Il-Kullhadd
Il-gvern jehtieg li jkollu d-dhul biex ilahhaq man-nefqa tieghu. Dan id-dhul jigi principalment mit-taxxi ghalkemm il-gvern ghandu dhul iehor bhal kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ socjali, dhul minn licenzji u servizzi ohra u dhul iehor bhal qliegh tal-bank centrali li mhux kunsiderat bhala dhul mit-taxxi.
Imma principalment id-dhul tal-gvern isir mit-taxxi. Meta jkun hemm ekonomija sejra tajjeb id-dhul tal-gvern jizdied ghax la l-poplu jaqla u jikkonsma izjed ihallas aktar taxxi u bil-kontra meta l-ekonimja tmajna id-dhul tal-gvern jonqos.
It-taxxi jinqasmu f’zewg kategoriji – diretti u indiretti. It-taxxi diretti huma dawk li huma relati mad-dhul
tat-taxpayer. Ihallas skond kemm jaqla bhal fil-kaz ta’ l-income
tax. It-taxxi indiretti huma dawk li jithallsu skond kemm tonfoq indipendentement
minn kemm taqla’. Dawn maghrufin bhala taxxi fuq il-konsum u jinkludu i-VATu taxxa tas-sisa.
Aktar ma tonfoq aktar
thallas.
Jekk
ma tonfoq xejn ma thallas xejn. Per ezempju jekk tmur tiekol barra sikwit thallas hafna vat fuq l-ikel mir-rostpranti, jekk ma tmur qatt ma thallasx VAT fuq l-ikel mir-ristoranti. Jekk tpejjep thallas is-sisa jekk ma tpejjipx ma thallasix.
Dan l-ahhar xwejjah ghaqli argumenta mieghi ghala l-VAT mhix tajba ghax qalli li bhala taxxa indiretta hija anti-socjali ghax ihallasha min jonfoq anke jekk ma jaqlax hafna. Ma kellix cans nidhol fil-fond ta’ l-argument u ghalhekk ser nispjega aktar f’dan l-artiklu.
Kieku kien possibbli socjalment ikun ahjar li l-gvern jigbor it-taxxi tieghu kollha b’mod dirett halli kullhadd ihallas taxxa skond kemm jaqla’. Fit-teorija sabiha. Fil-prattika izda dan mhux possibbli ghal zewg ragunijiet.
L-ewwel hija
li biex il-gvern jigbor il-flus kollha li ghandu bzonn minn taxxi diretti ikun irid jgholli hafna ir-rati tat-taxxa. Dan iwassal ghal sitwazzjoni fejn ghal kull lira izjed li jaqla tax-payer hafna minnha tmur taxxa. B’hekk jinholoq id-dizincentiv ghax-xoghol u ghal intrapriza u flok immorru ‘l quddiem immorru lura ghax kullhadd jitghazzen flok jistinka.
It-tieni argument kontra huwa li ma l-ebda sistema tal-gbir tat-taxxi li hija efficejenti u perfetta tant li hadd ma jahrabha. Aktar ma tgholli r-rati tat-taxxi aktar izzid l-incentiv li wiehed ifittex kif ser jahrab it-taxxa. B’hekk jigri li kull min jahdem bil-paga jhallas sa l-anqas sold, u minn jahdem ghal rasu jew fil-business ifittex toqob kif jahrab it-taxxa u b’hekk flok gustizzja socjali ikollna ingustizzja.
Ghalhekk huwa inevitabbli li dhul tal-gvern ikun bilancjat bejn taxxi indiretti u taxxi indiretti. B’hekk ir-rati ta’ taxxi diretti jkunu jistghu jinzammu f’livell li ma jissarfux f’dizincentiv ghax xoghol jew f’incentiv biex tahrab it-taxxa milli tifttex kif ser taqla izjed.
Mil-banda ‘l ohra it-taxxi indiretti ma humiex ghal kollox socjalment rigressivi. Huwa
minn awl id-dinja li l-aktar li jonfoq hu dak li l-aktar jaqla. Minn jaqla hafna imur jiekol barra izjed
minn min ma jaqlax hafna, isiefer izjed, juza servizzi ta’ telekomunikazzjoni izjed u generakment jikkonsma izjed. Allura la jikkonsma izjed ihallas taxxa indiretti izjed
minn min jikkonsma anqas u din hija gusta ghalkemm forsi mhux perfetta.
Fid-dinja donnu mexjin lejn process li biex l-ekonomija ta’ pajjiz tibqa’ kompettitiva il-piz tat-taxxi diretti irid jonqos halli jigi stimulat l-investiment. Il-Germanja din
il-gimgha habbret li ser ggib ‘l quddiem tnaqqis fl-income tax
li kien ippjanat ghas-sena 2005 halli b’hekk forsi tqajjem l-ekonomija li riesqa lejn periklu ta’ deflazzjoni.
Fil-Germanja hemm gvern socjal demokratiku izda f’dinja globalizzata il-gvernijiet qed jigu mgieghla imexxu bil-pragmatizmu mehtieg biex tigi skansata krizi aktar milli bl-idejologiji poltici.
No comments:
Post a Comment