Thursday, 10 July 2003

Sena - x`differenza

L-Orizzont 

Bhal daz-zmien sena kont fil-headlines tal-gazzetti nazzjonalisti u l-gazzetti bl-ingliz li jappogjawhom.

Dan kollu ghax kont ghedt fi programm fuq NET TV li jien ma kontx naqbel li l-VAT titnehha mill-gdid u jekk il-Partit Laburista jinkludi dan fil-programm elettorali tieghu allura jien kont nirtira l-kandidatura tieghi.

Ma kien hemm assolutament xejn straordinarju f’dan. Lanqas kienet denja li tifforma xi ahbar u wisq anqas headlines. Ghax il-Partit Laburista Laburista fl-aggornament tal-politika ekonomika tieghu f’Ottubru 2001 kien ga habbar li l-pozizzjoni tieghu fuq il-VAT kienet miftuha ghar-revizjoni u kullhadd kien jiftakar li kemm qabel l-elezzjoni ta’ l-1996 u anke qabel l-elezzjoni ta’ l-1998 il-leader kien ghamilha cara li jekk l-elezzjoni tintrebah minn nazzjonalisti ikun difficli li hames snin wara terga tqaccat il-VAT li tkun lahqet rabbiet l-gheruq.

Izda n-nazzjonalisti kellhom kull interess jiddevjaw l-attenzjoni mil-mod zdinjituz li bih kienu qed imexxu. Bil-ghajnuna kollha tal-media bl-ingliz, kabbru din il bicca u qalu li hemm divergenzi kbar bejni u bejn il-partit. Kemm dan ma kienx minnu gie ppruvat wara, meta l-Partit addottata policy li l -VAT tibqa’

Izda donnu mil-1998 ‘l hawn flok naghmlu l-agenda taghna il-partit laburista spicca dejjem jirrejagixxi. U flok il-kriitka tan-nazzjonalisti injorajniha jew ghamilna show of unity bejnietna biex nuru li minkejja xi differenza dwar dettalji ta’ policies, fil-partit ghandna ghaqda shiha fuq il-principji bazici, spiccajna waqajna fin-nassa tan-nazzjonalisti.

Qatt ma niftakar leader johrog jikkritika lil wiehed minn taghna stess kif ikkritika lili fit-Times sempliciment ghax kont esprimejt opinjoni fuq policy li kienet ghada qed tigi ffurmata. Kien qal li jien qed naghmel kundizzjonijiet ghal kandidatura tieghi u qabbilni b’mod dispreggattiv ma Bonello Dupuis li dwaru kien hemm stejjer (eventwalment michuda minn Bonello Dupuis stess) li ghal gwadann persunali kien ried li biex johrog mal-PN jew ma l-MLP il-partit li jridu kien irid iwieghed li jnehhi l-Income Tax.

Kienet daqqa ta’ harta kbira ghalija li kont dejjem hdimt fl-interess tal-partit senza interessi u kont accettajt li nohrog bhala kandidat, wara hafna drabi li rrifjutajt qabel, sempliciment biex nghin lill-partit igib voti godda tal-floating voters.

Kien zmien difficli. Meta fil-partit tigi kkritikat pubblikament mil-leader tista’ tghid li l-karriera poltika tieghek spiccat ghax is-sens ta’ lejalta lejn il-leader huwa kbir. Fil-fatt jien ridt nitlaq u nirtira ghax intbaht li f’cirkostanzi bhal dawn kien difficli li tikseb success persunali. Izda gejt konvint biex nibqa’ biex ma naghmilx hsara lill-partit u npaxxi lill-avversarji.

Issa ghaddiet sena. X’differenza! Dak iz-zmien tant konna kunfidenti li l-Partit hassu komdu jahraq bniedem bhali li kelli segwitu mhux zghir ta’ floating voters. Konna tant kibritilna rasna li zgur ser nirbhu l-elezzjoni li ripetutament bdejna nisfidaw lill-gvern jaghmel elezzjoni malajr ha tkun it-test ahhari dwar l-UE, ghax fi kliemna referendum ma kienx jorbotna.

Izda aktar ma bdiet toqrob l-elezzjoni rasna bdiet tickien u bdejna naccettaw tard wisq affarijiet li jmissna accettajnihom hafna hafna qabel. Accejtana li nzommu l-Vat, li nzommu l-ministeru ghal Ghawdex, li naccettaw li l-issue ta’ l-UE tkun sugetta ghal referendum serju. Dawn kollha fl-ahhar gimghat meta mohh il-poplu kien ga iffurmat u flok ikkonvincejna, aktar urejna li ahna stess ma konniex konvinti mill-pozizzjoni li hadna ghal diversi snin qabel.

Wara l-elezzjoni rasna ckinitilna sew u issa qed nippretendu li l-laburisti lanqas fadlilna mohh. Ghax issa qed nipproponu li ninsew dak kollu li kien jinghad qabel u nibdew policies godda fuq faccata gdida qiesu qabel ma kienx jezisti. Huwa normali li jsir hekk wara telfa dment li ma jkunx hemm fin-nofs kwistjoni ta’ principji.

Izda difficli taghmel policies godda b’ucuh qodma ghax tigi f’pozizzjoni aghar. Wara li ghollejna l-issue ta’ l-UE fuq livell ta principju, tant li dehrilna li huwa floku li nissograw elezzjoni ghaliha, issa qed ikollna problemi meta l-istess ucuh jghidu li hemm bzonn naccettaw rejalta’ gdida ghax din mhux kwistjoni ta’ principju.

U l-problemi qedin fuq iz-zewg truf tal-partit. Dawk li tassew b’mod genwin emmnu li dan huwa principju sagrosant illum ma jridux jacettaw li l-partit jirrassenja ruhu ghal rejalta’ gdida. Dawk li bhali qatt ma emmnu li din kienet kwistjoni ta’ principju sagrosant ghadhom qedin jitolbu sodisfazzjon minn ghand min wassal lill-partit biex jassigrifka elezzjoni qabel ma naccettaw il-kelma tal-poplu bhal finali.

U dan huwa nkwetanti mhux tant ghal li gara izda aktar ghal dak li ghad irid jigri. Ghax biex nirbhu l-elezzjoni irridu lil min huwa ahmar skur daqs lil min huwa roza car u irridu magguranza ta’ dawk li huma bojod kif ukoll ta’ dawk li l-kulur taghhom jinbidel minn roza ghal celeste skond ic-cirkostanzi.

Dan ma jsirx billi nippretndu li dak li gara gara bla ma hadd jinzamm kontabbli ghala gejna f’li gejna u minn fuq nippretendu li issa t-tbengil fiq u kulma hemm bzonn huwa li nistennew l-elezzjoni li jmiss. Ir-rejalta hija ferm differenti minn hekk.

No comments:

Post a Comment