-verita` tkun dik li tidher u ghalhekk tkun dik li tigi mwassla bl-aktar mod effettiv mil-media tal-kampi poltici opposti fejn l-avversarji taghna ghandhom rizorsi ferm u ferm aktar minnha.

Ghalhekk ahna qeghdin fi zvantagg u dan l-izvantagg inkomplu nkabbruh jekk nibqghu nassumu li hemm verita` wahda u li fl-ahhar il-poplu wahdu jasal biex jaghraf il-verita assoluta taghna. Se nkunu ilna 21 sena fejn dan l-argument baqa ma wassalna mkien ghax ma fhimniex bizzejjed li fil-poltika il-verita` hi dik li tidher u mhux necessarjament dik li hi.  

No comments:

Post a Comment